Siġġiewi jiżolqu u Floriana japprofittaw

Wednesday, February 23, 2011, 11:42

minn Colin Schembri

KAMPJONAT TIENI DIVIŻJONI IRĠIEL

Athleta 63

Bell Net SN Suns 46

(15-14)(16-10)(15-13)(17-9)

Floriana vs Starlites

Floriana vs Starlites

Athleta kisbu l-ħames rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Bell Net SN Suns 63-46. Għas-Suns kien qiegħed jagħmel id-debutt tiegħu Igor Marjanovic li għalkemm ilhu fuq il-kotba tagħhom mil-bidu tal-istaġun, qatt ma lagħab. Il-ftuħ tal-partita kien bilanċjat fejn kien hemm baskets fuq kull naħa u f’nofs is-sessjoni kien hemm parita ta’ 8-8. Athleta marru fuq quddiem bi trippla ta’ Adrian Baldacchino li bdietilhom run ta’ 9-2 biex marru 5 minn fuq 15-10. Suns għalqu s-sessjoni b’baskets ta’ Hubert Agius u Reno Camilleri u naqqsu d-distakk għal punt 14-15. Punti konsekuttivi ta’ Roberto Formosa kabbru l-vantaġġ tal-Athleta 19-17. Hawn Suns għamlu ħafna turnovers u Athleta approfittaw b’run ta’ 10-0 u marru 29-17 minn fuq. Suns wieġbu b’run ta’ 6-0 inkluża trippla ta’ Robert Camilleri u fil-mistrieħ Athleta kienu 31-24 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni kien hemm it-three pointers tal-Athleta li kabbru l-vantaġġ għal 10 punti 40-30. Baldacchino kompla bi trippi tiegħu u fi tmiem is-sessjoni kienu 46-37 minn fuq għalkemm Marjanovic beda jirsisti ħafna għas-Suns. Ir-raba’ sesskoni kienet f’idejn l-Athleta kompletament fejn għamlu run ta’ 17-2 u marru 63-41 minn fuq. Suns għalqu l-partita bi break ta’ 5-0 biex Athleta rebħu l-partita 63-46.

Athleta: K. Cucciardi, A. Baldacchino 19, S. Aquilina 6, M. Giusti 7, J. Muscat 4, L. Fenech, J. Chirchop 4, M. Spiteri, R. Formosa 14, I. Buldakov 9.

Bell Net SN Suns: J. Farrugia, B. Grech, R. Camilleri 6, R. Agius, H. Agius 15, M. Barberi 4, A. Bellia, I. Marjanovic 11, R. Mercieca 4, R, Camilleri 6.

Referees: Brian Sly, Clive Terribile.

Vida Siġġiewi 68

Mellieha Tritones 70

(16-18)(25-13)(18-18)(9-21)

Vida Siġġiewi rmew vantaġġ ta’ 22 punt li kellhom fit-tielet sessjoni u sofrew l-ewwel telfa kontra Mellieħa f’dan l-istaġun. Mellieħa kellhom lil Sassoun Saakian li reġa kiseb 38 punt u kien ta’ xewka kontinwa għal Siġġiewi li kienu mingħajr Lee Grech. L-ewwel sessjoni kienet ferm bilanċjata b’Mellieħa jmorru 7-6 minn fuq wara trippla ta’ Saakian. Siġġiewi dawwru r-riżultat wara punti ta’ Petar Vulovic imma reġa’ kien Saakian flimkien ma Joshua Aquilina li raw lil Mellieħa jispiċċaw l-ewwel sessjoni 18-16 minn fuq. Il-punti komplew ġejjin fit-tieni perjodu tant li f’nofshu Siġġiewi marru 27-23 minn fuq wara trippla ta’ Clayton Agius. Mellieħa wieġbu bil-freethrows ta’ Aquilina u Hilary Fenech bis-Siġġiewi mbagħad jagħmlu run ta’ 14-4 u jiftħu vantaġġ ta’ 10 punti fil-halftime 41-31.

