Siġġiewi jirbħu d-derby

Tuesday, December 4, 2012, 17:03

minn Colin Schembri

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA 2 DIVIŻJONI

 

St. Nicholas Suns 57

Siġġiewi 60
(12-11)(11-24)(13-12)(21-13)

 

Depiro vs Starlites

Depiro vs Starlites

L-ewwel derby tal-istaġun bejn iż-żewġ timijiet mis-Siġġiewi ntrebaħ minn Siġġiewi 60-57 kontra St. Nicholas Suns. Kif juri l-iskor il-partita kienet bilanċjata u missielta tant li nofs minuta mit-tmiem l-iskor kien għadu f’parita. Għal Siġġiewi rritorna Petar Vulovic pero’ kienu nieqsa Gabriel Agius u Glenn Gauchi Grech fil-waqt li Suns kienu bl-iskwadra kompluta. Kienu Siġġiewi li ħadu l-ewwel vantaġġ 9-4 b’punti minn Graham Coleiro pero’ sat-8 minuta Suns ippareġjaw 9-9. Huma kienu f’run ta’ tmien punti mingħajr risposta li rawhom itemmu s-sessjoni minn fuq 12-11. Siġġiewi fetħu t-tieni perjodu bi trippla ta’ Karl Borg biex reġgħu ħadu l-vantaġġ. Wara li Hubert Agius u Michael Barberi wieġbu għal Suns, Siġġiewi għamlu break ta’ 10-2 bi trippla ta’ Anthony Shoults u fetħu distakk ta’ 9 punti 27-18. Suns kellhom trippla minn Simon Cauchi pero’ l-aħjar tmiem kien ta’ Siġġiewi b’żewġ baskets ta’ Coleiro biex fl-intervall kienu 12 minn fuq 35-23.

Wara l-intervall Suns bdew ir-rimonta tagħhom u run ta’ 11-3 bi trippla ta’ Barberi rathom inaqqsu d-distakk għal 5 punti 34-39. Wara basket fuq kull naħa kien hemm break qasir ta’ 6-0 minn Siġġiewi magħluq b’basket ta’ Vulovic għal skor ta’ 47-36. Suns reġgħu bdew tajjeb fl-aħħar perjodu bil-punti ta’ Reno Camilleri u Cauchi biex naqqsu d-distakk 42-49. Wara basket ta’ Vulovic, kien hemm trippli minn Barberi u Cauchi pero’ sa’ nofs is-sessjoni Siġġiewi kienu għadhom 5 minn fuq 55-50. Suns ippareġjaw tlett minuti mit-tmiem 55-55 wara trippla ta’ Keith Scicluna. Tletin sekonda mit-tmiem kien għad hemm parita 57-57 pero’ minkejja li fallew diversi freethrows, Siġġiewi rnexxielhom jagħmlu l-aħħar 3 punti minn Kodomaris, Borg u ż-żagħżugħ Luke Grima biex rebħu l-partita 60-57.

 

St. Nicholas Suns: K. Scicluna 9, S. Borg, R. Camilleri, J. Paris 2, H. Agius 14, M. Barberi 13, S. Kivshanov, R. Formosa, R. Mercieca 5, R. Camilleri 2, S. Cauchi 8, I. Marjanovic 4.

Siġġiewi: P. Vulovic 6, E. Vella, S, Mamo 2, A. Debattista, JP Antoncic 4, K. Borg 6, L. Grima 3, A. Cutajar 5, A. Shoults 3, G. Coleiro 19, C. Kodomaris 12.

Referees: Clive Terribile, Brian Sly.

 

Mellieħa 57

Floriana 50

(17-14)(13-14)(8-13)(19-9)

 

Mellieħa rritornaw għar-rebħ wara żewġ telfiet konsekuttivi u għelbu lil Floriana 57-50 li minn naħa tagħhom kienu friski mir-rebħa fuq Siġġiewi. Mellieħa kellhom nieqsa lil Patrick Cauchi u Michael Camilleri fil-waqt li Floriana kienu bl-iskwadra kollha. Wara bidu kwiet, Mellieħa ħadu vantaġġ żgħir ta’ 5 punti 7-2. Floriana kellhom il-punti ta’ Rihards Polis fosthom trippla u fis-sitt minuta naqqsu d-distakk 7-9. It-taqsima kompliet bl-istess andament b’baskets fuq kull naħa u minkejja li Mellieħa kellhom żewġ baskets wara xulxin mil-aħwa Aquilina, Floriana għalqu l-perjodu bi trippla ta’ Polis għal skor ta’ 17-14. Fit-tieni perjodu Mellieħa bdew bi tlett three pointers minn Oliver Sammut u ieħor ta’ Paul Magro biex ħadu l-vantaġġ ta’ 10 punti 28-18. Ir-risposta ta’ Floriana kienet immedjata u għamlu run ta’ 10-2 b’punti minn Jeremy Curmi hekk kif Polis kien immarkat b’box and one minn John Muscat. Sal-halftime Floriana naqqsu d-distakk għal basket 28-30.

