Siġġiewi jibqgħu mexjin u bla telfa

Friday, December 30, 2011, 10:30

minn Colin Schembri

KAMPJONAT TIENI DIVIŻJONI IRĠIEL

Miscela D’Oro Mtarfa 24

Qormi 26

(13-0)(3-5)(4-9)(4-12)

 

Siġġiewi vs Suns

Siġġiewi vs Suns

F’partita li qatt ma laħqet xi livell għoli, Qormi għelbu li Miscela D’Oro Mtarfa 26-24. Kif juri l-iskor il-partita kienet monotona u serviet biss biex Qormi jiksbu t-tieni rebħa tal-kampjonat u ħallew lil Mtarfa bla rebħa. Il-bidu kien inkorraġanti għal Mtarfa fejn kienu huma biss li għamlu l-punti u għalqu s-sessjoni bi trippla ta’ Keith Mifsud għal skor ta’ 13-0. Wara 4 minuti mit-tieni sessjoni Qormi għamlu l-ewwel punti tagħhom b’żewġ baskets ta’ Stayan Kivshanov. Kellhom jagħddu 3 minuti oħra biex wasal basket ieħor minn Darryl Schembri għal Mtarfa li daħlu jistrieħu 16-5 minn fuq.

Anke fit-tielet minuta kellhom jagħddu tlett minuti qabel ma Qormi għamlu break ta’ 7-0 biex fis-seba’ minuta Schembri reġa wieġeb għal Mtarfa. Qormi għamlu tlett punti oħra u naqqdu d-distakk 14-20. Fis-sitt minuta tal-aħħar perjodu Qormi ppareġġjaw 20-20 meta kienu f’run ta’ 10-0. Mtarfa ma kellhom reazzjoni biex Qormi rebħu 26-24.

 

Miscela D’Oro Mtarfa: S. Baldacchino 10, A. Psaila, J. Attard, C. Calleja, K. Mifsud 5, D. Schembri 6, D. Cini 3.

Qormi: C. Camenzuli, G. Micallef, K. Vella, K. Genovese 7, D. Debattista 2, S. Kivshanov 14, O. Casha, D. Bugeja 3, E Sant.

Referees: Gordon Barbara, Luke Camilleri

 

Floriana YTC Travel 48

Starlites 65

(10-13)(16-13)(9-13)(13-26)

 

Starlites telgħu fit-tieni post tal-klassifika wara li għelbu lil Floriana 65-48. Għalijhom irritorna Robert Loporto fil-waqt li Floriana kienu mingħajr Rihards Polis. Starlites fetħu tajjeb meta għamlu l-ewwel sitt punti tal-partita. Floriana wieġbu bil-punti ta’ Omar Shamala biex waslu sa punt ‘l bogħod 8-9. Freethrows ta’ Chris Doublet raw lil Starlites itemmu s-sessjoni 13-10 minn fuq. It-tieni perjodu fetaħ bi break ta’ 9-2 minn Starlites fosthom trippla ta’ Francois Bartolo. Wara li Starlites fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 24-14, waslet run tajba minn Floriana ta’ 12-0 li rathom jieħdu vantaġġ 26-24 pero’ Loporto ppareġja b’żewġ freethrows qabel l-intervall 26-26.

Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni kien hemm 4 punti fuq kull naħa biex it-timijiet baqgħu ndaqs. Hawn wasal break ta’ 8-2 minn Starlites biex fetħu vantaġġ ta’ 4 punti 39-35. L-aħħar sessjoni bdiet b’run qawwija ta’ 16-0 minn Starlites biex ħadu l-partita f’idejhom. Fis-seba minuta waslu l-ewwel punti ta’ Floriana li pero’ wasli biss sa’ 15 –il punt 44-59. Starlites setgħu jikkontrollaw il-partita fl-aħħar ħinijiet biex ħarġu rebbieħa 65-48.

 

Floriana YTC Travel: D. Garcia 28, M. Sapiano, R. Bezzina,  R. Manicaro 2, O. Shamala 10, A. Barthet 6, M. Gauchi, L. Pavia, S. Galea 2.

Starlites: R. Loporto 12, R. Bonnici 20, C.Doublet 8, S. Bonnici, A. Cutajar, D. Sultana, C. Borg 2, A. Schembri 4, D. Deguara, A. Cutajar 6, F. Bartolo 13.

Referees: Emanuel Mangani, Steve Gouder.

 

Mellieħa Tritones 57

Athleta 50

(21-11)(18-9)(14-10)(4-20)

 

Rimonta lejn it-tmiem minn Athleta ma kienitx biżżejjed għalijhom biex jerbħu l-partita u b’hekk Mellieħa rritornaw għar-rebħ wara tlett telfiet. Mellieħa kienu mingħajr Rueben Abela u Athleta kellhom lil Martin Krastev u Clint Graham neqsin. Il-partita bdiet b’ritmu tajjeb meta Mellieħa bdew bi tlett trippli ta’ Oliver Sammut b’Tom Mifsud Bonnici jagħmel oħra għal Athleta. Mellieħa komplew b’run ta’ 10-2 biex fi tmiem il-perjodu kellhom vantaġġ ta’ 10 punti 21-11. Athleta fetħu t-tieni perjodu b’basket ta’ Zak Borg pero’ Graham Coleiro wieġeb tajjeb għall-Mellieħa meta sab ħafna spazju taħt il-board avversarju. Wara li Athleta waslu sa’ 9 punti ‘l bogħod 20-29, Mellieħa għamlu run ta’ 10-0 biex daħlu jistrieħu 19 minn fuq 39-20.

