Silvio Vella u Wayne Attard maħtura kowċis tal-MFA

Wednesday, June 26, 2013, 15:04

Silvio Vella u Wayne Attard, żewġ eks-plejers nazzjonali ta’ Malta inħatru kowċis ġodda fi ħdan iċ-Ċentru Tekniku tal-Malta Football Association taħt id-direzzjoni ta’ Robert Gatt, id-Direttur Tekniku.

Vella se jkun l-assistent ta’ Pietro Ghedin, il-kowċ nazzjonali tat-tim nazzjonali A waqt li Attard se jservi bħala assistent tat-tim nazzjonali ta’ Taħt is-16-il sena u wara perjodu qasir se jinħatar assistent tal-kowċ nazzjonali ta’ Taħt id-19-il sena.

L-MFA tawgura suċċess lil dawn iż-żewġ kowċis rispettivi, waqt li tirringrazzja lil Branko Nisevic, Joseph Mansueto u Edward Bartolo li m’għadhomx jiffurmaw parti miċ-Ċentru Tekniku tax-xogħol kbir li għamlu fiż-żmien li damu fil-karigi rispettivi tagħhom.





Leave a comment