Siġġiewi u A to Z Electronics Athleta jikkwalifikaw

Tuesday, December 11, 2012, 10:58

minn Colin Schembri

TAZZA LOUIS BORG IRĠIEL

Bupa Luxol 59

Siġġiewi 78

(11-19)(16-20)(8-21)(24-18)

 

Athleta vs Loyola

Athleta vs Loyola

Fl-ewwel leg bejn Bupa Luxol u Siġġiewi kienu dawn tal-aħħar li ħadu r-rebħa fuq skor ta’ 78-59. Siġġiewi għadhom mingħajr Louis Camilleri u kien nieqes ukoll Andras Fekete. Siġġiewi kellhom mument verament tajjeb fit-tielet sessjoni u kellhom run li tathom vantaġġ komdu. Il-partita kellha bidu bilanċjat tant li wara seba’ minuti kien hemm parita 7-7 bi Chris Meier u Stephen Shackleford jagħmlu l-maġġoranza tal-punti tat-timijiet tagħhom. Wara basket ieħor fuq kull naħa, kien hemm run ta’ 10-2 minn Siġġiewi bi tlett baskets ta’ Marco Matijevic għal skor ta’ 19-11. Siġġiewi bdew it-tieni perjodu bi trippla ta’ Lee Ross fil-waqt li għall-Luxol kien CJ Cordina li għamel trippla flimkien ma’ punti minn Jean Paul Bonnici. Siġġiewi għamlu sitt punti oħra qabel ma Bonnici Cordina għamlu trippla kull wieħed. Kien hemm iktar punti minn Siġġiewi qabel l-intervall fosthom trippla ta’ Peter Shoults biex Siġġiewi daħlu jistrieħu 39-27 minn fuq.

Fl-ewwel tlett minuti tat-tielet sessjoni iż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin fejn Siġġiewi kellhom trippla oħra ta’ Ross b’Shackleford iwieġeb għall-Luxol. Hawn Siġġiewi għamlu run ta’ 10-0 b’żewġ trippli minn Alan Borg. Luxol kellhom punti minn Nikola Vasovic u Marco Mercieca qabel ma’ Siġġiewi għalqu l-perjodu b’ħames punti oħra biex spiċċawha 60-35 fuq quddiem. Fl-aħħar sessjoni Luxol kellhom mumengt posittiv meta għamlu tlett baskets mingħajr risposta pero’ punti Meier u Eman Xuereb f’run ta’ 11-4 raw lil Siġġiewi jmorru 29 punt minn fuq 74-45. Hawn Luxol għamlu break ieħor ta’ 14-3 bi trippli ta’ Shackelford u Bonnici pero’ Siġġiewi rebħu l-partita 78-59.

Bupa Luxol: C.J. Cordina 6, M. Mercieca 2, E. Bonello, J. Willoughby, S. Shackleford 21, JP Schembri, N. Vasovic 16, T. Paris, A. M. Trigona, E. C. Montalto, J.P. Bonnici 14, S. Capello.

Siġġiewi: R. Agius, L. Ross 16, P. Shoults 9, E. Xuereb 2, C. Agius, A. Borg 10, C. Meier 25, M. Matijevic 16.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani, Steve Gouder

 

Tata Motors Loyola 56

A to Z Electronics Athleta 80

(16-28)(11-16)(15-18)(14-18)

 

