Siġġiewi Derby jerbħu t-Tazza Louis Borg

Monday, April 25, 2011, 14:37

minn Colin Schembri

A to Z Electronics Athleta 77
Siġġiewi Derby 81
(18-13)(13-21)(19-20)(27-27)

Siġġiewi Derby ħadu vantaġġ t’4 punti fl-ewwel finali tat-Tazza Louis Borg b’rebħa fuq A to Z Electronics Athleta 81-77. Iż-żewġ timijiet offrew waħda mil-isbaħ partiti tal-istaġun b’logħob stupend fuq iż-żewġ naħat u kkonfermaw li huma l-aqwa żewġ timijiet għal dan l-istaġun.

Siġġiewi fetħu bi trippli ta’ Lee Ross u Alan Borg u ħadu vantaġġ ta’ 6 punti 9-3. Athleta wieġbu bi trippla ta’ Steve Schembri f’run ta’ 10-0 u sa tmiem is-sessjoni kienu 5 minn fuq 18-13. Athleta kabbru l-vantaġġ fit-tieni sessjoni li fetħuha bi trippla ta’ Adison Bonnici 26-17. Siġġiewi naqqsu d-distakk bil-punti ta’ Marco Matijevic u trippli ta’ Peter Shoults.

Huma ħadu l-vantaġġ wara trippla ta’ Karl Borg u hekk kif Athleta bdew ifallu l-freethrows, Siġġiewi fetħu vantaġġ ta’ 3 punti fil-halftime 34-31.
Athleta reġgħu ħadu l-vantaġġ fit-tielet sessjoni wara trippla ta’ Omar Said u punti ta’ Michael Naudi u Dirk Schembri. Kienu Ross u Matijevic li reġgħu poġġew lil Siġġiewi fuq quddiem pero Schembri reġa’ għamel trippla għal Athleta.

Madankollhu freethrows ta’ Matijevic u Borg taw vantaġġ ta’ 4 punti lil Siġġiewi fi tmiem il-perjodu 54-50. Il-partita baqgħet sabiħa ferm anke fl-aħħar sessjoni u Athleta għamlu run ta’ 11-3 biex marru 65-61 minn fuq. Il-vantaġġ kompla jibdel l-idejn u trippla ta’ Adrian Micallef poġġiet lil Siġġiewi fuq quddiem. Athleta reġgħu ppareġjaw 75-75 pero’ Siġġiewi għamlu trippla minn Matijevic u oħra minn Alan Borg fl-aħħar attakk biex rebħu l-partita 81-77.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 16, J. Zammit, D. Schembri 13, E. Bezzina 2, C. Galea, O. Said 12, A. Bonnici 12, K. Baldacchino 3, S. Schembri 19.
Siġġiewi Derby: P. Shoults 17, L. Camilleri, J. Doughty, E. Xuereb 3, A. Borg 8, A. Micallef 12, L. Ross 11, K. Borg 5, J. Jetson, M. Matijevic 25.
Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Alfred Carbonaro

Siġġiewi Derby 61
A to Z Electronics Athleta 61
(11-16)(16-19)(20-6)(14-20)

Fit-tieni finali il-holders ntemmet f’parita biex Siġġiewi Derby grazzi għal 4 punti vantaġġ li bnew fl-ewwel finali rebħu t-tazza Louis Borg kontra A to Z Electronics Athleta b’aggregate ta’ 142-138 u żammew dan l-unur fil-club tagħhom. Siġġiewi bdew tajjeb bit-trippli ta’ Eman Xuereb u Lee Ross pero Athleta wieġbu permezz ta’ Dirk Schembri u Adison Bonnici.

Siġġiewi għamlu trippla oħra permezz ta’ Ross pero’ Omar Said wieġeb għal Athleta li dawwru l-aggregate favur tagħhom 93-92. Sa nofs it-tieni sessjoni Athleta kienu għadhom basket minn fuq 102-100 u bil-freethrows ta’ Steve Schembri u trippla t’Etienne Bezzina marru 9 minn fuq. Fl-aħħar attakk qabel il-mistrieħ Marco Matijevic naqqas id-distakk bi trippla 108-112.

It-tielet sessjoni kienet il-qofol tar-rebħa ta’ Siġġiewi li rebħuha 20-6. Wara basket fuq kull naħa, Siġġiewi għamlu run ta’ 18-2 b’diversi punti minn Matijevic u Peter Shoults. Athleta għalqu s-sessjoni b’basket ta’ Michael Naudi pero’ Siġġiewi kienu 10 minn fuq 128-118. Fl-aħħar sessjoni Athleta għamlu l-aħħar sforz u u bi trippli ta’ Said u Bezzina waslu sa’ 2 punti viċin 131-133. Jide Jetson u Karl Borg għamlu żewġ baskets importani għal Siġġiewi. Athleta bdew iwaqqfu l-arloġġ bil-fouls pero Shoults beda jagħmel il-freethrows u Siġġiewi rebħu t-tazza bi skor ta’ 142-138. Fi tmiem il-partita, s-sur Louis Borg President Emeritus tal-MBA ppreżenta t-trofew lil Eman Xuereb captain ta’ Siġġiewi fost il-ferħ tal-players u l-partitarji.

Siġġiewi Derby: P. Shoults 13, L. Camilleri, J. Doughty, E. Xuereb 5, A. Borg, A. Micallef 2, L. Ross 12, K. Borg 3, J. Jetson 9, M. Matijevic 17.
A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 5, J. Zammit, C. Galea, E. Bezzina 6, D. Schembri 10, O. Said 10, A. Bonnici 12, K. Baldacchino 4, S. Schembri 14.
Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Clive Terribile.





