- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Siġġiewi jibqgħu jittamaw wara rebħa fuq Floriana

Posted By sportinmalta1 On February 2, 2015 @ 5:34 pm In Basketball,Featured | No Comments

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL

minn Colin Schembri

Cynergi Virtus 77

Remax Citadel Siġġiewi 53

(17-19)(19-10)(18-16)(23-8)

Cynergi Virtus kisbu t-tielet rebħa tal-kampjonat kontra Remax Siġġiewi Citadel 77-53 biex huma wkoll telgħu b’seba’ punti fil-klassifika. Peter Shoults għadu nieqes għal Virtus fil-waqt li Siġġiewi kienu mingħajr Benoit Bartolo. Wara li Rashanti Harris għamel l-ewwel basket tal-partita għal Siġġiewi, Virtus wieġbu permezz ta’ Shawn Pace bi trippla u l-punti ta’ David Bugeja u l-Amerikan Mike Bruesewitz. Siġġiewi baqgħu fuq quddiem wara aktar punti ta’ Harris u trippla ta’ Billy Zammit. Bruesewitz u Robert Bonnici kellhom sitt punti għal Virtus però Zammit u Steve Sammut kellhom three pointer kull wieħed biex Siġġiewi rebħu l-ewwel sessjoni 19-17.Virtus għamlu l-ewwel ħames punti tat-tieni perjodu minn Bugeja u Bruesewitz. Siġġiewi kellhom il-punti tagħhom speċjalment ta’ Harris però Virtus wieġbu permezz ta’ Anton Axiaq u trippla ta’ Robert Bonnici biex sal-intervall kienu diġa fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti 36-29.

Fit-tielet sessjoni wara li Virtus kabbru l-vantaġġ b’żewġ baskets minn Axiaq u Bonnici, Siġġiewi kellhom mument posittiv li bdewh bi trippla ta’ Sammut f’run ta’ 9-0 biex naqqsu d-distakk għal basket 38-40. Wara li Pace għamel trippla oħra, Siġġiewi baqgħu viċin bil-punti ta’ Adrian Micallef. Virtus irkupraw u għamlu sitt punti mingħajr risposta biex temmew it-taqsima 54-45 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni wara li Harris għamel l-ewwel basket għal Siġġiewi, huma sfaxxaw għal kollox. Hawn Virtus b’logħob maħsub u veloċi, kellhom run ta’ 19-0 b’punti ta’ Bruesewitz, u trippli ta’ Bonnici u Ivan Buldakov fost l-oħrajn. Il-partita kienet deċiża u l-punti ta’ Harris servew biss biex Siġġiewi jnaqqsu d-distakk però kienu Virtus li għamlu l-aħħar punti permezz ta’ Axiaq biex rebħu l-partita 77-53.

Cynergi Virtus: S. Pace 11, D. Bugeja 12, R. Bonnici 14, T. Grech, A. Schembri, M. Bruesewitz 25, A. Felice Pace, A. Axiaq 12, I. Buldakov 3, G. Coleiro, M. Falzon, F. Bartolo.

Remax Citadel Siġġiewi: B. Zammit 6, JP Antoncic, S. Sammut 8, M. Casar, M. Matijevic 2, R. Carabott 2, A. Micallef 10, R. Harris 24, M. Mallia 1, L. Grima.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Zvezdan Dobrosaviljevic.

AtoZ Electronics Athleta 107      

Pavi Depiro 59

(14-20)(40-8)(19-23)(34-8)

Ic-champions A to Z Electronics Athleta rritornaw għar-rebħ meta kisbu rebħa kbira kontra Pavi Depiro 107-59. Athleta rkupraw lil Isaac Tanti però kien nieqes Roderick Vella u Depiro kienu mingħajr Daniel Farrugia u Nicholas Grech. Il-partita kellha bidu favur Depiro però Athleta kellhom wirja stupenda fit-tieni taqsima. Depiro bdew tajjeb bi break ta’ 10-2 b’żewġ three pointers ta’ Timothy Zammit bil-coach tal-Athleta Joe Galea jagħjjat it-time-out. Athleta naqqsu d-distakk għal 4 punti wara baskets minn Michael Naudi u Chad Patus. Marco Todorovic wieġeb għal Depiro bl-Athleta jirrispondu permezz ta’ Naudi u Patus iżda Depiro għalqu t-taqsima bit-tielet trippla ta’ Zammit għal skor 20-14. Fit-tieni sessjoni l-istorja kienet totalment differenti. Athleta bdewe mal-ewwel b’run ta’ 14-0 bil-punti ta’ Patus, Naudi, Andrew Aquilina u trippla ta’ Omar Said. Todorovic waqqfilhom din ir-run però kienet risposta qasira b’basket wieħed biss għaliex Athleta komplew b’żewġ trippli ta’ Said. Wara żewġ baskets ta’ Depiro minn Todorovic u Sassoun Saakian, Athleta komplew bi break ieħor ta’ 15-0  u fl-intervall kienu 54-28 minn fuq.