Fit-tielet sessjoni Mellieħa reġgħu marru 5 minn fuq 35-30 b’basket minn Samuel u Joshua Aquilina. Polis għamel ħames punti oħra biex fis-sitt minuta ppareġja l-partita 35-35. Floriana komplew u bi tlett baskets mingħajr risposta u ħadu vantaġġ li żammewh sat-tmiem is-sessjoni 41-38. Fir-raba’ sessjoni l-konfront baqa’ missielet bil-vantaġġ jinbidel diversi drabi. Mellieħa għamlu 4 punti mingħajr risposta pero’ Polis ma waqafx u trippla tiegħu fis-seba’ minuta reġgħat poġġiet lil Floriana minn fuq 50-49. Pero’ fl-aħħar tlett minuti l-punti ġew biss minn Mellieħa fosthom freethrows ta’ Carlos Bugeja u basket ta’ Muscat biex ħarġu rebbieħa 57-50.

 

Mellieħa Tritones: I. Curmi 1, M. Cauchi, B. Borg, J. Muscat 7, C. Bugeja 3, P. Magro 3, O. Sammut 10, J. Aquilina 11, S. Aquilina 14, M. Borg Anastasi 8, H. Fenech, E. Cutajar.

Floriana: A. Pace 2, K. Borg, A. Baldacchino 8, R. Polis 16, J. Curmi 15, S. Schembri, M. Pace 4, G. Cordina, E. Farrugia, A. Camilleri, O. Shamala 5.

Referees: Alfred Carbonaro, Emanuel Mangani.

 

Miscela D’Oro Mtarfa 31

Starlites 56

(7-13)(8-15)(4-13)(12-15)

 

Starlites kisbu r-raba’ rebħa tagħhom meta għelbu lil Miscela D’Oro Mtarfa 56-31 biex fetħu vantaġġ ta’ 2 punti fuq Suns fil-klassifika meta baqgħu mingħajr telfa. Mtarfa kienu mingħajr Shawn Baldacchino u Malcolm Sammut u Starlites kienu mingħajr problemi ta’ formazzjoni. Wara li Nicholas Grech għamel l-ewwel basket tal-partita għal Mtarfa, fis-sitt minuti ta’ wara waslu biss punti minn Starlites permezz ta’ Robert Bonnici u Francois Bartolo fost l-oħrajn. Starlites temmew is-sessjoni 13-7 minn fuq u fetħu t-tieni waħda bi three pointer minn Saviour Bonnici. Mtarfa bdew isibuha diffiċli li jagħmlu l-punti u għalkemm Starlites naqqsu xi ftit ir-ritmu, xorta sabu ħin biex jagħmlu break qasir ta’ 6-2 biex fl-intervall kienu 28-15 minn fuq.

Wara l-intervall, kellna basket fuq kull naħa qabel ma Starlites għamlu 11 –il punt mingħajr risposta b’punti ta’ Bonnici u Gabor Szokreny. Jarnis Viibe għamel l-uniċi żewġ baskets ta’ Mtarfa għal skor ta’ 41-19. Ir-raba’ sessjoni kienet iktar bilanċjata. Fl-ewwel parti kien l-ispanjol David Garcia li għamel kważi l-punti kollha ta’ Starlites fosthom trippla. Fl-aħħar żewġ minuti Mtarfa għamlu 8 punti konsekuttivi biex ġabu l-iskor aktar rispettabli biex Starlites rebħu l-partita 56-31.

Miscela D’Oro Mtarfa: D. Debono, J. Attard 6, C. Calleja, JP Borg, N. Grech 4, A. Psaila, D. Farrugia 4, M Agius 4, J. Viibe 4, D. Schembri 9.

Starlites: A. Schembri, R. Loporto 4, R. Bonnici 10, J.C. Khalil 1, S. Bonnici 6, D. Garcia 17, D. Sultana, K. Galea, G. Szokreny 7, C. Borg, A. Cutajar, F. Bartolo 11.

Referees: Luke Camilleri, Jennifer Mangani.

 





Leave a comment