Siġġiewi jibqgħu bla telfa

Tuesday, February 21, 2012, 8:38
Siġġiewi vs Athleta

Siġġiewi vs Athleta

minn Colin Schembri

KAMPJONAT TIENI DIVIZJONI IRGIEL

Siġġiewi 73
Athleta 32
(22-6)(16-9)(24-6)(11-11)

Siġġiewi komplew il-mixja tagħhom fil-kampjonat meta għelbu lil Athleta 73-22 minkejja n-nuqqas ta’ players. Fil-fatt Siġġiewi kienu mingħajr Clayton Agius, Matthew Shoults, Jean Falzon u Eman Vella fil-waqt li għal Athleta kien nieqes Malcolm Tong. Wara bidu bilanċjat fjen kien hemm parita 4-4, Siġġiewi bdew juru d-dominju tagħhom b’run ta’ 12-2 b’punti minn Petar Vulovic, Lee Grech u Albert Borg. Fit-tieni sessjoni Siġġiewi bdew bi tlett baskets oħra qabel ma Zak Borg u John Chircop wieġbu għal Athleta b’żewġ baskets. Siġġiewi għamlu run oħra ta’ 9-0 biex fl-intervall kienu 38-15 minn fuq.
Wara l-mistrieħ is-superjorita ta’ Siġġiewi kompliet tkun evidenti hekk kif huma bdew b’run ta’ 7-0 bi trippla ta’ Noel Falzon. Athleta wieġbu b’basket ta’ Andre Azzopardi pero’ Siġġiewi għamlu break ieħor ta’ 17-0 biex temmew is-sessjoni 62-21 fuq quddiem. L-aħħar sessjoni kienet iktar bilanċjata b’inqas punti minn ta’ qabel. Athleta għamlu żewġ baskets wara xulxin segwiti minn 7 punti ta’ Siġġiewi. Il-partita għalqet b’basket ta’ Borg għal Athleta biex Siġġiewi rebħu l-logħba 73-32.

Siġġiewi: P. Vulovic 20, JP Antoncic 7, L. Grech 20, A. Borg 8, N. Falzon 11, A. A. Shoults 1, G. Agius 4, K. Farrugia 4.
Athleta: H. Soufain 2, C. Galea 2, M. Galea, D. Cassar 4, Z. Borg 7, J. Chircop 2, M. Gauci Montalto 4, A. Azzopardi 5.
Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile

Mellieħa 49
Floriana YTC Travel 42
(11-9)(7-14)(16-8)(15-11)

Mellieħa rritornaw għar-rebħ wara tlett telfiet konsekuttivi meta għelbu lil Floriana YTC Travel 49-42. Għal Mellieħa kien nieqes Patrick Cauchi fil-waqt li Floriana kellhom iktar nuqqas ta’ players meta kienu mingħajr Matthew Gauchi, Mark Sapiano u Andrew Barthet. L-ewwel sessjoni kienet karaterizzata minn ħafna logħob konfuż fuq iż-żewġ naħat. Mellieħa ħadu vantaġġ ta’ 7-2 wara trippla ta’ Jason Sant pero’ Floriana wieġbu b’basketa ta’ David Garcia u Ryan Bezzina u naqqsu d-distakk 9-11. Mellieħa baqgħu fuq quddiem fl-ewwel minuti tat-tieni perjodu 15-11. Hawn Floriana għamlu break ta’ 7-0 bi trippla ta’ Rihards Polis biex marru minn fuq 18-15. Il-player Latvjan għamel trippla oħra buex fil-halftime il-Furjaniżi kellhom vantaġġ ta’ 5 punti 23-18.
Mellieħa ħarġu aħjar wara l-mistrieħ u bdew bi break ta’ 9-0 bi trippli minn Matthew Cauchi u Oliver Sammut. Minkejja li Neville Mercieca wieġeb għal Floriana, Mellieħa baqgħu fuq quddiem b’iktar punti minn Cauchi, John Muscat u Graham Coleiro. Mellieħa reġgħu fetħu l-aħħar sessjoni bi break ieħor ta’ 6-0 biex marru 9 minn fuq 40-31. Wara li kien hemm żewġ baskets fuq kull naħa, Joe Tanti għamel trippla għal Floriana. Polis ukoll għamel it-tieni trippla tiegħu pero’ Mellieħa baqgħu jwieġbu biex ikkontrollaw sat-tmiem u ħarġu rebbieħa 49-42.

Mellieħa Tritones: J. Sant 3, M. Cauchi 9, M. Borg Anastasi 6, J. Muscat 7, A. Mehmedov, R. Abela, O. Sammut 9, J. Aquilina 2, M. Camilleri, G. Coleiro 1.
Floriana YTC Travel: N. Mercieca 7, D. Garcia 6, R. Manicaro 2, L. Pavia, O. Shamala 2, J. Tanti 9, R. Polis 11, R. Bezzina 3, S. Galea 2.
Referees: Clive Terribile, Robert Darmanin

 


Klassifika Kampjonat Tieni Diviżjoni

Team Logħob Rebħ Telf Punti
Siggiewi

13

13

0

26

Bell Net SN Suns

13

10

3

23

Starlites

12

8

4

20

Mellieha Tritones

12

5

7

17

Qormi

12

4

8

16

Mtarfa Miscela D’oro

12

3

9

15

Floriana YTC Travel

12

3

9

15

Athleta

12

3

9

15

 


 





Leave a comment