Siġġiewi u Suns għal darb’oħra fil-finali

Tuesday, November 6, 2012, 10:09

minn Colin Schembri

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD 2 DIVIŻJONI

 

Siġġiewi 55

Mellieħa 22

(17-10)(14-1)(9-8)(15-3)

 

Suns vs Starlites

Suns vs Starlites

Siġġiewi komplew fit-triq tar-rebħ u fl-ewwel semifinali tas-Saint James Hospital Shield, għelbu lil Mellieħa 55-22 biex kisbu l-ewwel post fil-finali. Għalijhom kien nieqes Albert Borg pero’ rritorna Clement Kodomaris. Mellieħa kellhom wirja negattiva speċjalment fl-attakk fejn huma għamlu biss 10 baskets u l-ebda three pointer minn 12 –il tentattiv. Siġġiewi bdew tajjeb u marru 8-4 minn fuq b’Petar Vulovic jagħmel trippla. Wara basket ta’ Oliver Sammut għal Mellieħa, Siġġiewi għamlu run ta’ 9-2 u temmew is-sessjoni 17-10 minn fuq. It-tieni sessjoni kienet dominata minn Siġġiewi li għamlu 12 –il punt mingħajr risposta bi trippli minn Anthony Shoults u Kodomaris. L-uniku punt ta’ Mellieħa ġie minn freethrow ta’ Samuel Aquilina fl-aħħar 18 –il sekonda biex fl-intervall kienu 20 punt minn taħt 31-11.

It-tielet perjodu kien nieqes mil-punti għalkemm Siġġiewi għamlu break qasir ta’ 5-0. Mellieħa wieġbu b’baskets ta’ Matthew Cauchi u Aquilina u fi tmiem is-sessjoni Siġġiewi kienu 21 punt minn fuq 40-19. L-aħħar taqsima bdiet bi trippla ta’ Vulovic qabel ma Sammut u Aquilina għamlu t-tlett punti ta’ Mellieħa. Siġġiewi wieġbu bil-punti ta’ Alister Duncan li kellhu żewġ trippli f’run ta’ 12-0 biex rebħu l-partita 55-22.

Siġġiewi: P. Vulovic 11, G. Agius, S, Mamo, M. Shoults 2, JP Antoncic 1, A. Debattista, N. Falzon 2, L. Grima 2, A. Duncan 8, C.Kodomaris 14 , G. Coleiro 10, A. Shoults 5.

Mellieħa Tritones: E. Cutajar, M. Cauchi 2, M.B. Anastasi, J. Muscat 6, B. Borg, P. Cauchi, O. Sammut 8, M. Camilleri 2, J. Sant, S. Aquilina 6, C. Bugeja 4.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara

 

St. Nicholas Suns 68
Starlites 61

(23-11)(17-15)(15-28)(13-7)

 

St. Nicholas Suns u Starlites offrew semifinali kumbattuta u wrew biċ-ċar li huma se jkunu sfidanti serji għal Siġġiewi. Suns rebħu l-partita 68-61 minkejja li kienu mingħajr Igor Marjanovic, Robert Camilleri u Sam Farrugia. Starlites kienu mingħajr Bernard Soler. Suns bdew tajjeb ħafna u għamlu run ta’ 14-2 bi Starlites isibu diffikulta biex jagħmlu l-punti. Id-dħul ta’ Robert Bonnici serva biex Starlites jibdew jirrispondu aktar għall-punti ta’ Suns flimkien ma’ David Garcia. Ir-risposta ta’ Suns ġiet minn trippla ta’ Simon Cauchi u basket ta’ Robert Mercieca u temmew is-sessjoni 23-11 minn fuq. Suns komplew ikunu aħjar fit-tieni sessjoni bir-risposta ta’ Starlites tasal biss minn idejn Bonnici. Fis-sitt minuta Suns kellhom vantaġġ doppju 34-17 pero’ Starlites wieġbu bi break ta’ 7-3 pero’ dan ma kienx biżżejjed għaliex Michael Barberi u Mercieca reġgħu għamlu l-punti għal Suns biex daħlu jistrieħu 40-26 minn fuq.

Wara l-intervall Starlites kienu ferm aħjar u wara 4 minuti għamlu run ta’ 13-2 b’punti minn Bonnici u Chris Doublet u naqqsu d-distakk 39-44. Huma komplew jagħfsu u fl-aħħar 10 sekondi marru 54-52 minn fuq wara tlett trippli minn Robert Loporto u Saviour Bonnici. Pero’ fl-aħħar sekonda trippla ta’ Hubert Agius reġgħat tat vantaġġ lil Suns 55-54. Fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni reġa’ kien hemm parita 57-57. Hawn Suns għamlu break deċisiv ta’ 7-0 bil-punti kollha jaslu minn Barberi biex huma rnexxielhom jerbħu l-partita 66-61.

 

St. Nicholas Suns: K. Scicluna 7, S. Borg, J. Paris, H. Agius 7, M. Barberi 17, S. Kivshanov, S. Farrugia, R. Mercieca 31, R. Camilleri, S. Cauchi 6.

Starlites: A. Schembri, R. Loporto 11, R. Bonnici 28, J.C. Khalil 1, S. Bonnici 10, D. Garcia 5, C. Doublet 4, K. Galea, A. Cutajar, D. Deguara, A. Cutajar, F. Bartolo 2.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile.





Leave a comment