Fit-tielet taqsima, Depiro tejjbu l-logħba tagħhom fil-waqt li c-champions naqqsu xi ftit ir-ritmu hekk kif kellhom vantaġġ komdu. Depiro kellhom it-trippli ta’ Kurt Xuereb u Zammit Il-punti tal-Athleta komplew ġejjin primarjament minn Patus u Naudi biex kellhom vantaġġ ta’ 26 punt 66-40. Todorovic flimkien ma’ Samuel Zammit wieġbu għal Depiro però Athleta temmew it-taqsima 73-51. Fil-ftuħ tal-aħħar taqsima Patus beda bi three pointer għall-Athleta. Depiro wieġbu b’erba’ punti ta’ Todorovic iżda Athleta għamlu break ieħor ta’ 14-0 li bdewh bi trippla oħra ta’ Patus. Huma qabżu l-mitt punt bi three pointer ta’ Naudi u baqgħu sejrin biex rebħu l-partita 107-59.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 30, F. Mifsud Bonnici, C. Patus 34, A. Aquilina 12, M. G. Montaldo, O. Said 20, M. Gouder, I. Tanti 9.

Pavi Depiro: J. Attard, D. Schembri 2, R. Rizzo, T. Zammit 12, M. Todorovic 25, R. Zammit, S. Zammit 8, K. Xuereb 5, M. Borg, S. Saakian 7.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Cynergi Virtus 80

Bupa Luxol 63

(18-9)(31-8)(17-26)(14-20)

Cynergi Virtus wieġbu għar-rebħa tal-Athleta ġurnata qabel meta għelbu lil Bupa Luxol 80-63 b’wirja konvinċenti. Luxol kellhom nieqes lil Jean Paul Schembri u l-Amerikan Thomas Staton kien miżmum mid-difiża ta’ Luxol tant li fl-ewwel sessjoni għamel biss erba’ punti. Kienu Virtus li għamlu l-ewwel seba’ punti tal-partita bi trippla ta’ David Bugeja u baskets ta’ Shawn Pace u Robert Bonnici. Luxol wieġbu bl-uniku basket ta’ Staton u trippla ta’ CJ Cordina fil-waqt li għal Virtus kien hemm l-ewwel punti tal-Amerikan Mike Bruesewitz flimkien ma’ Anton Axiaq u trippla ta’ Ivan Buldakov. Jean Paul Bonnici għamel l-aħħar punti ta’ Luxol għal skor ta’ 18-9. Virtus fetħu t-tieni perjodu bi tlett three pointers konsekuttivi ta’ Shawn Pace. Luxol kellhom biss freethrow minn Andrew Micallef Trigona però Virtus komplew b’aktar trippli minn Bruesewitz u Bonncic. Cordina kellhu trippla oħra għal Luxol però Bonnici wieġeb fl-attakk sussegwenti. Baskets ta’ Axiaq u Bruesewitz kabbru l-vantaġġ ta’ Virtus sal-intervall 49-17.

Luxol tejjbu xi ftit il-logħba tagħhom wara l-intervall. Virtus fetħu l-punteġġ wara basket ta’ Bruesewitz però Staton kiseb tlett baskets konsekuttivi. Ir-risposta ta’ Virtus kienet immedjata hekk kif kellhom il-punti ta’ Buldakov u Bruesewitz. Il-punti ta’ Luxol komplew ġejjin minn Cordina u Staton  flimkien ma’ Stefan Cappello biex Virtus temmew is-sessjoni 66-43 minn fuq. Staton għamel l-ewwel punti ta’ Luxol fl-aħħar taqsima bil-Virtus jirrispondu permezz ta’ Bruesewitz u Axiaq. Wara punti ta’ Staton u Jean Paul Bonnici għal Luxol, Virtus kellhom il-baskets ta’ Bruesewitz u Axiaq u għalqu l-partita bi trippla taż-żagħżugħ Alec Felice Pace biex ħarġu rebbieħa 80-63.

