Siġġiewi St. Nicholas jerbħu l-konfront dirett għat-tieni post

Monday, January 30, 2017, 20:19

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Starlites 46

Gżira Athleta 82

(21-17)(14-22)(10-15)(11-28)

Gżira Athleta komplew sejrin bir-rebħ fil-kampjonat fejn issa għamluhom disa’ rebħiet minn daqstant partiti. Starlies offrew reżistenza fl-ewwel ħinijiet tal-partita però minn wara l-intervall Athleta ħadu l-partita f’idejhom bi Kwame Thompson ikompli jispikka. Il-partita rat id-debutt taż-żagħżugħ promettenti Nathan Xuereb mat-team tal-Athleta fil-livell tal-kbar. Kienu Starlites li kellhom bidu posittiv u bil-punti ta’ Nicola Stankovic u marru 9-4 minn fuq. Athleta kellhom il-punti ta’ Mike Giusti u trippla ta’ Thompson però Stalites komplew b’sitt punti oħra fosthom trippla ta’ Stankovic u rnexxielhom itemmu l-ewwel taqsima minn fuq 21-17. Starlites baqgħu fuq quddiem wara l-ewwel ftit minuti tat-tieni perjodu bi trippla ta’ Mirco Azzopardi. Athleta rrispondew bi break ta’ 10-4 u komplew bil-punti ta’ Miguel Gauchi Montaldo u għalkemm Starlites kellhom żewġ trippli minn Stankovic, kienu Athleta li daħlu jistrieħu 39-35 minn fuq.

Wara l-intervall, Athleta bdew b’run ta’ 10-2 bil-punti minn Thompson u Stefan Vincic. Ryan Carabott kiseb żewġ baskets għal Starlites però Xuereb għamel trippla għall-Athleta għal skor ta’ 54-45. Fl-aħħar taqsima, Athleta żiedu d-dominju tagħhom meta għamlu run ta’ 15-2. Starlites waqqfuhom bil-punti minn Azpoardi u Stankovic qabel ma Athleta għamlu run oħra ta’ 13-2 biex rebħu l-partita 82-56.

Starlites: A. Barthet, M. Azzopardi 11, L. Vella, A. Xuereb 8, M. Vella, A. Vella Cordina, N. Stankovic 27, R, Carabott 6, Q. Bugeja 4, A. Cutajar, M. Farrugia.

Gżira Athleta: F. Mifsud Bonnici 6, J. Wait 6, J. Aquilina, M. Giusti 6, M. Gauchi Montaldo 6, N. Xuereb 9, K. Thompson 36, C. Schembri 4, S. Vincic 4, M. Cilia 4, D. Buhagiar 1.

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Igor Marjanovic.

Siġġiewi St. Nicholas 66

Marvels Power Plus 46

(20-10)(10-12)(20-8)(16-16)

Siġġiewi St. Nicholas rebħu konfront dirett kontra Marvels Power Plus 66-46 biex issa telgħu waħedhom fit-tieni post wara l-leaders Gżira Athleta. Siġġiewi kellhom nieqes lil JP Antoncic fil-waqt li Marvels kellhom lura lil David Garcia però tilfu lil Clayton Camenzuli b’injury wara biss tlett minuti. Kienu Siġġiewi li fetħu tajjeb bil-punti ta’ Roberto Alosco u Gabriel Agius. Iż-żewġ timijiet imbagħad bdew jirrispondu lil xulxin qabel ma Siġġiewi wieġbu bi break ta’ 9-0 bi trippla ta’ Svens Niedritis biex temmew l-ewwel taqsima 20-10 minn fuq. Fit-tieni perjodu kien hemm il-punti fuq kull naħa fejn wara li Marvels naqqsu d-distakk bi trippla ta’ Luke Azzopardi, Siġġiewi wkoll wieġbu bi trippla minn Alosco u l-punti ta’ Jonathan Camilleri. Marvels kellhom il-baskets minn Christian Briffa u Darren Debattista biex fl-intervall naqqsu d-distakk għal 8 punti 30-22.

Fit-tielet taqsima Marvels komplew inaqqsu l-iżvantaġġ wara żewġ baskets minn Darryl Pisani. Hawn però Siġġiewi kellhom run ta’ 12-2 b’żewġ trippli minn Alosco u l-punti ta’ Keith Scicluna u komplew biex għalqu t-taqsima bi 8 punti oħra għal skor ta’ 50-30. L-aħħar taqsima bdiet bi sforz ieħor minn Marvels hekk kif huma rnexxielhom jagħmlu break ta’ 13-4 bi trippla oħra minn Azzopardi u l-baskets ta’ Jonathan Ransley. Wara time-out, Siġġiewi rkupraw u Alosco kompla bil-wirja posittiva tiegħhu b’żewġ three pointers oħra biex huma reġgħu fetħu vantaġġ komdu u rebħu l-partita b’distakk ta’ 20 punt 66-46.

Siġġiewi St. Nicholas: L. Grech, K. Scicluna 6,  S. Niedritis 15, H. Agius 2, G. Agius 6, R. Alosco 27, S. Opojevlic 2, R. Camilleri 2, R. Camilleri 2, J. Camilleri 2, K. Arvanitakis 2.

Marvels Power Plus: L. Azzopardi 8, D. Massa, D. Pisani 8, R. Curmi, D. Debattista 4, C. Camenzuli, D. Garcia 4, C. Briffa 4, A. Morris, J. Ransley 12, A. Toompere 6.

Referees: Jennifer Mangani, Zvezdan Dobrosaviljevic.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Athleta

9

9

0

18

640

429

Siġġiewi St. Nicholas

9

5

4

14

531

479

Marvels Power Plus

9

4

5

13

475

500

Mellieħa Mr. Green

8

3

5

11

420

433

Starlites

9

1

8

10

413

638





Leave a comment