Siġġiewi Derby u A to Z Electronics Athleta fil-finali

Wednesday, November 3, 2010, 7:52

minn Colin Schembri

Siġġiewi Derby 76
Depiro Mtarfa 56

(25-14)(17-10)(22-16)(12-16)

Iċ-champions Siġġiewi Derby kisbu d-dritt li jiddefendu l-MBA Shield li rebħu l-istaġun li għadda meta rebħu l-ewwel semi-finali kontra Depiro Mtarfa 76-56. Wara li Depiro għamlu l-ewwel żewġ baskets tal-partita, Siġġiewi wieġbu bit-trippli ta’ Nigel Sultana u Alan Borg. Depiro wkoll wieġbu bi trippli ta’ Roderick Vella u Andrew Aquilina. Siġġiewi għamlu break ta’ 11-0 mwaqqaf minn basket ta’ Isaac Tanti. Fl-aħħar minuta Siġġiewi għamlu run ta’ 8-0 u fetħu vantaġġ ta’ 11-il punt 25-14. Huma komplew ikabbru l-vantaġġ fit-tieni sessjoni u three pointer ta’ Matijevic tahom vantaġġ doppju 34-17. Depiro naqqsu d-distakk bi trippla ta’ David Bugeja pero sall-mistrieħ ic-champions kienu 18 minn fuq 42-24.

Fit-tielet sessjoni Depiro bdew b’run ta’ 6-2 b’punti minn Bugeja pero’ Siġġiewi wieġbu b’run ta’ 17-4 fosthom trippla ta’ Sultana u fetħu vantaġġ ta’ 27 punt 61-34. Fir-raba’ perjodu Siġġiewi utiliżżaw il-players kollha tagħhom u naqqsu xi ftit ir-ritmu. Depiro approfittaw u għamlu run ta’ 11-0 u naqqsu d-distakk għal 15-il punt 56-71. L-aħħar punti ġew minn Siġġiewi li rebħu l-partita 76-56 u saru l-ewwel finalisti tad-Detur Shield tall-ewwel diviżjoni għal dan l-istaġun.

Siġġiewi Derby: P. Shoults 5, M. Pisani 2, M. Shoults 7, J. Doughty 2, E. Xuereb 1, N. Sultana 15, A. Borg 6, A. Micallef 21, K. Borg, J. Jetson 8, M. Matijevic 9
Depiro: R. Vella 14, J.P. Schembri, D. Bugeja 16, G. Mercieca, A. Aquilina 8, J. Gatt 5, J. Camilleri, E. Lupo 4, M. Mallia 1, I. Tanti 8, F. Agius.
Referees: Bernard Vassallo, Jean Paul Sammut, Emanuel Mangani

 

Athleta's Dirk Schembri against Luxol

Athleta's top scorer Dirk Schembri under the Luxol board - Photo by Malcolm Sammut

A to Z Electronics Athleta 75
Bupa Luxol 58

(16-12)(14-9)(23-13)(22-24)

A to Z Electronics Athleta saru t-tieni finalisti tad-Detur Shield wara li għelbu lil Bupa Luxol 75-58. Dirk Schembri għamel l-ewwel żewġ baskets għall-Athleta bill-Luxol iwieġbu bi trippla ta’ Nikola Vasovic u basket ta’ Andrew Cremona u marru 5-4 minn fuq. Athleta għamlu run ta’ 8-0 pero’ Luxol ma ċedewx u għamlu run oħra bl-istess punteġġ u ġabu l-iskor indaqs 12-12. Steve Schembri għamel l-aħħar basket tas-sessjoni biex Athleta kienu 15-12 minn fuq. Il-punti kienu nieqsa fl-ewwel minuti tat-tieni sessjoni tant li l-iskor kien baxx 18-16. Fis-sitt minuta trippla ta’ Omar Said ġiet newtraliżżata minn oħra ta’ Jean Paul Bonnici pero’ minuta wara Athleta bdew run ta’ 9-2 u daħlu jistrieħu 9 minn fuq 30-21.

Wara l-mistrieħ, Vasovic u Cremona fetħu tajjeb għall-Luxol imma Athleta wieġbu b’run ta’ 9-0 u marru 41-26 minn fuq. Punti ta’ Robert Azzopardi reġgħu ressqu lill-Luxol viċin biss fl-aħħar tlett minuti Athleta għamlu break ieħor ta’ 12-2 biex fetħu vantaġġ ta’ 19-il punt 53-34. Trippla ta’ Azzopardi fetħet l-aħħar perjodu bl-Athleta wkoll iwieġbu bi trippli minn Michael Naudi u Steve Schembri. F’nofs is-sessjoni d-distakk kien ta’ 23 punt bl-Athleta 65-42 minn fuq. Minkejja t-trippli ta’ Antoine Costa għall-Luxol, Athleta qatt ma kienu fill-periklu li jitilfu l-partita biex ħarġu rebbieħa 75-58.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 16. J. Zammit, D. Schembri 21, M. Giusti, C. Galea, O. Said 9, C. Calleja 2, A. Bonnici 5, K. Baldacchino 8, S. Schembri 14
Bupa Luxol: M. Mercieca 4, R. Azzopardi 11, A. M. Trigona, C. Cordina, A. Costa 13, N. Vasovic 8, T. Paris 2, A. Cremona 10, E.C. Montalto 3, J.P. Bonnici 7.
Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Alfred Carbonaro





Leave a comment