Siġġiewi jimlew l-aħħar post tal-playoffs

Wednesday, March 6, 2013, 16:58

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL

minn Colin Schembri

Floriana Francesco Fenech 84

Tata Motors Loyola 47

(20-17)(22-6)(23-9)(19-15)

 

Floriana Francesco Fenech ikkonfermaw posthom fil-quċċata tal-klassifika fi tmiem l-ewwel fażi tal-kampjonat Bank of Valletta wara li għelbu lil Tata Motors Loyola 84-45. B’hekk issa huma se jilagħbu kontra Siġġiewi li spiċċaw fir-raba’ post fil-logħob tal-playoffs li se jibdew nhar il-Ġimgħa. Għal-Loyola irritorna Anton Axiaq però kien nieqes Clint Cassar. Floriana kellhom l-aħjar bidu meta bil-punti ta’ Chris Sammut marru 4-0 minn fuq. Wara baskets minn Axiaq u Sean Borg għal-Loyola, Floriana wieġbu bi trippla minn David Camilleri u l-baskets tal-Amerikan Matt Glass biex fetħu vantaġġ ta’ 7 punti 18-11. Loyola kellhom il-baskets ta’ Stefan Vella u Sean Borg qabel ma Glass u Dom Mazzocchi għamlu l-aħħar baskets tas-sessjoni għal skor ta’ 20-17. Fit-tieni perjodu Loyola naqqsu d-distakk b’basket ieħor ta’ Mazzocchi però Floriana kellhom ħames punti konsekuttivi. Wara 3 punti minn Billy Zammit, Floriana kellhom run tajba ta’ 17-0 b’diversi punti ta’ Glass u Dirk Schembri fost l-oħrajn. Loyola kellhom biss freethrow ta’ Antonio Sarrio biex fl-intervall Floriana kellhom vantaġġ ta’ 19 –il punt 42-23.

Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni Floriana bdew bi trippla ta’ Adrian Baldacchino flimkien ma’ żewġ baskets ta’ Schembri. Loyola wieġbu bi tlett punti ta’ Borg. Wara basket fuq kull naħa, Floriana kellhom run ta’ 14-4 b’Bevan Scott Camilleri jagħmel l-aħħar tliet baskets tagħhom flimkien ma’ baskets minn Sassoun Saakian. Camilleri baqa’ għaddej fil-ftuħ tat-tielet sessjoni b’basket u trippla. Wara basket ta’ Axiaq favur Loyola, Floriana komplew iżidu l-vantaġġ tagħhom bil-punti ta’ Camilleri, Saakian u Schembri. Reġa kien Axiaq li waqqfilhom ir-run b’żewġ freethrows. Loyola komplew bi break qasir ta’ 8-2 biex il-partita ntemmet b’basket fuq kull naħa biex Floriana rebħu l-partita 84-45.

           

Floriana Francesco Fenech: A. Baldacchino 3, B. Scott Camilleri 21, D. Camilleri 3, M. Glass 24, C. Sammut 8, I. Mercieca, C. Calleja, D. Schembri 15, S. Saakian 10.

Tata Motors Loyola: B. Zammit 8, A.Timor Sarrio 1, S. Borg 12, L. Azzopardi, S. Vella 2, A. Axiaq 14, D. Mazzocchi 10.

Referees: Emanuel Mangani, Jacques Abeng, Steve Gouder.

 

Pavi Depiro 73

A to Z Electronics Athleta 71

(13-22)(28-9)(16-19)(16-21)

 

Dawn iż-żewġ timijiet kienu diġa ċerti minn post fil-playoffs u r-riżultat ta’ din il-partita ma kien se jbiddel xejn fil-klassifika. Minkejja dan, Pavi Depiro u A to Z Electronics Athleta offrew partita kumbattuta bid-Depiro jieħdu rebħa mportani għall-moral b’distakk ta’ basket 73-71. Iż-żewġ timijiet kellhom ritorni nteressanti li se jiswewhom matul il-playoffs hekk kif għal Depiro reġa deher Nigel Sultana fil-waqt li Athleta kellhom lura lil Etienne Bezzina li kien beda l-istaġun mal-istess Depiro. Għal din il-partita Athleta kellhom jagħddu mingħajr David Bugeja u Steve Schembri. Wara bidu kwiet, Athleta bdew jieħdu vantaġġ u bi trippli minn Omar Said u Kristin Baldacchino marru 14-4 minn fuq. Depiro wieġbu permezz ta’ Isaac Tanti u Shawn Morgan però Athleta temmew is-sessjoni 22-13 minn fuq. Fil-ftuħ tat-tieni perjodu, c-champions bdew isibuha bi tqila biex jagħmlu l-punti tant li fl-ewwel seba’ minuti kellhom biss freethrow minn Marco Todorovic. Minn naħa l-oħra Depiro permezz tal-koppja Morgan-Tanti għamlu 15 –il punt biex fil-ħames minuta kienu 28-23 minn fuq. Huma komplew b’run oħra ta’ 1-4 b’punti minn Malcolm Mallia u Kenez Kun b’dan tal-aħħar ikollu trippla. Athleta kellhom il-punti ta’ Bezzina u Baldacchino biex Depiro daħlu jistrieħu 10 minn fuq 41-31.

