Siġġiewi u Suns jikkwalifikaw b’punti massimi

Friday, November 2, 2012, 10:18

minn Colin Schembri

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD 2 DIVIŻJONI

 

St. Nicholas Suns 49
Mellieħa 37

(17-6)(12-8)(9-9)(11-14)

 

Phoenix vs Starlites

Phoenix vs Starlites

St. Nicholas Suns ikkwalifikaw għas-sem-finali tas-Saint James Hospital Shiled bħala rebbieħa ta’ grupp 2 wara li għelbu lil Mellieħa 49-37. Mellieħa kkwalifikaw bħala runners up u fis-semi-finali jiltaqgħu kontra Siġġiewi. Suns li kellhom lil Robert Camilleri nieqes bdew b’ħames punti fl-ewwel żewġ minuti. Mellieħa fallew il-freethrows pero’ anke Suns żbaljaw u f’nofs is-sessjoni kienu 10-2 minn fuq. Punti ta’ Hubert Agius u Josef Paris raw lil Suns itemmu s-sessjoni 17-6 minn fuq. Ir-risposta ta’ Mellieħa waslet b’żewġ baskets lejn nofs it-tieni sessjoni li pero’ kienet ta’ punteġġ baxx. Wara xi ħin bla punti. Kien hemm break qasir ta’ 6-2 minn Suns li daħlu jistrieħu 15 minn fuq 29-14.

Fit-tielet sessjoni Mellieħa kellhom bidu aħjar u għamlu l-ewwel ħames punti. Ir-risposta ta’ Suns ġiet primarjament minn Robert Mercieca b’diversi fast breaks. Samuel Aquilina kompla bil-ġurnata negattiva tiegħu mil-freethrow line għal Mellieħa u n-naħa l-oħra kien Mercieca li żied il-vantaġġ ta’ Suns li temmew il-perjodu 38-23 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Mellieħa għamlu sforz ieħor u għamlu run ta’ 10-2 biex naqqsu d-distakk għal 9 punti 42-33. Pero’ kien għad fadal biss tlett minuti u Agius għamel l-aħħar punti ta’ Suns li rebħu l-partita 49-37.

           

St. Nicholas Suns: K. Scicluna 3, S. Borg, J. Paris 2, H. Agius 17, M. Barberi 8, S. Kivshanov 2, S. Farrugia, R. Mercieca 12, R. Camilleri, S. Cauchi, I. Marjanovic 5.

Mellieħa Tritones: J. Sant, M. Cauchi 4, B. Borg, J. Muscat 6, C. Bugeja 3, E. Cutajar, O. Sammut 7, M. Borg, M. Camilleri 2, S. Aquilina 15, P. Cauchi.

Referees: Emanuel Mangani, Steve Gouder

 

Miscela D’Oro Mtarfa 20
Siġġiewi 58

(2-15)(6-10)(4-22)(8-11)

 

Ic-champions Siġġiewi ma kellhomx diffikulta li jiksbu t-tielet rebħa tagħhom meta għelbu lil Miscela D’Oro Mtarfa 58-20. Clement Kodomaris reġa’ kien nieqes għal Siġġiewi pero’ rritorna Graham Coleiro u ddebutta Noel Falzon. Il-players kollha ta’ Siġġiewi rnexxielhom iniżżlu isimhom fost l-iskorers. Mtarfa kellhom nieqes lil David Cini. Wara nofs l-ewwel sessjoni Siġġiewi kienu 10-0 minn fuq b’baskets ta’ Petar Vulovic u Coleiro. Shawn Baldacchino għamel l-uniku basket ta’ Mtarfa bis-Siġġiewi jwieġbu bit-trippla ta’ Anthony Shoults għal skor ta’ 15-2. It-tieni sessjoni fetħet bi freethrows żbaljati minn Imtarfa biex Siġġiewi għamlu run ta’ 10-1 bi trippli ta’ Vulovic u Matthew Shoults. Mtarfa għamlu żewġ baskets qabel l-intervall pero’ Siġġiewi kienu għadhom b’vantaġġ komdu 25-8.

