Siġġiewi jirbħu d-derby u t-tazza

Wednesday, November 9, 2011, 10:48

minn Colin Schembri

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD TIENI DIVIZJONI IRĠIEL

Siġġiewi 59

Bell Net SN Suns 50

(9-12)(14-15)(17-13)(19-10)

L-ewwel unur tat-tieni diviżjoni ntrebaħ minn Siġġiewi li fil-finali tas-Saint James Hospital Shield għelbu lil Bell Net SN Suns 59-50. Il-partita kienet missielta fejn kien hemm 70 free-throw b’Siġġiewi jkollhom 43 u Suns ikollhom 27. Suns kellhom wirja tajba fl-ewwel taqsima pero’ wara l-mistrieħ naqqsu l-logħba tagħhom u Siġġiewi approfittaw. Anke l-player Serb Igor Marjanovic li tant kellhu bidu tajjeb ta’ l-istaġun u ġie magħżul bħala l-You Shop We Ship player tax-xagħar kellhu partita diżappuntanti. Għal Siġġiewi ddebutta jew aħjar irritorna wara waqfa ta’ staġun Matthew Shoults.

Suns fetħu bi three pointers minn Michael Barberi u Robert Camilleri biex fetħu vantaġġ ta’ 4 punti. Il-coach ta’ Siġġiewi Karl Borg għajat time-out u bidel xi affarijiet pero’ Suns temmew l-ewwel sessjoni 12-9 minn fuq. Suns kellhom diversi free-throws żbaljati fil-bidu tat-tieni sessjoni pero xorta baqgħu ħamsa minn fuq 17-12. Siġġiewi naqqsu d-distakk għal punt pero’ free throws kontinwi minn Simon Cauchi ħallew lil Sins 4 minn fuq fil-halftime 27-22.

Siġġiewi fetħu aħjar wara l-mistrieħ fejn wara li ppareġjaw il-partita 27-27, huma għamlu run ta’ 10-3 biex marru fuq quddiem 37-30. Suns wieġbu bi trippla ta’ Trevor Grech. Sa tmiem il-perjodu reġa’ kien hemm parita ta’ 40-40. Siġġiewi ħasdu lil Suns b’run ta’ 7-0 fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni u din ir-run irriżultat deċisiva għal kumplament tal-partita. Suns ftit li xejn setgħu jidħlu lura fil-partita anzi kienu Siġġiewi li kellhom ċans ikabbru l-vantaġġ pero’ fallew diversi free-throws. Dan pero’ ma żammhomx milli jibqgħu jikkontrollaw il-partita biex ħarġu rebbieħa. Fi tmiem il-partita il-President tal-Malta Basketball Association is-Sur Paul Sultana ppreżenta t-trofew lil captain ta’ Siġġiewi Albert Borg.

Siġġiewi: P. Vulovic 22, JP Antoncic 8, C. Agius 18, J. Doughty, L. Grech 3, A. Borg, N. Falzon, E. Vella, M. Shoults 8, A. Shoults, G. Agius, A.Debattista.

Bell Net SN Suns: K. Scicluna 6, R. Camilleri 4, H. Agius 7, M. Barberi 8, T. Grech 3, R. Mercieca 7, R. Camilleri, S. Cauchi 11, I. Marjanovic 4.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile.





6 Comments

  1. Truly Bball Lover says:

    meta tirbah sur mizzi bil hila ta kulhadt…

    [Reply]

  2. USA says:

    L_istagun li ghadda kien hawn joe mizzi jmaqdar lil kollox u lil kulhadd u din is-sena ghandna lil louis mizzi!!! Mid-dehra ma nistawx nehilsu mill-mizzijiet il-basketball u l-kuljom mizzi se jibqa jdur lol

    [Reply]

  3. louis mizzi says:

    Prosit Siggiewi Div 2………..sgur mhux bil hila ta coach Karl.

    [Reply]

    Jessica vella Reply:

    great job boys u the great training sessions  :) … Being the best coach everyone would be jealous… Kull min ghandu halq jitkelem min ghandu sens biss jiraguna.. Being judged makes you stronger and better :) …. Keep up your great job with all your teams =]….

    [Reply]

    Karl Borg Reply:

    thanks………. jekk thares ill-fuq hemm ritratt tas-siggiewi jiehdu t-tazza u ghalija dak li jghodd li jirbhu it0tim tas-Siggiewi

    [Reply]

    Elton Baldacchino Reply:

    Prosit lit-tim kollu li ovjament jinkludi lil coach ukoll :)

    [Reply]

Leave a comment