Siġġiewi jirbħu żewġ partiti u jitilgħu fl-ewwel post

Monday, December 19, 2011, 9:18

minn Colin Schembri

KAMPJONAT TIENI DIVIZJONI IRGIEL

 

Starlites vs Qormi

Starlites vs Qormi

Siġġiewi jerbħu żewġ partiti u jitilgħu fl-ewwel post ….minn Colin Schembri

 

Qormi 27

Siġġiewi 66

(8-14)(9-24)(8-8)(2-20)

 

Siġġiewi komplew isaħħu posthom fil-quċċata tal-klassifika meta rebħu l-ħames partita tal-kampjonat kontra Qormi bl-iskor ta’ 66-27. Qormi kienu fil-partita biss fl-ewwel minuti meta f’nofs l-ewwel sessjoni basket ta’ Stayan Kivshanov poġġijhom punt minn fuq 8-7. Hawn Siġġiewi għamlu break ta’ 7-0 bil-punti ta’ Petar Vulovic u Clayton Agius u u temmew 14-8 minn fuq. It-tieni sessjoni bdietg bi break ieħor ta’ 11-0 minn Siġġiewi sal-ħames minuta meta Qormi wieġbu bi trippla ta’ Daniel Bugeja. Wara minuta u nofs, Agius għamel trippla għal Siġġiewi li sal-mistrieħ kienu fetħu vantaġġ ta’ 21 punt 38-17.

It-tielet sessjoni kienet waħda mingħajr ġafna entużjażmu tant li fiha saru biss 16 –il punt 8 fuq kull naħa. Kien Kivshanov li beda bil-punti għal Qormi b’Noel Falzon wieġeb għal Siġġiewi. L-aħħar perjodu kien nettament f’idejn Siġġiewi b’diversi punti minn Lee Grech u Matthew Shoults fi break ta’ 20-0 tul is-sessjoni kollha. Kivshanov għamel l-uniku basket ta’ Qormi f’din is-sessjoni li wkoll għalaq il-partita fuq skor finali ta’ 66-27 favur Siġġiewi.

 

Qormi: C. Camenzuli 2, G. Micallef, K. Vella, D. Debattista 3, C. Debono 8, S. Kivshanov 11, C. Kahraman,  D. Bugeja 3, S. Gauchi.

Siġġiewi: P. Vulovic 15, JP Antoncic, C. Agius 11, J. Doughty, L. Grech 12, A. Borg 3, M. Shoults 7, N. Falzon 11, A. Shoults 2, G. Agius, J. Falzon 5.

Referees: Alfred Carbonaro, Emmanuel Mangani.

 

Athleta 34

Siġġiewi 87

(8-23)(9-19)(8-27)(9-18)

 

Jumejn wara li Siġġiewi reġgħu kienu mpenjati f’partita oħra tal-kampjonat u mill-ġdid ħarġu rebbieħa din id-darba kontra Athleta 87-34. Siġġiewi kellhom lil Albert Borg u John Doughty nieqsa u Athleta kienu mingħajr Clint Graham u Andre Azzopardi fost l-oħrajn. L-ewwel vantaġġ tal-partita ħaduh l-Athleta li f’nofs is-sessjoni kienu 8-4 minn fuq b’punti minn Malcolm Tong. Pero’ Siġġiewi għamlu reazzjoni qawwija tant li sa tmiem il-perjodu, kienu huma biss li għamlu l-punti f’run ta’ 19-0. Hawn waslu trippli mill-aħwa Matthew u Anthony Shoults u Siġġiewi kienu 23-8 minn fuq fi tmiem il-perjodu. Tong reġa’ fetaħ it-tieni perjodu b’basket għal Athleta bir-risposta ta’ Siġġiewi tasal bi break ta’ 8-0. Wara run ta’ 7-2 minn Athleta, Siġġiewi għalqu l-perjodu b’żewġ trippli ta’ Clayton Agius u fl-intervall kellhom vantaġġ ta’ 25 punt 42-17.

