Siġġiewi jirritornaw għar-rebħ

Wednesday, January 30, 2013, 22:31

minn Colin Schembri

Phoenix Qormi Żmerċ Pub 45

St. Nicholas Suns 76

(10-13)(13-22)(9-10)(13-31)

 

St. Nicholas Suns żammew it-tieni post tal-klassifika wara rebħa fuq Phoenix Qormi Żmerċ Pub 76-45. Suns għadhom mingħajr Robert Camilleri u Reno Camilleri u kien nieqes ukoll Robert Mercieca fil-waqt li Clayton Debono għadu nieqes għal Phoenix. Suns ħadu l-ewwel vantaġġ 5-2 fejn il-punti kollha tagħhom ġew minn Keith Scicluna. Phoenix wieġbu b’żewġ three pointers ta’ Trevor Grech u Darren Debattista bis-Suns jagħmlu run ta’ 8-0 u temmew is-sessjoni minn fuq 13-10. Debattista kellhu trippla oħra fil-ftuħ tat-tieni perjodu qabel ma Suns għamlu seba’ punti mingħajr risposta. Is-sessjoni kompliet biż-żewġ timijiet iwieġbu lil xulxin bi Hubert Agius ikollhu diversi punti għal Suns. Lejn it-tmiem Suns għamlu tlett baskets mingħajr risposta biex daħlu jistrieħu 12 minn fuq 35-23.

It-tielet sessjoni kienet nieqsa mil-punti u wara li Suns għamlu l-ewwel tmien punti mingħajr risposta, Phoenix wieġbu bi break ta’ 9-2 għal skor ta’ 32-45. Phoenix komplew inaqqsu d-distakk fil-ftuħ tal-aħħar perjodu wara punti konsekuttivi minn Andres Toompere 37-45. Hawn Suns kellhom run sabiħa ta’ 14-0 b’iktar punti minn Agius biex reġgħu ħadu vantaġġ komdu ta’ 23 punt 63-40. Phoenix issa kienu rassenjati għal telfa oħra u Suns komplew jagħfsu bi break ieħor ta’ 11-1 biex rebħu l-partita 76-45.

 

Phoenix Qormi Żmerċ Pub: C. Camenzuli 2, G. Micallef, J. Vassallo 4, K. Azzopardi 5, D. Debattista 6, T. Grech 12, K. Genovese, A. Costa 2, A. Toompere 12.

St. Nicholas Suns: K. Scicluna 17, S. Borg 4, J. Paris, H. Agius 24, M. Barberi 17, R. Agius 6, R. Formosa, S. Cauchi 1, I. Marjanovic 8.

Referees: Emanuel Mangani, Luke Camilleri.

 

Siġġiewi 77

Floriana 44

(14-12)(19-8)(28-3)(16-21)

 

Siġġiewi pattew għad-diżappunt tal-ewwel round meta kienu sofrew l-ewwel telfa wara staġun kontra Floriana, meta rritornaw għar-rebħ u għelbu lil istess Floriana 77-44. Kif juri l-iskor din id-darba Siġġiewi ma taw l-ebda tama lil Floriana li jirrepetu dan is-suċċess minkejja li għadhom mingħajr Petar Vulovic u kien nieqes ukoll Glenn Gauchi Grech. Floriana kienu fil-logħba sal-ewwel sessoni u saħansitra kienu basket minn fuq sal-ħames minuta 9-7 wara trippla ta’ Rihards Polis u punti minn Jeremy Curmi. Siġġiewi ppareġjaw wara punti minn Clement Kodomoris u minkejja li Curmi kellhu trippla għal Floriana, kien Kodomaris li għamel l-aħħar basket tas-sessjoni biex Siġġiewi temmewha 14-12 ,minn fuq. Siġġiewi bdewha bi break ta’ 11-0 bil-punti kollha jaslu minn Kodomaris u Alister Duncan. Floriana wieġbu b’baskets ta’ Polis u Curmi pero’ Siġġiewi kienu għadhom 13 minn fuq fil-halftime 33-20.

It-tielet sessjoni kienet kompletament f’idejn Siġġiewi. Huma għamlu 28 punt minghajr risposta tul l-għaxar minuti kollha tas-sessjoni fejn bdew bi tlett baskets konsekuttivi minn Graham Coleiro. Kodomaris, Lee Grech u Aryton Debattista komplew ukoll bil-punti għal Siġġiewi u kien biss fl-aħħar sekondi li Floriana għamlu l-uniċi punti tagħhom bi trippla ta’ Curmi. L-aħħar perjodu fetaħ bi tlett baskets oħra minn Siġġiewi minn Kodomaris u Debattista. Polis u Adrian Pace bi trippla wieġbu għal Floriana bil-vantaġġ ta’ Siġġiewi kompla jikber għal 40 punt 70-30. Hawn Floriana għamlu break qasir ta’ 9-2 u għalqu l-partita bi trippla ta’ Curmi biex Siġġiewi rebħu l-partita 77-44.

 

Siġġiewi: L.Grima 8, S, Mamo, JP Antoncic, A. Duncan 9, L. Grech 8, A. Debattista 12, A. Cutajar 3, C. Kodomaris 24 , G. Coleiro 13, A. Shoults.

Floriana: G. Cordina, R. Polis 17, J. Curmi 17, M. Pace, E. Farrugia 4, A. Pace 5, O. Shamala, K. Vella 2, K. Cucciardi.

Referees: Clive Terribile, Steve Gouder.

 

Klassifika Kampjonat BOV Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
Starlites

7

7

0

14

St. Nicholas Suns

8

6

2

14

Siġġiewi

7

5

2

12

Mellieħa Tritones

7

4

3

11

Floriana

7

3

5

11

Phoenix Qormi Żmerċ Pub

8

1

7

9

Miscela D’Oro Mtarfa

7

0

7

7

 

 

 





Leave a comment