Siġġiewi t-tieni finalisti

Monday, October 29, 2018, 19:40

St. James Hospital Shield Irġiel 2 Diviżjoni

minn Colin Schembri

Siġġiewi 71

Starlites GIG 50

(7-11)(25-10)(22-7)(17-22)

 

Se jkunu Siġġiewi li se jaffrontaw lil Gżira Athleta fil-finali tas-St. James Hospital Shield li tintlagħab il-Ħadd li ġej f’12:45. Dan wara li għelbu l-isfida ta’ Starlites GIG 71-50. Il-partita kellha bidu kwiet u ta’ skor baxx fl-ewwel sessjoni. Starlites marru fuq quddiem bit-three pointers ta’ Ian Felice Pace u Owen Psaila. Siġġiewi kellhom baskets minn Alex Novakovic però Starlites temmew il-perjodu minn fuq 11-7. Fit-tieni sessjoni Siġġiewi rkupraw b’aktar punti minn Novakovic flimkien ma’ Luke Azzopardi u Darryl Pisani biex għamlu l-iskor indaqs 21-21. Siġġiewi komlew b’run ta’ 11-0 sal-intervall li rathom jidħlu jistrieħu 32-21 minn fuq.

Fit-tielet taqsima, Siġġiewi komplew iżidu l-vantaġġ u fetħu b’run ta’ 14-4 bil-punti ta’ Milan Nedic u JP Antoncic. Starlites kellhom punti minn Mirco Azzopardi u Miguel Vella iżda punti konsekuttivi ta’ Novakovic flimkien ma’ Hubert Agius raw lil Siġġiewi jtemmu l-perjodu minn fuq 54-24. Fl-aħħar taqsima l-logħob kien aktar bilanċjat u Starlites naqqsu d-distakk permess tal-punti kontinwi ta’ Matthew Scerri. Novakovic għamel żewġ trippli għal Siġġiewi li komplew jikkontrollaw il-partita sat-tmiem biex ħarġu rebbieħa 71-50.

Siġġiewi: A. Novakovic 35

Starlites: M. Scerri 15, I. Pace 10





Leave a comment