Siġġiewi lura fl-ewwel post u Mtarfa bl-ewwel rebħa

Thursday, February 2, 2012, 10:56

minn Colin Schembri.

KAMPJONAT TIENI DIVIZJONI IRGIEL

Mellieħa 42

Miscela D’Oro Mtarfa 49

(9-17)(11-17)(13-4)(9-11)

 

Suns vs Starlites

Suns vs Starlites

Miscela D’Oro Mtarfa kisbu l-ewwel rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Mellieħa 49-42. Mtarfa kienu minn fuq tul il-partita kollha b’Mellieħa jkollhom wirja diżappuntanti. Mellieħa għadhom mingħajr Joshua Aquilina li mistenni jidħol fi ftit ġimgħat oħra. Anke Micheal Camilleri kien nieqes fil-waqt li Sean Baldacchino u Alex Psaila kienu nieqsa għal Mtarfa. Mtarfa ma setax kellhom bidu aħjar meta bdew b’run ta’ 9-0 li għalquha bi trippla ta’ Joe Vella. Matthew Cauchi u John Muscat wieġbu għal Mellieħa u wara żewġ baskets oħra ta’ Mtarfa, Oliver Sammut għamel trippla għal Mellieħa. Mtarfa baqgħu fuq quddiem sa tmiem l-ewwel sessjoni 17-9. Fit-tieni perjodu Mtarfa kabbru l-vantaġġ bi break ta’ 6-0 b’Muscat u Cauchi jerġgħu jirrispondu għal Mellieħa. Punti konsekuttivi ta’ Jefreey Gatt u Jarnis Viibe raw lil Mtarfa jiftħu vantaġġ doppju 34-17 qabel ma trippla ta’ Rueben Abela għalqet it-taqsima.

Fit-tielet sessjoni Mellieħa rkupraw sew l-iżvantaġġ li kellhom hekk kif għamlu runs ta’ 6-0 u 7-0. Bejniethom Mtarfa wieġbu b’żewġ baskets ta’ Florian Agius u Calvin Calleja biex xorta baqgħu 5 minn fuq 38-33. Mellieħa naqqsu iktar id-distakk wara punti minn Graham Coleiro pero’ Mtarfa għamlu break ta’ 8-2 biex reġgħu ħadu vantaġġ ta’ 9 punti 46-37. Minkejja l-isforzi ta’ Mellieħa speċjalment permezz ta’ Muscat, Mtarfa żammew sod biex ħadu l-ewwel rebħa tal-kampjonat 49-42.

 

Mellieħa Tritones: J. Sant, M. Cauchi 11, R. Abela 3, J. Muscat 11, A. Mehmedov 2,  O. Sammut 5, M.B. Anastasi 2, G. Coleiro 8, P. Cauchi.

Miscela D’Oro Mtarfa: C. Calleja 2, J. Viibe 18, J. Attard 3, D. Schembri 4, J. Vella 6,  F. Agius 2, D. Cini 2, J. Gatt 12.

Referees: Steve Gouder, Luke Camilleri.

 

Siġġiewi 58

Starlites 38

(16-17)(15-3)(17-8)(10-10)

 

Siġġiewi kisbu d-disa’ rebħa tal-kampjonat u għamlu double fuq Starlites meta rebħulhom 58-38 biex reġgħu telgħu fl-ewwel post. Għal Siġġiewi baqgħu nieqsa Albert Borg u Jean Falzon pero’ rritornaw Matthew Shoults u Glenn Gauchi Grech. Starlites kellhom l-aħjar bidu bi trippli ta’ Robert Bonnici u Robert Loporto u ħadu l-ewwel vantaġġ 9-3. Siġġiewi bdew ġejjin u b’basket ta’ Petar Vulovic u trippla ta’ Clayton Agius resqu viċin. Starlites reġgħu żiedu l-vantaġġ bi trippla ta’ Saviour Bonnici biss fid-disa’ minuta Siġġiewi marru fuq quddiem 14-13. Għal darb’oħra reġgħu kienu Starlites li ħadu l-vantaġġ u din id-darba żammewh sa tmiem is-sessjoni 17-16. Fit-tieni sessjoni pero’ l-folja daret u Siġġiewi bdew b’run ta’ 11 –il punt mingħajr risposta bi trippla ta’ Matthew Shoults. Starlites wieġbu fis-seba’ minuta pero’ fl-intervall Siġġiewi kienu 11 minn fuq 31-20.

Huma komplew ikabbru l-vantaġġ wara l-mistrieħ bil-freethrows ta’ Vulovic u t-tieni trippla ta’ Shoults 39-24. Starlites wieġbu b’żewġ baskets ta’ l-aħwa Bonnici qabel ma’ Siġġiewi għamlu run oħra ta’ 9-0 u temmew is-sessjoni 48-28 minn fuq. FL-aħħar perjodu kien hemm iktar bilanċ bi Starlites jagħmlu run ta’ 7-0 biex resqu viċin. Pero’ Siġġiewi wieġbu b’run oħra ta’ 8-1 biex għalqu l-partita fuq skor finali ta’ 58-38.

 

Siġġiewi: P. Vulovic 20, JP Antoncic 8, C. Agius 7, M. Shoults 11, L. Grech 9, A. Debattista, N. Falzon 1, K. Farrugia, A. Shoults 3,  G. Agius, G. G. Grech.

Starlites: R. Loporto 4, R. Bonnici 15, C.Doublet, S. Bonnici 12, A. Cutajar, C. Borg, A. Schembri 4, A. Cutajar, F. Bartolo 3.