L-ewwel punti fit-tielet sessjoni ġew minn Athleta pero’ Mellieħa malajr wieġbu bil-punti ta’ Matthew Cauchi u Jason Sant. Mellieħa għamlu sitt punti oħra mingħajr risposta qabel ma Hagul Soufian għamel l-aħħar punti ta’ l-Athleta pero’ Mellieħa kienu għadhom 23 minn fuq 53-30. Fl-aħħar sessjoni Mellieħa bdew bi trippla ta’ Michael Camilleri pero’ Athleta wieġbu b’run ta’ 15-2 ta’ Zak Borg jispikka u żewġ minuti mit-tmiem waslu sa’ 9 punti ‘l bogħod 48-57. Pero’ huma rnexxielhom jagħmlu biss basket minn hemm ‘l quddiem biex Mellieħa rebħu l-partita 57-50.

 

Mellieħa Tritones: J. Sant 2, M. Cauchi 7, J. Muscat 5, A. Mehmedov 10, O. Sammut 12, M. Camilleri 3, G. Coleiro 16, P. Cauchi 2.

Athleta: H. Soufain 14, T. Mifsud Bonnici 7, J. Chircop 4, M. Tong 6, Z. Borg 16, M. Gauci Montalto, A. Azzopardi 3.

Referees: Emanuel Mangani, Gordon Barbara.

 

Siġġiewi 70

Bell Net SN Suns 58

(11-14)(19-15)(20-13)(20-16)

 

Din il-partita laqqgħet kontra xulxin liż-żewġ timijiet bla telfa fil-kampjonat u finalment kienu Siġġiewi li ħarġu rebbieħa 70-58 biex baqgħu l-uniku team bla telfa mill-bidu ta’ l-istaġun. John Doughty u Lee Grech kienu nieqsa għal Siġġiewi fil-waqt li Hubert Agius ma rkuprax għal Suns. Wara li Suns għamlu l-ewwel żewġ baskets tal-partita, Siġġiewi wieġbu bi trippli ta’ Clayton Agius u Matthew Shoults u ħadu vantaġġ ta’ 8-6. Suns wieġbu bi trippla ta’ Robert Camilleri u żammew il-vantaġġ sa tmiem is-sessjoni 14-11. Fil-bidu tat-tieni sessjoni ż-żewġ timijiet wieġbu lil xulxin b’baskets fuq kull naħa biex Suns żammew id-distakk ta’ 3 punti 22-19. Siġġiewi mbagħad għamlu run ta’ 8-0 bit-tieni trippla ta’ Agius pero’ Suns reġgħu wieġbu bi break ta’ 7-0 li bdewh bi trippla ta’ Barberi. Free-throws ta’ Shoults qabel l-intervall taw il-vantaġġ lil Siġġiewi 30-29.

Wara l-mistrieħ Siġġiewi bdew b’10 punti mingħajr risposta b’diversi punti minn Shoults. Ir-risposta ta’ Suns ġiet mill-freethrows ta’ Robert Mercieca pero’ Vulovic u Shoults komplew jagħmlu l-punti biex Siġġiewi temmew is-sessjoni 8 minn fuq 50-42. Suns ppruvaw jagħmlu reazzjoni fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni u b’punti konsekuttivi ta’ Reno Camilleri naqqsulhom id-distakk għal 5 punti 47-52. Vulovic u Shoults reġgħu irrispondew għal Siġġiewi li sa żewġ minuti mit-tmiem kienu għadhom 11 minn fuq 66-55. Suns bdew iwaqqfu l-arloġġ pero’ Siġġiewi għamlu l-free-throws biex rebħu l-partita 70-58.

 

Siġġiewi: P. Vulovic 11, JP Antoncic 7, C. Agius 12, J. Falzon, A. Debattista, A. Borg 9, M. Shoults 21, N. Falzon 6, E. Vella, A. Shoults 4, G. Agius.

Bell Net SN Suns: K. Scicluna, R. Camilleri 11, D. Agius, M. Barberi 15, T. Grech 2, R. Mercieca 11, R. Camilleri 8, S. Cauchi 1, I. Marjanovic 10.

Referees: Alfred Carbonaro, Clive Terribile

 

Klassifika Kampjonat Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
Siggiewi

7

7

0

14

BellNet SN Suns

6

5

1

11

Starlites

6

4

2

10

Floriana YTC Travel

6

3

3

9

Mellieha Tritones

6

3

3

9

Qormi

7

2

5

9

Athleta

6

1

5

7

Mtarfa Miscela D’oro

6

0

6

6

 

 





Leave a comment