Fit-tielet perjodu Athleta żammew il-pass fl-ewwel ħinijiet wara punti minn John Chircop u Miguel Gauchi Montalto. Għal darb’oħra pero reġgħu ntlaqtu minn run oħra qawwija ta’ Siġġiewi ta’ 21-1 għal skor ta’ 69-25 fi tmiem is-sessjoni. Fl-aħħar perjodu Siġġiewi bdew b’run ta’ 6-0 li ġiet imwieġba b’oħra ta’ 8-0 minn Athleta. Wara ħin mingħajr punti, Siġġiewi għalqu l-logħba b’run ta’ 12-2 u ħarġu rebbieħa 87-34.

 

Athleta: H. Soufain 2, M. Gauci Montalto 5, T. Mifsud Bonnici 1, M. Tong 13, Z. Borg 5, J. Chircop 8.

Siġġiewi: P. Vulovic 18, JP Antoncic 2, C. Agius 19, L. Grech 8, M. Shoults 14, N. Falzon 5, E. Vella 2, A. Shoults 7, G. Agius 6, J. Falzon 6.

Referees: Emanuel Mangani, Luke Camilleri.

 

Floriana YTC Travel 52

Mellieħa Tritones 45

(14-8)(18-9)(4-8)(16-20)

 

Floriana rritornaw għar-rebħ wara t-telf fl-aħħar partita meta għelbu lil Mellieħa 52-45. Mellieħa tilfu lil Yunes Kawaid li wkoll irritorna lejn il-Bahrain biex naqqsu s-saħħa li kellhom. Huma kienu mingħajr coach u b’John Muscat, Jason Sant u Joshua Aquilina neqsin. Floriana mil-ewwel fetħu tajjeb bi three pointers ta’ Andrew Barthet. Mellieħa waslu sa żewġ punti ‘l bogħod 8-10 pero’ baskets ta’ Omar Shamala u Rihards Polis għalqu s-sessjoni favur Floriana 14-8. Fit-tieni sessjoni kien hemm dominju Furjaniż fl-ewwel parti b’mod speċjali l-player Latvjan Polis li għamel xejn inqas minn 5 three pointers. Wara seba’ minuti waslet ir-risposta ta’ Mellieħa pero fl-intervall Floriana kienu għadhom15 minn fuq 32-17.

Wara l-mistrieħ Mellieħa qalbu għal difiża box and one fuq Polis biex illimitaw id-danni u Floriana wara 4 minuti kienu għadhom bla basket wara 13 –il tentattiv. Il-puntu ġew bil-mod bi tlett baskets ta’ Mellieħa pero’ Floriana fi tmiem il-perjodu kienu għadhom 11 minn fuq 36-25. Fl-aħħar sessjoni pero’ Mellieħa ħarġu ferm aħjar u bdew b’run ta’ 10-0 waslu sa punt viċin. Trippla ta’ Polis f’nofs is-sessjoni waqqfet din ir-run pero’ Mellieħa wieġbu b’oħra minn Michael Camilleriu b’basket ta’ Aziz Mehmedov ħadu vantaġġ ta’ punt 40-39. Fl-aħħar żewġ minuti Floriana reġgħu ġew f’tagħhom u b’run ta’ 11-2 ħadu vantaġġ li żammewh sat-tmiem u ħarġu rebbieħa 52-45.

 

Floriana YTC Travel: D. Garcia 2, R. Polis 25, O. Shamala 11, A. Barthet 9, M. Gauchi, L. Pavia 4, R. Bezzina, S. Galea.

Mellieħa Tritones: M. Cauchi 7, A. Mehmedov 2, R. Abela 2,  O. Sammut 5, M. Camilleri 10, G. Coleiro 19, P. Cauchi.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.

 

Starlites 43

Qormi 39

(13-6)(6-7)(8-10)(16-16)

 

Starlites kellhom jitħabtu biex jiksbu t-tielet rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Qormi 43-39 fejn Qormi kellhom wirja sodisfaċenti.  Starlites kellhom lil Robert Loporto nieqes fil-waqt li Qormi kienu aktar milquta b’erba’ players regolari nieqsa. Huma kienu mingħajr Clayton Debono, Aryton Debattista, Sean Gauchi u Ceck Kahraman. Starlites fetħu b’żewġ baskets u wara li Qormi wieġbu permezz ta’ Stayan Kivshanov wieġbu Starlites b’run ta’ 9-2. Qormi għamlu diversi turnovers u tilfu baskets faċli u Starlites temmew is-sessjoni 13-6 minn fuq. Fit-tieni sessjoni l-punti naqsu ħafna fuq iż-żewġ naħat. Il-baskets ġew bil-mod fuq kull naħa biex fl-intervall Starlites kienu sitta minn fuq 19-13.

