Siġġiewi jirbħu minkejja rimonta minn Floriana

Monday, January 30, 2012, 9:34

minn Colin Schembri

Kampjonat MSV Life Irġiel

Tata Motors Loyola 56

A to Z Electronics Athleta 70

(14-15)(14-20)(14-9)(14-26)

 

Siggiewi vs Floriana

Siggiewi vs Floriana

Ic-champions A to Z Electronics Athleta kellhom jistennew sa’ l-aħħar sessjoni biex għelbu l-isfida qawwija ta’ Tata Motors Loyola 70-56. B’din ir-rebħa Athleta baqgħu l-uniku team bla rebħa fil-kampjonat MSV Life u saħħew il-quċċata tal-klassifika. Andras Fekete għadu nieqes għal Athleta fil-waqt li Loyola għadhom mingħajr Clint Cassar u Joshua Anastasi pero’ ddebutta għalijhom Jean Paul Azzopardi.  Athleta bdew il-partita b’run ta’ 8-2 b’diversi bil-punti jaslu minn Micheal Naudi u Dirk Schembri. Loyola wieġbu bl-ewwel trippla ta’ David Camilleri li kellhu partita stupenda biex flimkien ma Rashanti Harris naqqsu d-distakk għal punt sa’ tmiem l-ewwel sessjoni 14-15. It-tieni sessjoni fetħet bi trippla ta’ Omar Said pero Camilleri wieġeb b’oħra għal Loyola. Fit-tielet minuta Loyola marru basket minn fuq 22-20 wara trippla oħra ta’ Camilleri b’Joe Galeajagħjjat time-out u jwettaq tlett sostituzzjonijiet. Loyola baqgħu fuq quddiem sakemm Athleta għalqu s-sessjoni b’run ta’ 9-1 biex daħlu jistrieħu fuq quddiem 35-28.

Wara l-intervall Loyola reġgħu bdew inaqqru d-distakk bil-punti ta’ Harris b’Todorovic iwieġeb għall-Athleta. F’nofs is-sessjoni kien hemm 4 punti jifirdu liż-żewġ timijiet 39-35 favur Athleta pero’ iktar punti minn Camilleri raw lil Loyola jkomplu jersqu viċin. Athleta żiedu l-vantaġġ bil-freethrows ta’ Said pero’ kien Harris li għalaq is-sessjoni bil-Loyola basket minn taħt 42-44. Eżatt fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni Loyola reġgħu marru fuq quddiem bil-ħames three pointer ta’ Camilleri u fit-tielet minuta kellna parita 47-47. Hawn pero’ Athleta għamlu run ta’ 14-2 bi trippla ta’ Steve Schembri u punti ta’ Todorovic biex marru 12 minn fuq 61-49. Camilleri kompla jwieġeb għal Loyola pero Athleta għamlu run oħra ta’ 7-0 u minkejja s-sitt trippla ta’ Camilleri, ħarġu rebbieħa 70-56.

 

Tata Motors Loyola: S. Pace 2, B. Zammit, D. Camilleri 28, S. Borg 1, L. Azzopardi, S. Vella, A. Axiaq 4, J.P. Azzopardi, J. Ransley, R. Harris 21.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 14, I. Buldakov, D. Bugeja 4, M. Todorovic 13,  M. Giusti, O. Said 6, D. Schembri 16, A. Bonnici 4, K. Baldacchino 4, S. Schembri 9.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Emanuel Mangani

 

Siġġiewi 79

Floriana Francesco Fenech 72

(22-11)(27-22)(18-14)(12-25)

 

Siġġiewi kisbu t-tieni rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Floriana Francesco Fenech 79-72 u taw l-ewwel telfa lil Floriana wara żewġ rebħiet. Siġġiewi rriskjaw ferm li jitilfu l-partita hekk kif Floriana niżżlu distakk ta’ 28 punt f’wieħed ta’ 2 punti. Siġġiewi rkupraw lil Eman Xuereb fil-waqt li Jeremy Curmi kien nieqes għal Floriana. Siġġiewi kellhom bidu tajjeb meta fl-ewwel 3 minuti għamlu run ta’ 12-1 bi trippli minn Alan u Karl Borg flimkien ma’ punti minn Marco Matijevic u Chris Meier. Floriana bdew iwieġbu bil-mod b’baskets minn Ian Mercieca u Evan Fjeld pero trippla oħra ta’ Alan Borg ħalliet lil Siġġiewi 10 minn fuq 16-6. Sat-tmiem is-sessjoni Floriana komplew isibu diffikulta biex jagħmlu l-punti u Siġġiewi temmewha b’vantaġġ doppju 22-11. Basket ta’ Fjeld fetaħ it-tieni perjodu bis-Siġġiewi jagħmlu break ieħor ta’ 13-3 biex żiedu l-vantaġġ 34-16. Hawn iż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin fejn kien hemm trippla ta’ Steve Sammut għal Floriana u oħra ta’ Borg u Louis Camilleri għal Siġġiewi li fl-intervall kienu 49-33 minn fuq.