11 Comments

  1. kburi li mis-SIGGIEWI says:

    Yeh..calling Siggiewi players FARMERS!!! Now who is being racist????? you see nothing wrong with the protests of your coach but then you see a lot of wrong with our president’s protests….so now they should ban Preziozi or Zamparini to put in your italian football style…can you please enlighten us and explain what was wrong with the celebrations after the game?

    [Reply]

  2. kburri minn tas SLIEMA says:

    So let me reply to all your statements: You had two technical calls against two of your players. Well, that what the rules say if you slam the ball hard against the floor in disgust after a referee call and Adrian was lucky not to hit the referee when he threw the ball in Gordon’s direction!!!Athleta’s coach protests: I suggest you watch the Italian league on TV as what Joe does is acceptable in the modern game. But I liked that part of the unsportsmanship at the end of the game…..please everyone knows about the player in your team that his main duty is to maim an opponent.
    Siggiewi won the game and yet all we read were insults becasue Athleta hails from Sliema…… If that is not racism and class hatred, when we should all enjoy playing the game instead of sowing hatred, I fail to understand the way you celebrated this victory…..even though I believe you purely celebated Athleta’s defeat……..You have turned the local basketball game in a circus and I stop there.

    [Reply]

  3. karmnu says:

    Amettu li qed taraw ma xiex se tiggranfaw. u hafna e-mails u theddid!!!!

    [Reply]

  4. kburri minn tas SLIEMA says:

    First of all, I have no qualms against Peter Farrugia or any of the Siggiewi squad. The problem is the President of the Club. He intimidated the referee, END OF STORY. Nobody from Athleta boasted that they would win all trophies and that they would remain unbeaten. This is something all team committees dream of and try to accomplish.
    Again Prosit Peter and the players but shame on the President of the club.

    [Reply]

    kburi li mis-SIGGIEWI Reply:

    You have avoided my other remarks. What about the continous protests by your coach? What about the technical fouls given to Siggiewi players? What about the fact that two top players had the 4th foul early in the third session and played all the rest of the game? What about the unsportsmanlike fouls near the end of the game which were not given? What about the fact that Siggiewi had more fouls than Athleta throughout the game?

    [Reply]

  5. Kburi li mis-SIGGIEWI says:

    Kburi:Siggiewi’s Adrian Micallef qala technical foul ghax rema ftit il-ballun. Il-coach tas-sliema jaghjjat mar-referees u ma jinata xejn. Siggiewi kellhom player importanti fouled out u xi 3 ohra b’4 fouls. Tanty ghamel effett l-ghajjat tal-president ta SIggiewi li kien fil-VIP bhala president ta club mhux vici president tal-assocjazjoni li alla jbierak kemm naudi kif ukoll bonnici kellhom il-fourth foul fil-bidu tat-tielet session u laghbu l-loghba kollha! Alan kellhu tlett fouls fl-ewwel session u kif dahal qala tnejn ohra u gie fouled out. u l-fouls li ghamlu s-sliema fl-ahhar biex jiehdu l-freethrows mhux kollha unsportsmanlike fouls suppost? U l-gest anti sportiv fil-konfront tas-sur Louis Borg fejn tlett players biss marru ghall-midalja mhux hazin ukoll? Biex tiskongra trid tkun pur sinjuri tal-Athleta u ejja ma naqawx fir-ridikolu li nippruvaw inehhu l-mertu tas-Siggiewi li tellfukhom l-unbeaten run u li tellfulkhom il-holma tat-tazzi kollha. Kburi li mis-Siggiewi.

    [Reply]

  6. kburri minn tas SLIEMA says:

    Kull ghat kwiet fuq li ghamel David Agius……..

    [Reply]

  7. kburri minn tas SLIEMA says:

    First of all, prosit to Peter Farrugia and his players. However Siggiewi did not need the antics of their President, also Vice President of the Association and as this is not enough, also a local M.P. But this honourable person could not accept the way Athleta had the better of Siggiewi during the first and second session. He had to make a scene with all his insults at the members of the President Council and also the officials…..and banging like a maniac on a chair. And then it happened, the third session started and we all know the team that got protected……one instance after just two mintues or so Mike Naudi was literally thrown the ground and the ref whistled for a ‘travelling’
    DISGRACE.

    [Reply]

  8. looser says:

    Veru kas ta’ Loosers.
    Id-Dream Team falla u qed jipprova jiggranfa ma kull skuza possibli.
    Ma jahmlux li team mhux minn tas-Sliema jirbah.
    Min hu mithla tal-basketball jaf x’qed nighd kull meta kien hemm team mhux minn tas-Sliema (Enemalta,Hamrun u issa Siggiewi) li rebah dejjem jaraw kif jintimidawhom.
    PROSIT SIGGIEWI 

    [Reply]

  9. karmnu says:

    U hawn min jaghjjat fil-VIP, hawn min jaghjjat minn fuq l-istands u hawn coach johrog f’nofs il-court jaghjjat mar-referees u kollox jibqa ghaddej!! pero r-rebha tas-siggiewi donna li kiddet lis-sliema ghax mhux se jiehdu kollox issa kif xtaqu!!

    [Reply]

  10. JOE MIZZI says:

    Prosit Siggiewi players and coach……..Sliema lost their head when a President Coucil’s member and/or President of a Club starting shouting this head off to every call made by the referees. Shame on the rest of the Council members who were present and did not act to stop this matter. Rules and regulations are for all to be followed. Police were there for nothing. We need another notice stuck to the wall next to the VIP area with fresh info on what one can and can’t do in this area. MBA Prosit Hafna. Two months to go for next election and hope for another chop chop of heads within the President Coucil. I watched this game and felt sick.

    [Reply]

Leave a comment