Siġġiewi St. Nicholas b’żewġ rebħiet fi ftit ġranet

Monday, January 23, 2017, 22:48

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

minn Colin Schembri

Marvels Power Plus 71

Starlites 49

(17-13)(24-8)(12-16)(18-12)

Marvels Power Plus kibsu r-raba’ rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Starlites li kienu ġejjin mir-rebħa kontra Mellieħa. Nikola Stankovic ma kienx inkluż għal Starlites f’din il-partita però huma kellhom lil Miguel Falzon għall-ewwel darba. Il-partita bdiet b’diversi three pointers fuq kull naħa tant li l-vantaġġ bidel l-idejn għal diversi drabi. Marvels kellhom il-punti ta’ Jonathan Ransley biex temmew l-ewwel taqsima erbgħa minn fuq. Fit-tieni perjou Marvels kellhom run ta’ 14-4 bit-three pointers ta’ Andrew Morris u Luke Azzopardi. Wara risposta minn Starlites minn Falzon, Marvels għamlu l-aħħar sitt punti tat-taqsima minn Christian Briffa biex daħlu jistrieħu 41-21 minn fuq.

Wara l-inervall, Starlites kellhom l-aħjar bidu hekk kif kellhom break ta’ 14-2 bil-punti ta’ Alex Perunicic u naqqsu d-distakk għal 8 punti 35-43. Marvels irkupraw  xi ftit wara punti ta’ Ransley biex reġgħu żiedu l-vantaġġ għal 16 –il punt 53-37. Fl-aħħar sessjoni Marvels kellhom il-punti minn Andres Toompere fosthom trippla u reġgħu bdew jinqatgħu mill-avversarji. Huma komplew jikkontrollaw il-vantaġġ  minkejja li Starlites kellhom il-punti minn Alex Xuereb u Ryan Carabott. L-aħħar punti tal-partita ġew minn Ransley u Rueben Curmi għal Marvels li rebħu l-partita 71-49.

Marvels Power Plus: L. Azzopardi 14, D. Massa, M. Fenech 4, R. Curmi 2, C. Camenzuli 6, A. Morris 6, C. Briffa 14, J. Ransley 14, A. Toompere 6.

Starlites: A. Barthet, M. Azzopardi 3, L. Vella 2, A. Xuereb 5, M. Vella, M. Falzon 9, A. Perunicic 11, A. Vella Cordina, R, Carabott 15, Q. Bugeja 2, A. Cutajar, M. Farrugia 2.

Referees: Emanuel Mangani, Jennifer Mangani.

Mellieħa Tritones 46

Siġġiewi St. Nicholas 60

(14-8)(8-10)(7-15)(17-27)

Siġġiewi St. Nicholas għelbu lil Mellieħa Tritones 60-46 biex pattew għat-telfa tal-ewwel round. Mellieħa rkupraw lil Michel Farrugia u Ian Terribile fil-waqt li għal Siġġiewi rritorna Lee Grech. Il-bidu tal-partita kien favur Mellieħa li kisbu l-ewwel tmien punti tal-partita bi three pointer ta’ Robert Loporto. Ir-risposta ta’ Siġġiewi waslet bi three pointer ta’ Svens Niedritis però l-punti ta’ Loporto flimkien ma’ Clint Grixti ħallew lil Mellieħa fuq quddiem 14-8. Fit-tieni sessjoni l-punti naqsu fuq iż-żewġ naħat bis-Siġġiewi jagħlqu bi trippla ta’ Hubert Agius biex naqqsu d-distakk għal erba’ punti 18-22.