Wara l-mistrieħ l-iskor kiber xi ftit bi Starlites jibdew tajjeb u jżidu l-vantaġġ. Qormi wieġbu bi tlett baskets konsekuttivi biex reġgħu naqqsu d-distakk u r-raba’ perjodu beda bi Starlites 4 minn fuq 27-23. Qormi ppareġjaw 27-27 fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni għalkemm trippla ta’ Robert Bonnici tat mill-ġdid il-vantaġġ lil Starlites. L-istess player għamel sitt punti konsekuttivi pero’ Qormi reġgħu wieġbu  u trippla ta’ Daniel Bugeja ressqithom għal darb’oħra punt minn taħt 35-36. Sat-tmiem il-logħob baqa’ bilanċjat u kien Bonnici li bl-aħħar tlett punti tiegħu li ta r-rebħa lil Starlites 43-39.

 

Starlites: R. Bonnici 23, C.Doublet 3, S. Bonnici 9, A. Cutajar, D. Sultana, C. Borg, A. Schembri, D. Deguara, A. Cutajar 2, F. Bartolo 6.

Qormi: C. Camenzuli 5, G. Micallef 4, K. Vella 1, K. Genovese 12, S. Kivshanov 10, K. Vella, D. Bugeja 5, E. Sant.

Referees: Emannuel Mangani, Robert Darmanin.

 

Bell Net SN Suns 67

Miscela D’Oro Mtarfa 36

(20-12)(13-4)(13-11)(21-9)

 

Ġimgħa qabel ma jiltaqgħu ma’ Siġġiewi f’konfront dirett, Bell Net SN Suns żammew l-imbattibilita tagħhom fil-kampjonat u għelbu lil Miscela D’Oro Mtarfa 67-37. Suns kienu mingħajr Hubert Agius u Mtarfa kellhom nieqes lil David Cini. Mtarfa kellhom bidu nkorraġanti meta diversi punti minn Darryl Schembri poġġewhom minn fuq 8-7. Suns ħadu time-out u dawwru l-partita favur tagħhom f’run qawwija ta’ 15-2 biex temmew is-sessjoni 20-12 minn fuq. Suns komplew iżidu l-vantaġġ fit-tieni perjodu meta bdew b’run ta’ 9-0. Mtarfa wieġbu b’żewġ baskets minn Josef Attard u Joe Vella pero’ Keith Scicluna għalaq il-perjodu għal Suns li daħlu jistrieħu 33-16 minn fuq.

Fit-tielet perjodu Suns fetħu bi trippla ta’ Robert Camilleri pero hawn Mtarfa għamlu reazzjoni b’run ta’ 11-0 u naqqsu d-distakk għal 9 punti 27-36. Wara time-out ieħor Suns għamlu break ta’ 10-0 u temmew is-sessjoni 46-27 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Suns bdew b’run qawwija ta’ 13-2 b’diversi fast breaks ta’ Scicluna biex fetħu vantaġġ ta’ 30 punt 59-29. Mtarfa ftit setgħu jirrispondu hlief minn freethrows u basket ta’ Robert Mercieca għalaq il-partita favur Suns 67-36.

 

Bell Net SN Suns: K. Scicluna 16, R. Camilleri 8, D. Agius, M. Barberi 4, T. Grech, R. Mercieca 16, R. Camilleri 5, S. Cauchi 3, I. Marjanovic 15.

Miscela D’Oro Mtarfa: S. Baldacchino 6, J. Vella 9, J. Attard 2, C. Calleja 6, D. Schembri 8, K. Mifsud 5, A. Psaila, F. Agius, A. Milanovic.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

 

Klassifika Kampjonat Tieni Divi\joni

Team Log]ob Reb] Telf Punti
Siggiewi

6

6

0

12

BellNet SN Suns

5

5

0

10

Floriana YTC Travel

5

3

2

8

Starlites

5

3

2

8

Mellieha Tritones

5

2

3

7

Qormi

6

1

5

7

Athleta

5

1

4

6

Mtarfa Miscela D’oro

5

0

5

5

 

 

 





Leave a comment