Siġġiewi komplew iżidu l-vantaġġ fil-bidu ta’ l-aħħar sessjoni speċjalment fl-ewwel seba’ minuti meta għamlu 16 –il punt kontra l-erbgħa ta’ Floriana biex fetħu vantaġġ ta’ 28 punt 65-37. Hawn pero’ Floriana bdew ir-rimonta tagħhom bi break ta’ 8-2 imma Siġġiewi xorta kellhom vantaġġ t’20 punt 47-67. Floriana komplew jiddominaw il-partita hekk kif Siġġiewi tilfu l-players bil-ħames foul u għamlu run ta’ 16-4 fosthom trippla ta’ Chris Sammut li fit-tmien minuta ġabithom 65-72 minn taħt. Għalkemm Siġġiewi wieġbu b’punti minn Matijevic, Fjeld naqqas id-distakk għal 2 punti fl-aħħar minuta 72-74. Hawn Floriana rrikorrew għal foul biex iwaqqfu l-arloġġ pero Siġġiewi ma fallewx il-freethrows biex setgħu jieħdu nifs qawwi u jerbħu l-partita 79-72.

 

Siġġiewi: R. Agius, L. Camilleri 10, K. Borg 5, L. Grima, A. Borg 14, C. Maeir 11, C. Codomaris 8, M. Matijevic 29.

Floriana Francesco Fenech: C. Sammut 16, I. Mercieca 13, S. Sammut 11, C, Calleja 3, A. Baldacchino 2, E. Fjeld 25, A. Sultana, M. Ciantar.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro

 

Bupa Luxol 72

Depiro 69

(17-19)(13-13)(28-8)(14-29)

 

Bupa Luxol komplew isaħħu t-tieni post tal-klassifika meta għelbu lil Depiro 72-69 f’partita oħra sabiħa. Għal Depiro din kienet it-tielet telfa konsekuttiva fil-kampjonat wara r-rebħa fl-ewwel ħarġa tagħhom kontra Siġġiewi. Għal Luxol għadu nieqes Lee Ross fil-waqt li għal Depiro rritorna Adrian Micallef. Għal Luxol kellhu partita tajba ħafna Marco Mercieca flimkien mas-solitu Belin fil-waqt li Depiro għandhom players importani li għaddejin minn perjodu negattiv. Ma dankollhu kienu Depiro li bdew b’run ta’ 9-2 u wara li Belin wieġeb għal Luxol, huma reġgħu għamlu sitt punti oħra għal skor ta’ 15-4. Luxol naqqsu d-distakk wara iktar punti minn Belin u trippla minn Jean Paul Bonnici pero’ Depiro għalqu l-ewwel sessjoni basket minn fuq 19-17. Depiro baqgħu fuq quddiem fit-tieni sessjoni bi trippla ta’ Andrew Aquilina wara li iktar qabel Bonnici kien għamel it-tieni waħda tiegħu. Luxol għamlu run ta’ 11-4 bi trippla ta’ Nikola Vasovic pero qabel l-intervall basket ta’ Portelli ra lil Depiro jidħlu jistrieħu fuq quddiem 32-30.

Fit-tielet sessjoni beda s-show ta’ Belin li f’run ta’ 19-0 għamel ħames trippli fosthom 3 wara xulxin biex Luxol ħadu l-partita f’idejhom. Ray Muscat tefa lil Greg Hamlin jiddefendi lil Belin pero’ l-ħsara kienet saret u b’diversi punti ta’ Mercieca u s-sitt trippla ta’ Belin Luxol temmew is-sessjoni 58-40 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Depiro ppruvaw jirkupraw speċjalment wara run ta’ 14-4 bi trippli minn Aquilina u Adrian Micallef. Mercieca u Bonnici reġgħu wieġbu għal Luxol pero Hamlun u Aquilina għamlu żewġ trippli oħra u fl-aħħar ħinijiet id-distakk bejn iż-żewġ timijiet reġa nizel għal 5 punti. Pero’ ma kienx għad fadal ħin u minkejja li Aquilina għamel trippla oħra għal Depiro huma ma rnexxielhomx jevitaw it-telfa biex Luxol ħarġu rebbieħa 72-69.

 

Bupa Luxol:  CJ Cordina, M. Mercieca 15, J. Belin 33, A. M. Trgona 4, A. Costa  N. Vasovic 7, T. Paris, M. A. Montalto, E. C. Montaldo, JP Bonnici 13, S. Capello.

Depiro: R. Vella 2, JP Schembr, A. Aquilina 17, A. Portelli4, A. Micallef 11, E. Lupo, M. Mallia, I. Tanti 10, G. Hamlin 25.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro

 

Klassifika Kampjonat MSV Life Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
A to Z Electronics Athleta

4

4

0

8

304

218

Bupa Luxol

4

3

1

7

288

314

Siġġiewi

4

2

2

6

294

292

Floriana Francesco Fenech

4

2

2

6

272

258

Depiro

4

1

3

5

247

278

Tata Motors Loyola

4

0

4

4

265

310

 

 

 

 





2 Comments

  1. Truly Bball Lover says:

    bahseb per li loyola u depiro jinqataw naqa lura jekk jibqaw sejrin hekk!!

    [Reply]

  2. karmnu says:

    Finalment jidher li se jkun stagun kumbattut u kull team irid jithabat biex jasal sal-playoffs…forsi l-athleta biss huma certi allavolja batew biex rebhu lil loyola.

    [Reply]

Leave a comment