Siġġiewi jirbħu l-ewwel konfront dirett

Tuesday, November 29, 2011, 20:06

minn Colin Schembri

KAMPJONAT TIENI DIVIZJONI IRĠIEL

Athleta 33

Qormi 36

(4-6)(10-6)(14-14)(5-10)

Mellieħa s Siġġiewi

Mellieħa s Siġġiewi

Qormi kisbu l-ewwel rebħa tal-kampjonat kontra Athleta biex pattew għat-telfa kbira li kienu sofrew fis-shield kontra l-istess avversarji. Kif juri l-iskor finali l-partita qatt ma laħqet xi livell għoli u kien hemm waqtiet monotoni. Athleta ppreżentaw biss 6 players li żdiedu għal seba’ wara l-mistrieħ għar-rabja tal-coach Dalibor Miatovic. Intant, wara tlett minuti waslu l-ewwel punti min Sean Gauchi għal Qormi u wara tlett minuti oħra wasal basket ieħor. Athleta wieġbu wara tnax –il tentattivu temmew is-sessjoni 4-6 minn taħt. Qormi kabbru l-vantaġġ għal 6 punti 10-4 pero’ hawn wasal l-aqwa mument ta’ l-Athleta li għamlu run ta’ 10-0 qabel ma Daniel Bugeja għalaq is-sessjoni bl-Athleta basket minn fuq 14-12.

Qormi ppareġjaw mal-ftuħ tat-tielet sessjoni u wara żewġ baskets ta’ Athleta kien Clayton Camenzuli li reġa’ poġġa lil Qormi 19-18 minn fuq. Athleta wieġbu bil-baskets ta’ Martin Krastev pero’ żewġ baskets ta’ Clayton Debono raw lil Qormi jagħlqu s-sessjoni żewġ punti minn taħt 26-28. L-aħħar sessjoni kienet diżappuntanti u wara ħames minuti logħob kellna biss 3 punti. Qormi ħadu l-vantaġġ fit-tmien minuta u bir-risposta ta’ l-Athleta tkun fjakka, kien Gary Micallef li ssiġilla r-rebħa għal Qormi fuq skor finali ta’ 36-33.

 

Athleta: H. Soufain 2, T. Mifsud Bonnici 3, M.G. Montalto, M. Krastev 13, C. Graham 3, M. Tong, Z. Borg 12.

Qormi: C. Camenzuli 3, G. Micallef 2, K. Vella, D. Debattista, C. Debono 9, S. Kivshanov 8, C. Kahraman,  D. Bugeja 2, S. Gauchi 8, C. Bugeja 4.

Referees: Gordon Barbara, Emmanuel Mangani.

 

Starlites 61

Bell Net SN Suns 84

(15-22)(17-17)(15-17)(14-28)

 

Bell Net SN Suns kisbu t-tielet rebħa tal-kampjonat u għamlu double fuq Starlites bl-iskor ta’ 84-61. Suns kienu fil-kontroll tal-partita għalkemm fil-bidu tat-tielet perjodu Starlites waslu sa’ basket il-bogħod. Wara bidu bilanċjat fejn Starlites kienu punt minn fuq 6-5, Suns għamlu run ta’ 13-0 fosthom trippla ta’ Robert Camilleri għal skor ta’ 18-6. Wara li Starlites wieġbu b’seba’ punti konsekuttivi, Keith Scicluna għamel il-punti għal Suns u s-sessjoni ntemmet bis-Suns fuq quddiem 22-15. Suns fetħu t-tieni perjodu b’run ta’ 8-2 pero’ punti Robert Bonnici u Robert Loporto ħallew lil Starlites viċin. Il-logħob baqa’ maqsum għall-kumplament tas-sessjoni biż-żewġ timijiet ikollhom il-mumenti tagħhom u fl-intervall Suns kellhom vantaġġ ta’ 7 punti 39-32.

Fit-tielet sessjoni, Starlites naqqsu d-distakk għal żewġ punti 37-39 pero’ fast breaks konklużi minn Robert Mercieca reġgħu saħħew il-vantaġġ tas-Suns. Lejn it-tmiem huma għamlu break ta’ 8-2 biex reġħu fetħu distakk ta’ 9 punti 56-47. Fl-aħħar perjodu bdew ġejjin il-punti minn Hubert Agius u trippla ta’ Trevor Grech biex Suns marru 12 minn fuq 66-54. Wara risposta ta’ Starlites minn Saviour Bonnici, Suns għalqu l-partita bi break ta’ 14-2 fosthom trippla ta’ Agius biex ħarġu rebbieħa 84-61.

 

Starlites: R. Loporto 17, R. Bonnici 18, C.Doublet 4, S. Bonnici 16, A. Cutajar, C. Borg, A. Schembri 6, D. Deguara, A. Cutajar, F. Bartolo.

Bell Net SN Suns: K. Scicluna 13, R. Camilleri 10, D. Agius, H. Agius 22, M. Barberi 8, T. Grech 5, R. Mercieca 16, R. Camilleri, S. Cauchi, I. Marjanovic 10.

