Siġġiewi u Depiro jibdew bir-rebħ

Monday, October 10, 2011, 9:27

minn Colin Schembri

ST.JAMES HOSPITAL SHIELD IRĠIEL

A to Z Electronics Athleta 46
Siġġiewi 49

(12-11)(17-5)(13-18)(4-15)

Luxol vs Depiro

Luxol vs Depiro

Fl-ewwel partita mis-Saint James Hospital Shield, Siġġiewi għamlu rimonta fl-aħħar sessjoni biex għelbu lic-champions u l-holders A to Z Electronics Athleta 49-46.  Steve Schembri għadu nieqes għal Athleta li pero’ rreġistraw magħhom lil Steve Gouder. Siġġiewi kienu mingħajr Eman Xuereb pero’ reġa deher Jide Jetson. Siġġiewi kellhom l-aħjar bidu meta ħadu vantaġġ ta’ 5 punti 8-3. Wara time-out magħjjat minn Joe Galea, Athleta tejjbu l-logħba tagħhom biex għamlu run ta’ 9-0 u ħadu vantaġġ t’4 punti 12-8 qabel ma Siġġiewi għalqu s-sessjoni bi trippla ta’ Nigel Sultana. Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni, trippli t’Omar Said komplew ikabbru l-vantaġġ tac-champions 22-13. Siġġiewi wieġbu bil-punti ta’ Marco Matijevic pero’ kienu Said u Michael Naudi li għalqu l-perjodu għal Athleta li daħlu jistrieħu  29-16 minn fuq.

Wara l-intervall, Athleta għamlu l-ewwel erba’ punti biex komplew iżidu d-distakk. Matijevic u Sultana rrispondew għal Siġġiewi pero Athleta għamlu run ta’ 10-0 biex fetħu vantaġġ massimu ta’ 18-il punt 42-24. Trippla ta’ Sultana bdiet ir-rimonta ta’ Siġġiewi li wkoll għamlu run ta’ 10-0 biex fi tmiem is-sessjoni Athleta kienu 80 minn fuq 42-34. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni, Siġġiewi komplew jirkupraw pero minkejja t-turnovers tal-Athleta kienu għadhom 5 punti minn taħt fis-seba’ minuta. Hawn Athleta tilfu lil Omar Said bil-ħames foul u Siġġiewi ppareġjaw b’basket ta’ Peter Shoults. Fl-aħħar ftit sekondi, Louis Camilleri poġġijhom fuq quddiem u free-throw ta’ l-istess player għalaq il-partita favur Siġġiewi fuq l-iskor ta’ 49-49. Din il-partita se tintwera fuq Malta Stars nhar l-Erbgħa 12 t’Ottubru fit-20.30

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 13, D. Bugeja, A. Fekete 4, D. Schembri 4, M. Giusti, O. Said 17, C. Calleja, A. Bonnici 6, K. Baldacchino 2, S. Gouder.

Siġġiewi: R. Agius, L. Camilleri 9, P. Shoults 4, N. Sultana 9, A. Borg 2, C. Maeir 6, C. Codomaris, J. Jetson, M. Matijevic 19.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro

Bupa Luxol 29
Depiro Mtarfa 69

(5-20)(9-17)(10-15)(5-17)

Fit-tieni partita mis-Saint James Hospital Shield, Depiro kisbu rebħa konvinċenti fuq Bupa Luxol 69-29. Riżultat li jista jitqies bħala sorpriża pero t-team ta’ l-Imtarfa ma serqu xejn hekk kif Luxol fl-ebda ħin ma rnexxielhom jidħlu fil-partita. Luxol ippruvaw 36 three pointer pero’ rnexxielhom jagħmlu wieħed biss. Għal Luxol idebutta Lee Ross fil-waqt li għal Depiro ddebutta Abraham Portelli. Il-bidu tal-partita kien kollhu f’idejn Depiro li għamlu l-ewwel 13-il punt mingħajr risposta. Wara free-throws ta’ Marco Mercieca għal Luxol, Depiro komplew iżidu l-vantaġġ tant li temmew l-ewwel sessjoni 20-5 minn fuq. Il-partita baqgħet bl-istess andament fit-tieni sessjoni wkoll li bdiet b’run oħra ta’ 14-2 min Depiro fil-waqt li Luxol tilfu lil Mercieca bil-ħames foul. Luxol għamlu 5 punti konsekuttivi pero’ fl-intervall Depiro kienu 23 punt minn fuq 37-14.

Luxol ippruvaw jirpiljaw wara l-mistrieħ pero’ Depiro wieġbu għal kull tentattiv tagħhom. Barra minn hekk huma reġgħu għamlu run oħra ta’ 9-0 wara logħob individwali minn xi players ta’ Luxol. Ir-raba’ sessjoni bdiet bi tlett baskets ta’ Portelli għal Depiro segwiti mill-uniċi punti ta’ Luxol li waslu kollha minn Jean Paul Bonnici. L-aħħar 11-il punt tal-partita ġew kollha minn Depiro li baqgħu sejrin niex rebħu l-partita 69-29.

Bupa Luxol:  CJ Cordina, M. Mercieca 1, S. Mizzi, A. M. Trgona 3, L. Ross 6, A. Costa 2, N. Vasovic 2, T. Paris 2, M. A. Montalto, E. C. Montaldo, JP Bonnici 13, S. Capello.

Depiro: R. Vella 22, JP Schembri 5, D. Agius, A. Aquilina 10, A. Portelli, E. Lupo 5, M. Mallia 3, I. Tanti 10.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Alfred Carbonaro





Leave a comment