Referees: Clive Terribile, Emanuel Mangani.

 

Siġġiewi 73

Mellieħa 45

(19-12)(23-11)(17-12)(14-10)

 

Siġġiewi kisbu t-tieni rebħa fi spazju ta’ jumejn meta għelbu lil Mellieħa 73-45 biex kisbu t-tielet rebħa fuq l-avversarji dan l-istaġun. Siġġiewi kienu mingħajr Clayton Agius, Lee Grech u Glenn Gauchi Grech fil-waqt li Mellieħa kienu bl-istess formazzjoni ta’ jumejn qabel. Trippla ta’ Matthew Cauchi fetħet il-partita pero’ Siġġiewi malajr irrispondew b’run ta’ 15-0 fosthom trippla ta’ Noel Falzon. Mellieħa wieġbu bi trippla ta’ Oliver Sammut pero sa’ tmiem is-sessjoni Siġġiewi kienu 7 minn fuq 19-12. It-tieni sessjoni fetħet b’run oħra ta’ Siġġiewi ta’ 13-2 b’Matthew Shoults jagħmel trippla. Cauchi wkoll għamel trippla għal Mellieħa flmkien ma żewġ baskets ta’ Graham Coleiro. Siġġiewi għalqu l-perjodu bi break ta’ 8-2 biex fl-intervall kienu 42-23 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Mellieħa naqqsu l-iżvantaġġ wara trippla oħra ta’ Cauchi u punti minn Oliver Sammut. Siġġiewi wieġbu bil-punti ta’ Matthew Shoults u trippla ta’ Eman Vella. Fl-aħħar attakk Anthony Shoults ukoll għamel trippla biex għalaq is-sessjoni 59-35 favur Siġġiewi. Fl-aħħar sessjoni l-partita kienet deċiżau ż-żewġ timijiet qasmu iktar il-logħob. Siġġiewi bdew bi break ta’ 6-0 b’Sammut iwieġeb bi trippla għal Mellieħa. Sa tmiem il-partita l-logħob baqa’ maqsum biex Siġġiewi ħadu r-rebħa 73-45.

 

Siġġiewi: P. Vulovic 7, JP Antoncic 8, M. Shoults 17, J. Falzon, K. Farrugia, N. Falzon 23, A. Debattista, E. Vella 3, A. Shoults 7,  G. Agius 4.

Mellieħa Tritones: M. Cauchi 13, J. Muscat 2, A. Mehmedov 5, R. Abela,  O. Sammut 12, M.B. Anastasi, G. Coleiro 13, P. Cauchi.

Referees: Gordon Barbara, Robert Darmanin

 

Bell Net SN Suns 72

Starlites 41

(14-8)(22-15)(21-8)(15-10)

 

Suns komplew jiġru wara Siġġiewi hekk kif rebħu l-konfront tagħhom kontra Starlites 72-41. Iż-żewġ timijiet kellhom żewġ players neqsin b’Suns ikunu bla Robert Mercieca u Keith Scicluna fil-waqt li Chris Doublet u Donovan Deguara kienu nieqsa għal Starlites. Suns għamlu run ta’ 7-0 fl-ewwel żewġ minuti tal-logħba fosthom trippla minn Michael Barberi. Starlites ħadu time-out u bdew iwieġbu permezz ta’ Robert Bonnici għalkemm Robert Camilleri għamel trippla għal Suns. Sa’ tmiem is-sessjoni Suns baqgħu 8 minn fuq 14-8. Fit-tieni sessjoni bdew ġejjin ukoll il-punti ta’ Igor Marjanovic u Hubert Agius f’run ta’ 12-0 minn Suns li rathom jiftħu vantaġġ ta’ 15 – il punt 32-17. Starlites għalqu l-perjodu b’żewġ baskets biex fl-intervall Suns kienu 13 minn fuq 36-23.

Fil-bidu tat-tielet sessjoni l-punti ġew minn idejn l-istess players Agius għal Suns u Bonnici għal Starlites. Suns fetħu l-vantaġġ ta’ 20 punt fis-sitt minuta 47-27. Marjanovic kompla jiddomina taħt il-board biex sa’ tmiem is-sessjoni Suns żiedu l-vantaġġ 57-31. Fl-aħħar sessjoni l-logħob baqa’ bilanċjat l-logħob baqa’ bilanċjat b’Bonnici jkompli jżid il-punti tiegħu fil-waqt li Daniel Agius wieġeb għal Starlites. Fl-aħħar sekondi press żejda minn naħa tas-Suns bir-riżultat ċert wasslet għall-injury ta’ Simon Cauchi bis-Suns jerbħu l-partita 72-41.

 

Bell Net SN Suns: A. Pace, R. Camilleri 10, D. Agius 7, H. Agius 14, M. Barberi 11, T. Grech 4, R. Camilleri 1, S. Cauchi 1, I. Marjanovic 24.

Starlites: R. Loporto 6, R. Bonnici 24, S. Bonnici 2, A. Cutajar, D. Sultana 2, C. Borg 2, A. Schembri, A. Cutajar 2, F. Bartolo 3.

Referees: Emanuel Mangani, Robert Darmanin

 

Klassifika Kampjonat Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
Siggiewi

10

10

0

20

BellNet SN Suns

10

9

1

19

Starlites

10

6

4

16

Mellieha Tritones

10

4

6

14

Floriana YTC Travel

9

3

6

12

Qormi

9

3

6

12

Athleta

9

2

7

11

Mtarfa Miscela D’oro

9

1

8

10

 

 





Leave a comment