Referees: Clive Terribile, Luke Camilleri

 

Mellieħa 48

Siġġiewi 66

(12-14)(15-14)(6-13)(15-25)

 

Siġġiewi telgħu jaqsmu l-ewwel post ma’ Suns wara li fl-ewwel konfront dirett tal-kampjonat għelbu lil Mellieħa 68-48. Iż-żewġ timijiet kellhom players mportanti nieqsa – Joshua Aquilina għal Mellieħa u Lee Grech u Jean Falzon għal Siġġiewi. Ma setax jonqos li partita bħal din tkun bilanċjata u hekk kien fil-bidu tagħha pero’ wara l-mistrieħ Siġġiewi ddominaw. Siġġiewi marru 5-2 minn fuq wara trippla ta’ Matthew Shoults. Mellieħa wieġbu bil-punti t’Oliver Sammut u Yunes Kuwaid b’Shoults jagħmel trippla oħra għal Siġġiewi li żiedu l-vantaġġ b’basket ta’ Albert Borg. Mellieħa ġew lura biex sa tmiem is-sessjoni naqqsu d-distakk 12-14. Wara li Mellieħa ppareġjaw 16-16, Siġġiewi għamlu run ta’ 7-2 li għalquha bi trippla oħra ta’ Shoults. Mellieħa ħadu time-out li swijhom tajjeb għax huma wkoll għamlu break ta’ 7-2 fosthom trippla ta’ Sammut biex fl-intervall punt biss kien jifred liż-żewġ timijiet 28-27 favur Siġġiewi.

It-tielet sessjoni baqgħet bl-istess andament fil-bidu għalkemm il-punti naqsu xi ftit. Siġġiewi bdew bl-ewwel żewġ baskets pero’ Mellieħa wieġbu b’run ta’ 6-0 u fis-seba’ minuta ħadu vantaġġ ta’ punt 33-32. Dan l-iżvantaġġ ta ħajja ġdida lil Siġġiewi li għamlu run ta’ 9-0 fosthom trippla ta’ Petar Vulovic biex temmew is-sessjoni 41-33 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni l-istorja nbidlet hekk kif Siġġiewi bdew jinqatgħu sew mill-avversarji. Huma għamlu run ta’ 14-2 biex fetħu vantaġġ t’20 punt 55-35. Mellieħa ppruvaw jerġgħu jidħlu fil-partita bil-punti ta’ Kuwaid pero Siġġiewi għalqu l-partita b’run ta’ 9-2 u ħarġu rebbieħa 66-48.

 

Mellieħa Tritones: J. Sant, M. Cauchi, Y. Kuwaid 23, J. Muscat 4, R. Abela,  O. Sammut 7, A. Mehmedov, M. Camilleri 2, G. Coleiro 12, P. Cauchi.

Siġġiewi: P. Vulovic 20, JP Antoncic 10, C. Agius 2, J. Doughty 2, E. Vella, A. Borg 4, M. Shoults 24, N. Falzon 4, A. Debattista, A. Shoults, G. Agius, K. Farrugia.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani

 

Floriana YTC Travel 43

Miscela D’Oro Mtarfa 33

(15-13)(6-11)(14-0)(8-9)

 

Il-partita li għalqet it-tielet ġurnata tal-kampjonat laqgħat kontra xulxin żewġ timijiet minn naħa t’isfel tal-klassifika i kienu Floriana YTC Travel li ħarġu rebbieħa 43-33 kontra Miscela D’Oro Mtarfa. Floriana rkupraw lil Joe Tanti imma kienu mingħajr Lauren Pavia fil-waqt li Mtarfa kellhom biss sitt players. Il-parita bdiet b’ritmu għoli bi three pointers fuq kull naħa. Wara li Keith Mifsud għamel wieħed għal Mtarfa kien Rihards Polis li wieġeb għal Floriana bi tnejn. Biż-żewġ timijiet ikomplu jattakaw kienu Floriana li temmew is-sessjoni 15-13 minn fuq. Fit-tieni perjodu iż-żewġ timijiet irrispondew lil xulxin biex Floriana żammew vantaġġ ta’ żewġ punti 21-19. Lejn it-tmiem basket ta’ Darrel Schembri u trippla ta’ Joe Vella raw lil Mtarfa jmorru għall-mistrieħ 3 minn fuq 24-21.

Floriana bdew it-tielet sessjoni b’run ta’ 7-0 fosthom trippla ta’ Joe Tanti biex sa nofs il-perjodu marru minn fuq 4 minn fuq 28-24. Sa tmiem is-sessjoni Mtarfa baqgħu m’għamlux punti kontra seba’ oħra ta’ Floriana li b’hekk temmew is-sessjoni 35-24 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Mtarfa fetħu b’żewġ baskets pero’ wara time-out Floriana għamlu tnejn huma u reġgħu fetħu distakk ta’ 11 –il punt 39-28. Mtarfa reġgħu resqu viċin bi break qasir ta’ 6-0 pero’ l-ħin kien kontrijhom u żewġ baskets Furjaniżi għalqu l-partita favurhom 43-33.

 

Floriana YTC Travel: D. Garcia 4, M. Sapiano, R. Polis 18, R. Manicaro 2, O. Shamala 9, A. Barthet, M. Gauchi, J. Tanti 3, S. Galea 7.

Miscela D’Oro Mtarfa: S. Baldacchino 9, J. Vella 3, D. Schembri 8, K. Mifsud 11, A. Psaila 2, A. Milanovic.

Referees: Alfred Carbonaro, Luke Camilleri.

 

 





Leave a comment