Cynergi Virtus: S. Pace 11, D. Bugeja 5, R. Bonnici 11, T. Grech, A. Schembri, M. Bruesewitz 30, A. Felice Pace 3, A. Axiaq 11, I. Buldakov 9, G. Coleiro, M. Falzon, F. Bartolo.

Bupa Luxol: CJ Cordina 15, A. Portelli 2, J. Willoughby, S. Visser, T.Staton 33, A. Micallef Trigona 3, JP Bonnici 6, S. Capello 4.

Referees: Emanuel Mangani, Gordon Barbara, Zvezdan Dobrosaviljevic.

Remax Citadel Siġġiewi 76

Floriana Cafè Del Mar 67

(17-19)(18-9)(23-20)(18-19)

Remax Citadel Siġġiewi reġgħu daħlu fil-ġlieda għal post fil-play-offs meta għelbu lil Floriana Cafè Del Mar 76-67 f’dik li kienet l-aħjar wirja tagħhom dan l-istaġun. Floriana minn naħa l-oħra kienu l-bogħod mil-wirja stupenda li kellhom kontra l-Athleta ġimgħa qabel speċjalment l-Amerikan Mark Henniger li kien kontrollat minn Rashanti Harris u f’xi waqtiet minn Malcolm Mallia u Adrian Micallef. Konxji li rebħa biss setgħet tissodisfhom, iż-żewġ timjiet fetħu tajjeb bil-Floriana jieħdu l-ewwel vantaġġ bil-punti ta’ Clayton Calleja u trippla ta’ Nigel Sultana. Siġġiewi wieġbu permezz ta’ Harris u Steve Sammut biex għal ħin twil tul is-sessjoni baqgħu viċin tal-avversarji. Floriana kellhom trippla ta’ Calleja fl-aħħar attakk biex temmew l-ewwel sessjoni fuq quddiem 19-17. Fit-tieni taqsima, Siġġiewi fetħu bi trippla ta’ Steve Sammut però Floriana wieġbu b’seba’ punti konsekuttivi  ta’ Henniger u Dirk Schembri u Nikola Vasovic. Siġġiewi wieġbu bi tmien punti fosthom trippla ta’ Billy Zammit u oħra ta’ Sammut. Wara punti ta’ Lee Ross għal Floriana, Siġġiewi kellhom aktar punti ta’ Zammit, Harris u Adrian Micallef u daħlu jistrieħu sebgħa minn fuq 35-28.

Floriana ħarġu agressivi wara l-intervall u bdew b’ħames punti konsekuttivi minn Henniger u Sultana. Siġġiewi ma tfixklux anzi bil-maqlub hekk kif għamlu run ta’ 10-0  bil-baskets ta’ Micallef, Sammut u Harris biex marru 12 minn fuq 45-33. Wara punti ta’ Vasovic, Ross u Henniger għal Floriana, Siġġiewi kellhom it-trippli ta’ Ryan Carabott u l-baskets ta’ Harris biex żammew il-vantaġġ ta’ 10 punti sa’ tmiem is-sessjoni 58-48. Fl-aħħar taqsima, Siġġiewi ma rrepetewx l-iżbalji ta’ partiti oħrajn u żammew il-kontroll tal-partita. Floriana tħabtu fejn kellhom il-punti ta’ Vasovic fosthom trippla pero Zammit ukoll għamel żewġ three pointers għal Siġġiewi. Siġġiewi kienu għadhom 10 minn fuq fl-aħħar tlett minuti tal-partita u żammew il-partita f’idejhom biex ħarġu rebbieħa 76-67.

Remax Citadel Siġġiewi: B. Zammit 15, S. Sammut 17, M. Matijevic, R. Carabott 5, A. Micallef 11, M. Casar 3, R. Harris 25, M. Mallia.

Floriana Cafe Del Mar: M. Henniger 17, D. Camilleri, N. Sultana 5, S. Borg 1, L. Ross 15, N. Vasovic 15, C. Calleja 12, D. Schembri 2, S. Detemmermann, O. Shamala, D. Agius.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Clive Terribile.

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
AtoZ Electronics Athleta

5

4

1

9

457

356

Virtus Basket

5

4

1

9

385

339

Bupa Luxol

5

3

2

8

372

361

Remax Siġġiewi Citadel

5

2

3

7

314

354

Floriana Cafe Del Mar

5

2

3

7

408

403

Pavi Depiro

5

0

5

5

336

459


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/siggiewi-jibqghu-jittamaw-wara-rebha-fuq-floriana/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.