Ic-champions A to Z Electronics Athleta kellhom bidu tajjeb fl-ewwel sessjoni fejn bnew vantaġġ komdu li żiduh matul il-partita biex għelbu lil Tata Motors Loyola 80-56 fl-ewwel leg. Athleta reġgħu kienu b’diversi players neqsin tant li għal darb’oħra għamel ritorn importani l-player Matthew Zammit ix-xellugi ta’ San Ġiljan. Loyola kienu mingħajr l-Amerikan Kenyale Evans li mistenna jħalli pajjiżna f’dawn il-ġranet. Loyola bdew bi trippla ta’ Stefan Vella u għalkemm Athleta wieġbu b’ħames punti, Loyola żammew il-vantaġġ sar-raba’ minuta 9-8. Hawn Athleta għamlu break ta’ 13-2 bi trippla ta’ Shawn Pace biex fetħu distakk ta’ 10 punti 21-11. Loyola għamlu 5 punti oħra, qabel ma Athleta għalqu s-sessjoni bi break ta’ 7-0 bit-tieni trippla ta’ Omar Said għal skor ta’ 28-16. Wara li c-champions komplew iżidu d-distakk, Loyola wieġbu b’żewġ three pointers minn Jean Paul Azzopardi għal skor ta’ 24-33. Wara time-out minnJoe Galea, Athleta reġgħu żiedu l-logħba tagħhom u għamlu run ta’ 10-3 biex daħlu jistrieħu 44-27 minn fuq.

Wara l-intervall, kien hemm punti fuq kull naħa b’Marco Todorovic tal-Athleta jieħu diversi rebounds. Loyola wieġbu permezz ta’ Anton Axiaq pero’ Said reġa għamel żewġ three pointers oħra biex fi tmiem il-perjodu Athleta kellhom vantaġġ komdu ta’ 20 punt 62-42. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni kien hemm il-punti ta’ Steve Schembri għall-Athleta flimkien ma’ Kristin Baldacchino u Zammit. Stefan Vella reġa’ rrisponda għal Loyola  pero’ kien Todorovic li b’punti konsekuttivi għalaq il-perjodu biex Athleta rebħu l-partita 80-56.

 

Tata Motors Loyola: I. Buldakov, B. Zammit 2, A.Timor Sarrio 14, C. Cassar 2, S. Borg 3, L. Azzopardi, S. Vella 7, A. Axiaq 12, JP Azzopardi 15, M. Grech, J. Ransley 1, V. Nikolic.

A to Z Electronics Athleta: M. Krastev, M. Gauchi Montaldo, M. Todorovic 30,  M. Giusti 3, H. Soufian, O. Said 19, S. Pace 5, Z. Borg, K. Baldacchino 4, M. Zammit 5, S. Schembri 15

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Alfred Carbonaro

 

Siġġiewi 61

Bupa Luxol 52

(9-12)(11-12)(23-14)(18-14)

 

Wara li temmew l-ewwel leg b’vantaġġ ta’ 19 –il punt, Siġġiewi reġgħu għelbu lil Bupa Luxol 61-52 biex għaddew għas-semifinali. Il-partita kellha bidu kwiet tant li wara ħames minuti, Siġġiewi kienu 5-2 minn fuq bi trippla ta’ Peter Shoults. Hawn Luxol għamlu break ta’ 8-0 mibdi bi trippla ta’ Stephen Shackleford u minkejja li Siġġiewi għamlu 4 punti permezz ta’ Marco Matijevic u Shoults, kienu Luxol li rebħu s-sessjoni 12-6. Siġġiewi ġew lura fit-tieni sessjoni u kellhom run ta’ 11-2  biex marru 6 minn fuq 20-14. Minn hawn il-quddiem kien imiss lil Luxol li jagħmlu l-punti tagħhom u b’run ta’ 10-0 b’punti minn CJ Cordina, Jean Paul Bonnici u Nikola Vasovic biex fl-intervall Luxol kellhom vantaġġ ta’ 4 punti 24-20 pero’ kienu għadhom 15 minn taħt bl-aggregate.

Luxol żammew il-vantaġġ anke fl-ewwel ħinijiet tat-tielet perjodu fejn fit-tielet minuta kien hemm distakk ta’ 5 punti 30-25. Hawn Siġġiewi wieġbu b’run ta’ 11-0 b’iktar punti minn Shoults u Matijevic . Ir-risposta tal-Luxol ġiet minn three pointers ta’ Vasovic u Marco Mercieca pero’ Siġġiewi temmew is-sessjoni 5 minn fuq 43-38. Siġġiewi komplew iżidu d-distakk fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni b’żewġ three pointers oħra minn Shouls u basket ta’ Lee Ross. Luxol wieġbu bi break ta’ 8-0 u waslu sa’ 3 punti ‘l bogħod mil-avversarji 48-51. Siġġiewi għalqu l-partita b’run ta’ 10-4 biex rebħu l-partita 61-52 u għaddew għas-semifinali b’aggregate ta’ 139-111.