Fit-tielet taqsima ir-reazzjoni tac-champions bdiet ġejja bil-mod però aktar punti minn Tanti flimkien ma’ David Agius raw lil Depiro jiftħu vantaġġ massimu ta’ 16 –il punt 53-37. Wara basket fuq kull naħa, Athleta kellhom run ta’ 11-0 biex naqqsu d-distakk għal 5 punti qabel ma Tanti kellhu żewġ freethrows biex is-sessjoni ntemmet bid-Depiro fuq quddiem 57-50. Fl-aħħar taqsima Depiro reġgħu żiedu l-vantaġġ wara punti minn Morgan u Abraham Portelli. Athleta għamlu run oħra ta’ 10-3 biex waslu sa’ basket ‘l bogħod mill-avversarji 66-68. Huma kellhom trippla minn Bezzina pero’ Tanti għamel l-aħħar punti ta’ Depiro li rebħu l-partita 73-71.

 

Pavi Depiro: R. Vella 1, N. Sultana 4, K. Kun 11, A. Aquilina 2, A. Portelli 4, D. Agius 4, E. Lupo, M. Mallia 4, I. Tanti 20, S. Morgan 23.

A to Z Electronics Athleta: S. Hagul, M. Todorovic 16,  M. Giusti 2, E. Bezzina 10, O. Said 17, S. Pace 8, W. Spiteri 2, K. Baldacchino 14, S. Bischoff 2.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Jacques Abeng.

 

Bupa Luxol 61

Siġġiewi 75

(17-14)(20-23)(16-17)(8-21)

 

Bla dubju ta’ xejn din kienet l-aktar partita mportanti ta’ tmiem il-ġimgħa hekk kif iż-żewġ timijiet riedu rebħa biex jieħdu l-aħħar post li kien hemm fil-playoffs. Finalment kienu Siġġiewi li ħadu r-rebħa fuq skor ta’ 75-61 biex aċċertaw mir-raba’ post. Għal Luxol irritorna Jean Paul Bonnici. Wara li Siġġiewi ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 6-2, Luxol wieġbu b’run ta’ 12-2 bil-punti ta’ Nikola Vasovic, Stephen Shackelford u Marco Mercieca b’dan tal-aħħar jagħmel trippla. Ir-reazzji ta’ Siġġiewi waslet bi tlett baskets konsekuttivi minn Marco Matijevic u Chris Meier qabel ma Vasovic għalaq is-sessjoni favur Luxol 17-14. Siġġiewi  fetħu tt-tieni sessjoni bi trippla ta’ Peter Shoults bil-Luxol jergħu jagħmlu tliet baskets wara xulxin. Hawn Siġġiewi kellhom run ta’ 8-3 b’Shackelford jagħmel trippla għal-Luxol. Il-player Amerikan kompla għaddej bil-punti tiegħu qabel ma Meier għamel ħames punti għal Siġġiewi flimkien ma’ punti ta’ Andras Fekete biex marru minn fuq. Basket minn CJ Cordina għalaq is-sessjoni biex fl-intervall kien hemm parita ta’ 37 punt kull team.

Fil-bidu tat-tielet perjodu Luxol reġgħu ħadu l-vantaġġ b’żewġ baskets oħra ta’ Cordina u trippla minn Vasovic. Luxol baqgħu minn fuq u wara li Shoults kellhu trippla oħra, kien Jean Paul Bonnici li għamel oħra għal-Luxol. Sa’ tmiem il-perjodu kien hemm il-punti ta’ Matijevic u Alan Borg biex Siġġiewi ħadu l-vantaġġ. Eżatt qabel intemmet it-taqsima kien imsaffar technical foul lil Shackleford u dan kellhu piż kbir fuq il-kumplament tal-partita. Konsegwenza t’hekk, fit-tieni minuta tal-aħħar sessjoni hu għamel foul ieħor u kellhu jispiċċa l-partita. Sas-sitt minuta, Luxol kienu għadhom punt minn fuq wara basket minn Bonnici 61-60. Dan però kellhu jkun l-aħħar basket ta’ Luxol fil-partita għaliex minn hemm il-quddiem Siġġiewi kellhom run ta’ 15-0 fl-aħħar tliet minuti biex rebħu l-partita 75-61.

 

Bupa Luxol: C.J. Cordina 8, M. Mercieca 9, A. Micallef 2, S. Shackleford 27, J.P. Schembri, N. Vasovic 7, T. Paris, E. Bonello, J.P. Bonnici 8, S. Capello

Siġġiewi: N. Falzon, P. Shoults 11, E. Xuereb 10, C. Agius, A. Borg 12, D. Ross, C. Meier 15, A. Fekete 5, M. Matijevic 22.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Steve Gouder

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel Finali

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Floriana Francesco Fenech

10

8

2

18

871

717

A to Z Electronics Athleta

10

7

3

17

740

648

Pavi Depiro

10

6

4

16

694

661

Siġġiewi

10

5

5

15

676

691

Bupa Luxol

10

3

7

13

727

775

Tata Motors Loyola

10

1

9

11

529

745

 

Il-programm kollhu tal-play-offs huwa kif ġej:

 

Il-Ġimgħa 8 ta’ Marzu – 18:30 – Floriana Francesco Fenech vs Siġġiewi (1)

Il-Ġimgħa 8 ta’ Marzu – 20:00 – A to Z Electronics Athleta vs Pavi Depiro (1)

Il-Ħadd 17 ta’ Marzu – 13:00 – Pavi Depiro vs A to Z Electronics Athleta (2)

Il-Ħadd 17 ta’ Marzu – 16:30 – Siġġiewi vs Floriana Francesco Fenech (2)

Il-Ħadd 24 ta’ Marzu – 13:00 – Floriana Francesco Fenech vs Siġġiewi (3)

Il-Ħadd 24 ta’ Marzu – 16:30 – A to Z Electronics Athleta vs Pavi Depiro (3)





Leave a comment