Fit-tielet sessjoni l-partita kienet maqsuma f’żewġ fażijiet. Fil-bidu kienu Siġġiewi li bdew b’run ta’ 14-2 u marru 22 punt minn fuq 55-33. Dan ma qatax qalb Mellieħa li malajr għamlu run ta’ 12-0 u naqqsu d-distakk għal 10 punti 35-45. Sa tmiem il-perjodu d-distakk ma nbidilx u Siġġiewi baqgħu 59-49 fil-vantaġġ. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni Siġġiewi reġħu kabbru d-distakk 63-51 pero sensiela ta’ turn-overs u freethrows żbaljati raw lil Melleiha jnaqqsu d-distakk għal 4 punti 59-63. Fl-aħħar minuta Siġġiewi kienu għadhom igawdu dan il-vantaġġ 59-63 u dehru li jistgħu jikkontrollaw il-logħba. Saakian kellhu ħsibijiet differenti u wara li ppareġja fl-aħħar 14-il sekonda, ħa offensive rebound fl-aħħar 2 sekondi u għamel il-basket tar-rebħa 70-68.

Vida Siġġiewi: P. Vulovic 25, JP. Antonic 7, C. Agius 17, A. Duncan 2, D. Debattista, N. Falzon 4, I. Terribile 2, E. Vella, A. Debattista, G. Agius, G. Gauchi Grech 11.

Mellieha Tritones: M. Cauchi 6, S. Saakian 38, O. Sammut 4, J. Aquilina 12, M. Camilleri 2, H. Fenech 8, K. Genovese.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani.

Floriana Eurobasket Peugeot 71

Starlites Ker Grill 37

(19-4)(18-17)(20-10)(14-6)

Floriana Eurobasket Peugeot pattew għad-diżappunt tan-Knock Out meta għelbu lil Starlites Ker Grill 71-37 ġimgħa wara li dawn eleminawhom fis-semifinali. B’din ir-rebħa issa Floriana huma l-leaders assoluti tal-kampjonat tat-tieni diviżjoni. Starlites kienu b’formazzjoni ta’ emerġenza b’diversi players neqsin fosthom Ivan Riolo u Abraham Portelli bil-coach Sandro Farrugia juża ħafna players żagħżagħ. Floriana laqgħu lura lil Ian Mercieca fil-waqt li Steve Sammut kien nieqes. Floriana fetħu b’run ta’ 14-0 wara li Francois Bartolo fetaħ l-iskor għal Starlites. Ħames punti ta’ Chris Sammut għalqu l-ewwel sessjoni bi Floriana 19-4 minn fuq. It-tieni sessjoni kienet iktar bilanċjata fejn Starlites naqqsu d-distakk wara trippla ta’ Robert Loporto. Floriana ukoll wieġbu bi trippla ta’ Rihards Polis. Lejn it-tmiem kien hemm trippla fuq kull naħa biex Floriana daħlu jistrieħu 37-21 minn fuq.

It-tielet sessjoni wkoll kienet f’idejn Floriana li bdewha b’run ta’ 12-3 fl-ewwel sitt minuti. Loporto reġa’ wieġeb għal Starlites pero Floriana għamlu run oħra ta’ 9-2 u temmew is-sessjoni 57-31 fil-vantaġġ. Fl-aħħar sessjoni Starlites fetħu b’run ta’ 6-0 biex naqqsu d-distakk għal 20 punt 37-57. Floriana għalqu l-partita b’erba’ three pointers, 2 minn Sammut flimkien ma Adrian Pace u ż-żagħżugħ Donovan Deguara biex rebħu 71-37.

Floriana Eurobasket Peugeot: J. Curmi, S. Galea, M. Ciantar 2, C. Sammut 24, A. Pace 6, I. Mercieca 7, B. Aquilina 10, R. Polis 17, O. Shamala, J. Tanti 2, D. Deguara 3, N. Mercieca.

Starlites Ker Grill: B. Riolo, R. Bonnici 9, D. Sultana, F. Bartolo 2, R. Loporto 13, A. Cutajar 4, C. Doublet 4, S. Gouder 5.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani.

Klassifika Kampjonat Tieni Diviżjoni
Team Logħob Rebħ Telf Punti
Floriana Eurobasket Peugeot 7 6 1 13
Vida Siggiewi 7 5 2 12
Athleta 7 5 2 12
Mellieha Tritones 7 4 3 11
Starlites Ker Grill 7 3 4 10
Bell Net SN Suns 7 1 6 8
Mtarfa Miscela D’oro 6 0 6 6




Leave a comment