It-tielet perjodu, ra lil Siġġiewi jsaħħu l-vantaġġ tagħhom u bdew mil-ewwel bi tlett baskets mingħajr risposta. Huma komplew b’run oħra ta’ 16-3 u l-partita tista tgħid kienet mitmuma fuq skor ta’ 47-12. L-aħħar sessjoni serviet biss iktar players ta’ Siġġiewi jagħmlu l-punti fosthom Samuel Mamo li kellhu trippla l-istess bħal Jean Paul Borg għal Mtarfa. Siġġiewi rebħu l-partita 58-20 biex temmew Grupp 1 fl-ewwel post.

 

Miscela D’Oro Mtarfa: S. Baldacchino 4, D. Debono 2, J. Attard 4,  C. Calleja, JP Borg 3, N. Grech,  M. Borg 2, J. Viibe 3, D. Schembri 1, M. Sammut.

Siġġiewi: P. Vulovic 19, G. Agius 2, S, Mamo 5, M. Shoults 5, JP Antoncic 2, A. Borg 2, A. Duncan 2, A. Debattista 2, N. Falzon 2, A. Shoults 5, G. Coleiro 10, L. Grima 2.

Referees: Steve Gouder, Emanuel Mangani.

 

Phoenix Qormi Żmerċ Pub 39
Starlites 84

(11-17)(4-25)(10-22)(14-20)

 

Starlites kisbu rebħa sabiħa fuq Phoenix Qormi Żmerċ Pub 84-39 biex saru l-aħħar semifinalisti tal-logħob tas-shield, liema semifinali se jintlaghbu f’Ta’ Qali nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Novembru. Qormi kienu mingħajr Joe Vassallo u Fabien Mezanger u tilfu wkoll lil Justin Gambin kmieni fil-parita. Starlites bdew il-partita b’run ta’ 6-0 fl-ewwel 4 minuti b’Phoenix jwieġbu bi trippla ta’ Trevor Grech u freethrows ta’ Antoine Costa. Starlites għamlu run oħra ta’ 10-0 bi trippla ta’ Robert Loporto pero’ Phoenix għamlu żewġ trippli oħra permezz tas-solitu Costa għal skor ta’ 17-11 favur Starlites. It-team imexxi min Ray Muscat kompla jżid il-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni sessjoni b’run oħra ta’ 10-0 bit-tieni trippla ta’ Loporto. Wara basket minn Darren Debattista għal Phoenix pero’ Starlites komplew jiddominaw b’run oħra ta’ 10-0 b’Saviour Bonnici jagħmel trippla biex fl-intervall huma kienu 42-15 minn fuq.

Wara l-mistrieħ, il-partita kompliet bl-istess ritmu  bi Starlites ikomplu jkabbru l-vantaġġ tagħhom b’iktar trippli minn David Garcia u Robert Bonnici. Ir-risposta ta’ Phoenix ġiet minn punti ta’ Costa u Karl Azzopardi pero’ Starlites kienu għadhom 39 punt minn fuq fi tmiem is-sessjoni 64-25. Fl-aħħar sessjoni ż-żewġ timijiet kellhom il-mumenti tagħhom għalkemm kienu Starlites li bi breaks qosra komplew iżidu l-vantaġġ għal skor finali ta’ 84-39.

 

Phoenix Qormi Żmerċ Pub: C. Camenzuli 2, G. Micallef 2, K. Azzopardi 6, D. Debattista 5, R. Curmi, T. Grech 8, K. Genovese, J. Gambin, A. Costa 14, K. Vella 2, F. Mezanger.

Starlites: A. Schembri 3, R. Loporto 11, R. Bonnici 8, J.C. Khalil 6, S. Bonnici 16, D. Garcia 15, C. Doublet 5, K. Galea 4, D. Sultana 2, D. Deguara, A. Cutajar 4, F. Bartolo 12.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile





Leave a comment