 

Siġġiewi: R. Agius, L. Ross 9, P. Shoults 20, E. Xuereb, C. Agius, A. Borg 2, C. Meier 8, M. Matijevic 22.

Bupa Luxol: C.J. Cordina 6, M. Mercieca 4, E. Bonello, J. Willoughby, S. Shackleford 22, JP Schembri, N. Vasovic 11, T. Paris 4, A. M. Trigona, E. C. Montalto, J.P. Bonnici 5, S. Capello.

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro, Steve Gouder.

 

A to Z Electronics Athleta 61

Tata Motors Loyola 60

(21-16)(10-10)(13-17)(17-17)

 

Minkejja li bdew din il-partita fi żvantaġġ ta’ 24 punt wara r-riżultat tal-ewwel leg, Tata Motors Loyola kellhom wirja ferm posittiva kontra c-champions A to Z Electronics Athleta u kienu sfortunati li tilfu l-partita b’basket fl-aħħar 3 sekondi minn Matthew Zammit. Ix-xellugi kellu rwol importanti ferm f’din ir-rebħa u hekk kif Athleta kienu wkoll mingħajr is-Serb Marko Todorovic, hu kien l-aħjar skorer tagħhom bi 23 punt u 15 –il rebound. Wara li Jean Paul Azzopardi fetaħ il-partita bi trippla għal Loyola, Athleta wieġbu bi break ta’ 10-2 b’punti ta’ Zammit u Shawn Pace. Loyola wieġbu bl-ewwel trippla minn Billy Zammit li kellhu wirja ferm posittiva  pero baskets u freethrows minn Omar Said u Steve Schembri raw lil Athleta jtemmu l-perjodu 21-16 minn fuq. It-tieni sessjoni kompliet biż-żewġ timijiet jirrispondu lejn xulxin, għalkemm fis-sitt minuta Athleta kienu 8 punti minn fuq 29-21. Loyola wieġbu bi trippla oħra ta’ Zammit u basket minn Antonio Timor Sarrio u fl-intervall Athleta kienu 5 minn fuq 31-26.

Fit-tielet sessjoni, kien hemm żewġ punti fuq kull naħa qabel ma’ Loyola għamlu break ta’ 12-0 b’iktar punti minn Sarrio u Zammut biex fis-sitt minuta ħadu l-vantaġġ 40-33.Joe Galeagħajat time-out u Athleta għamlu break ta’ 8-0 biex marru minn fuq u s-sessjoni għalqet bi trippla ta’ Zammit għal Loyola u Pace għall-Athleta li spiċċawha punt minn fuq 44-43. Il-partita baqgħet bilanċjata anke matul l-aħħar sessjoniu Said bi trippla poġġa lil Athleta fuq quddiem 53-50. Loyola reġgħu marru minn fuq 56-55 b’basket minn Jonathan Ransley u żammewh sal-aħħar ftit sekondi 60-58 wara basket minn Zammit. Iżda fl-aħħar sitt sekondi kien hemm foul fuq Omar Said. Said għamel l-ewwel freethrow pero’falla t-tieni wieħed imma pront kien Zammit li daħal għall-offensive rebound u għamel il-basket tar-rebħa. B’hekk Athleta għaddew għas-semifinali b’aggregate ta’ 141-116

 

A to Z Electronics Athleta: M. Krastev, M. Gauchi Montaldo, M. Giusti, H. Soufian, O. Said 7, S. Pace 14, Z. Borg, K. Baldacchino 9, M. Zammit 23, S. Schembri 8

Tata Motors Loyola: I. Buldakov, B. Zammit 28, A.Timor Sarrio 16, C. Cassar, S. Borg 2 L. Azzopardi, S. Vella, A. Axiaq 3 JP Azzopardi 9 M. Grech, J. Ransley 2, V. Nikolic.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Alfred Carbonaro

 





Leave a comment