Simon Agius jirbaħ il-kawża kontra Sliema Wds

Thursday, October 7, 2010, 21:53
Simon Agius dan l-istaġun qed jilgħab ma' Vittoriosa

Simon Agius dan l-istaġun qed jilgħab ma' Vittoriosa

Il-Players & Coaches board tal-MFA iddecċċeda li Sliema W. għandhom iħalsu lil Simon Agius. Il-kwistjoni bejn l-eks goalkeeper u dan l-klabb tmur lura għall-qabel id-decider li ntlgħabet fl-istaġun li għadda għall-kwalifikazzjoni fil-kompetizzjonijiet Ewropej. Hawn Sliema kienu sospendew lill-player talli kien ħalla l-lukanda u ddeċidew li ma jħallsuħx il-flus li kienu dovuti lilu għall-istaġun 2009/10.

B’din id-deċizzjoni l-klabb Slimiz huwa ordnat iħallas lil Agius ħames pagi b’lura flimkien ma’ għadd ta’ bonuses imwgħeda matul l-istaġun.

Intant Sliema kienu fl-aħbarijiet dan l-aħħar dwar kwistjoni li għandhom ma’ Goalkeeper ieħor jiġifieri Henry Bonello. Minn informazzjoni li għandna jidher li dan il-goalkeeper ġie mmultat €250 mill-Club tiegħu .

Jidher ukoll minn sorsi vicin il-Club Slimiż, li f’diversi sessjonijiet ta’ taħriġ Bonello minflok tħalla jittrenja mat-team intalab idur il-ground jiġġogja.

ERBA’ MATCH INSPECTORS ĠODDA

L-MFA ħarget il-lista tal-match inspectors għall-istaġun 2010-2011. Fost is-26 isem ta’ match inspectors għal dan l-istaġun hemm erba’ ġodda.

Il-match inspectors ġodda huma Joe Bajada, Saviour Darmanin, Joe Camilleri u Adrian Casha.

Ta min isemmi li Joe Bajada apparti li hu s-Segretarju Ġenerali tal-GFA hu wkoll ġurnalisti u reporter fil-Gżira Għawdxija u kien ukoll fost it-tlett persuni li kellhom dritt għall-vot f’isem il-GFA fl-aħħar Elezzjoni għall-Presidenza tal-MFA. 

BIRKIRKARA JEĦLU MULTA TA’ €4,500

Il-UEFA immultat lil Birkirkara is-somma ta’ €4,500 wara li l-Karkariżi irċivew ħames karti sofor fiż-żewg rounds ta’ kwalifikazzjoni taċ-Champions League.

Din hija proċedura standard tal-UEFA fejn jekk il-parteċipanti jintwerew ħames karti sofor jew aktar fuq żewġ rounds tal-kompetizzjoni jiġu ordnati iħalsu ammonti għola.

Birkirkara ma ngħatawx l-opportunita’ li jappellaw għall-fatt li diġa’ kienu ġew maħfura multa simili s-sena li għaddiet wara l-konfront kontra Slaven Belupo.

Imosomma meta tqies li Birkirkara se jkunu qedgħin jirċievu din is-sena  is-somma ta’ mill-UEFA €460,000 tal-prestazzjonijiet taghhom f’din il-kwalifikazzjoni taċ-Champions League, it-team tal-wied ma nistgħux ngħidu li mar daqstant ħażin!





Leave a comment