Wara l-intervall, Siġġiewi bdew aħjar hekk kif kellhom run ta’ 10-2 bi trippla ta’ John Paul Antoncic biex marru fuq quddiem. Mellieħa kellhom diffikulta biex jagħmlu l-punti għalkemm resqu viċin bi three pointer ta’ Michel Farrugia però Siġġiewi dawwru l-iskor favur tagħhom 33-29. Fl-aħħar taqsima, Siġġiewi komplew b’aktar three pointers minn Roberto Alosco u Grech. Alosco kompla għaddej bil-punti tiegħhu meta kellhu żewġ three pointers oħra f’run ta’ 11-2 biex Siġġiewi fetħu vantaġġ ta’ 14 –il punt 50-36. Mellieħa dehru mifxula hekk kif Siġġiewi komplew bi break ieħor ta’ 10-2 u baqgħu sejrin biex rebħu l-partita 60-46.

Mellieħa Tritones: C. Grixti 5, M. Farrugia 3, R. Loporto 7, J. Vibe, J. Muscat, B. Aquilina, D. Miani 6, E. Lupo 10, I. Terribile 6, S. Aquilina 5, B. Soler 4.

Siġġiewi St. Nicholas: L. Grech 7, JP Antoncic 5, K. Scicluna 5. S. Niedritis 14, H. Agius 10, G. Agius 2, R. Alosco 17, R. Camilleri, R. Camilleri, J. Camilleri, K. Arvanitakis.

Referees: Miklos Rajczi, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Siġġiewi St. Nicholas 80

Starlites 63

(13-9)(21-10)(22-21)(24-23)

Siġġiewi St. Nicholas kisbu t-tieni rebħa fi spazju ta’ jumejn biex laħqu lil Marvels fil-klassifika u telgħu fit-tieni post bid-differenza ta’ punti. Starlites kellhom diversi players nieqsa bħal Mirko Azzopardi, Miguel Falzon u Ryan Carabott però kellhu partita tajba mmens Alex Perunicic li spiċċa l-aħjar skorer tal-partita b’35 punt. Siġġiewi kellhom nieqes lil Svens Niedritis mill-partita ta’ jumejn qabel. Siġġiewi ħadu l-ewwel vantaġġ wata trippli minn JP Antoncic u Hubert Agius. Luca Vella u Perunicic wieġbu għal Starlites għal skor ta’ 13-9. Fit-tieni taqsima Starlites naqqsu d-distakk għal punt 19-20 wara żewġ trippli minn Quentin Bugeja u Perunicic. Hawn però Siġġiewi kellhom run ta’ 14-0 bi trippla ta’ Lee Grech flimkien ma’ Kostas Arvanitakis u Antoncic biex daħlu jistrieħu 34-19.

Wara l-intervall kienu Siġġiewi li bdew bi tmien punti konsekuttivi biex kabbru l-vantaġġ. Perunicic  u Alex Cutajar wieġbu bi three pointers għal Starlites iżda Siġġiewi komplew jirrispondu nil-punti ta’ Agius u Roberto Alosco għal skor ta’ 56-40. Fl-aħħar taqsima ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin hekk kif id-difiżi kienu aktar laxki tant li saru 47 punt bejn iż-żewġ naħat. Perunicic kompla għaddej b’diversi punti u għal Siġġiewi kien hemm il-punti minn Alosco u Keith Scicluna fost l-oħrajn biex rebħu l-partita 80-63.

Siġġiewi St. Nicholas: L. Grech 9, JP Antoncic 7, K. Scicluna 13. H. Agius 15, G. Agius 6, R. Alosco 14, R. Camilleri, R. Camilleri 6, J. Camilleri 1, K. Arvanitakis 9.

Starlites: L. Vella 6, A. Xuereb 2, M. Vella, I. Pace 2, A. Perunicic 35, A. Vella Cardona, Q. Bugeja 13, A. Cutajar 5.

Referees: Brian Sly, Igor Marjanovic.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Athleta

8

8

0

16

558

373

Siġġiewi St. Nicholas

8

4

4

12

465

433

Marvels Power Plus

8

4

4

12

429

434

Mellieħa Mr. Green

8

3

5

11

420

433

Starlites

8

1

7

9

357

556

 





Leave a comment