Siggiewi St. Nicholas jieħdu l-ewwel rebħa tal-istaġun

Monday, October 31, 2016, 20:38

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Starlites 29

Siġġiewi St. Nicholas 62

(4-17)(12-14)(8-17)(5-18)

Siġġiewi St. Nicholas kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lit-team żagħżugħ ta’ Starlites 62-29. Siġġiewi kellhom l-aħjar bidu tal-partita hekk kif bdew b’żewġ trippli ta’ Nello Xuereb li rreġistra magħhom flimkien ma’ Reno Camilleri, Jonathan Camilleri u Slavko Opojevlic. Wara 15 –il punt minn Siġġiewi, Starlites kellhom żewġ baskets biex is-sessjoni ntemmet bis-Siġġiewi 17-4 minn fuq. It-tieni sessjoni kienet aktar bilanċjata b’Luca Vella jnaqqas id-distakk għal Starlites bi trippla. Siġġiewi kellhom aktar punti minn Xuereb flimkien ma’ Gabriel Agius biex daħlu jistrieħu 31-16 minn fuq.

Wara l-intervall il-logħob baqa’ bilanċjat speċjalment fl-ewwel minuti fejn Siġġiewi kellhom il-punti ta’ Keith Scicluna b’Alex Cutajar iwieġeb għal Starlites. Lejn it-tmiem Siġġiewi kellhom run ta’ 8-0 bi trippla ta’ Robert Camilleri biex temmew it-taqsima 48-24 minn fuq. Siġġiewi kellhom run oħra ta’ 12-0 fl-aħħar taqsima biex saħħew il-vantaġġ u ħarġu rebbieħa 62-29.

Starlites: M. Azzopardi 2, L. Vella 8, C. Doublet 7, M. Vella, I. Pace 2, M. Schembri 2, A. Xuereb, A. Cutajar, Q. Bugeja 2, A. Cutajar 6, M. Farrugia.

Siġġiewi St. Nicholas: J. Carter 4, JP Antoncic, K. Scicluna 22, N. Xuereb 12, H. Agius 4, G. Agius 6, S. Opojevlic, R. Camilleri 4, R. Camilleri 4, J. Camilleri 6, C. Bezzina 4.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Igor Marjanovic.

Mellieħa Tritones 49

Gżira Athleta 62

(8-6)(14-17)(12-20)(15-19)

Gżira Athleta kisbu t-tieni rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Mellieħa Tritones 62-49 biex kisbu wkoll it-tieni rebħa fuq l-avversarji wara l-finali tas-Shield. Mellieħa kellhom xi tibdil fil-formazzjoni fejn irritornaw Clint Grixti u Ian Curmi kif ukoll il-player Latvjan Jarnis Viibe però kien nieqes Emanuel Lupo. L-ewwel taqsima kienet ta’ skor baxx bl-Athleta jibdew b’żewġ baskets u żiedu l-punteġġ tagħhom lejn it-tmiem b’żewġ free-trhows. Mellieħa kellhom il-punti ta’ Robert Loporto biex marru basket minn fuq 8-6. Fit-tieni perjodu Mellieħa żiedu l-vantaġġ bi trippla ta’ Rihards Polis. Hawn Athleta ġew lura bil-punti ta’ Kwame Thompson li waħdu għamel run ta’ 8-0. Mellieħa wieġbu bit-trippli ta’ Ianm Terribile u Loporto però basket ta’ Mike Giusti poġġa lil Athleta fuq quddiem fil-halftime 23-22.

Wara l-intervall kienu Mellieġa li reġgħu feġġew fuq quddiem bil-punti ta’ Michel Farrugia u Polis. Athleta wieġbu b’run ta’ 9-0 minn Francesco Mifsud Bonnici u Thompson u wara trippla ta’ Terribile għal Mellieħa, Athleta komplew b’seba’ punti oħra għal skor ta’ 43-34. Fl-aħħar taqsima Athleta kellhom runs qosra ta’ 7-0 biex ħadu kontroll tal-partita fejn Thompson kompla jkun il-protagonist u huma ħarġu rebbieħa 62-49.

Mellieħa Tritones: R. Polis 10, M. Farrugia 6, R. Loporto 15, J. Viibe 6. I. Terribile 7, B. Aquilina 6, D. Miani 3, C. Grixti, B. Soler 2, I. Curmi.

Gżira Athleta: J. Symmons 2, F. Mifsud Bonnici 9, J. Wait 2, J. Aquilina 2, L. Stefanovic 2, M. Gauchi Montaldo, M. Giusti 11, K. Thompson 32, K. Schembri, S. Vincic, M. Cilia 2, N. Petrucci.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Igor Marjanovic.





Leave a comment