Siġġiewi Derby jagħtu l-ewwel telfa lil A to Z Electronics Athleta

Monday, April 4, 2011, 8:21

minn Colin Schembri

KAMPJONAT L-EWWEL DIVIŻJONI

A to Z Electronics Athleta 61
Siġġiewi Derby 68
(20-13)(18-12)(13-13)(10-28)

Loyola vs Siggiewi

Loyola vs Siggiewi

Is-sensiela ta’ minn A to Z Electronics Athleta intemmet wara ħmistax il-partita meta f’logħba mit-tielet round tal-kampjonat Siġġiewi Derby għelbuhom bl-iskor ta’ 68-61. Siġġiewi kienu għadhom mingħajr Adrian Micallef fil-waqt li Alexander Ryan kien nieqes għal Athleta. Kienu Siġġiewi li ħadu l-ewwel vantaġġ u f’nofs l-ewwel sessjoni trippla ta’ Marco Matijevic poġġijhom 9-6 fuq quddiem. Athleta wieġbu b’run ta’ 6-0 b’Matijevic jerġa’ jwieġeb għal Siġġiewi. Pero’ kienu Athleta li temmew is-sessjoni fuq quddiem wara run ta’ 8-2 u marru 20-13 minn fuq. Athleta komplew iżidu l-vantaġġ fit-tieni perjodu bi trippli ta’ Kristin Baldacchino u Omar Said 28-15. Trippla ta’ Lee Ross fetħet run ta’ 8-0 minn Siġġiewi pero’ sal-mistrieħ, Athleta kienu għadhom fuq quddiem 38-27.

It-tielet sessjoni kienet iktar bilanċjata fejn Siġġiewi naqqsu d-distakk wara trippla oħra ta’ Ross 36-42. Athleta rrispondew bil-punti ta’ Adison Bonnici biex fi tmiem il-perjodu reġgħu marru 11 minn fuq 51-40. Fl-aħħar perjodu, l-punti tal-Athleta naqqsu u Siġġiewi approfittaw b’run ta’ 11-2 inklużi tlett trippli tal-captain Eman Xuereb. Żewġ freethrows ta’ Steve Schembri u basket ta’ ħuħ Dirk taw ftit tan-nifs lil Athleta pero’ Siġġiewi wieġbu bi trippli ta’ Alan Borg u marru punt minn fuq 60-59. Athleta reġgħu ħadu vantaġġ b’baskets ta’ Bonnici imma dawn kienu l-aħħar punti tagħhom. Fl-aħħar minuta u nofs kien hemm biss il-punti ta’ Siġġiewi speċjalment minn Jide Jetson biex huma ħarġu rebbieħa 68-61.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 18, J. Zammit, D. Schembri 10, E. Bezzina, C. Galea, O. Said 14, A. Bonnici 12, K. Baldacchino 3, S. Schembri 4

Siġġiewi Derby: P. Shoults 7, K. Borg, J. Doughty, E. Xuereb 9, A. Borg 8, L. Ross 16, J. Jetson 12, M. Matijevic 14

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Alfred Carbonaro.

Tata Motors Loyola 73

Bupa Luxol 74

(17-17)(14-14)(13-21)(22-14)(7-8)

Il-polemiċi donnhom ma jridux jieqfu dan l-istaġun hekk kif it-tmiem drammatiku ta’ din il-partita qiegħed jiġi kkontestat fi protest ieħor. Bupa Luxol rebħu 74-73 wara l-ħin barrani pero’ deċiżjoni ta’ wieħed mill-uffiċjali qiegħda tiġi kkontesta mit-telliefa fuq kwistjoni ta’ żball tekniku. Intant Luxol kienu qiegħdin jirritornaw għall-logħob wara iktar minn xahrejn wieqfa u kellhom lil Andrew Cremona u Edgar Caruana Montalto neqsin. Ta’ dan patta ż-żagħżugħ Tom Paris li kellu partita mill-aqwa speċjalment fir-rebounds difensivi. Loyola kellhom l-aħjar bidu biex marru 10-5 minn fuq wara trippla ta’ Jovan Mihailovic u freethrows ta’ David Camilleri. Luxol wieġbu bi trippla ta’ Nikola Vasovic pero Loyola kabbru l-vantaġġ bil-punti ta’ Billy Zammit ukoll bi trippla 17-8. Luxol ippareġjaw sa tmiem is-sessjoni b’run ta’ 9-0 li għalquha bi trippla stupenda ta’ Petar Apcev minn distanza konsiderevoli. Fit-tieni sessjoni Luxol marru fuq quddiem b’iktar punti minn Apcev u għalkemm Stefan Vella wieġeb bi trippla għal Loyola, Luxol baqgħu 29-24 minn fuq. Punti ta’ Mihailovic lejn it-tmiem reġgħu ippareġjaw il-partita fil-halftime 31-31.

Fit-tielet perjodu l-bilanċ baqa’ konsistenti għal ħin twil fejn wara li Loyola marru fuq quddiem bi trippla ta’ Camilleri, Luxol wieġbu b’oħra ta’ Vasovic u punti ta’ Paris għal skor ta’ 41-41. Hawn Luxol għamlu run ta’ 11-0 bi trippla ta’ Vasovic u Apcev u għalkemm Zammit għamel trippla oħra għal Loyola, fi tmiem is-sessjoni Luxol kellhom vantaġġ ta’ 8 punti 52-44. Huma kabbru dan il-vantaġġ fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni bi trippli ta’ Jean Paul Bonnici pero’ Loyola wieġbu b’run ta’ 8-0. Baskets ta’ Apcev u Vasovic taw ftit tan-nifs lil Luxol pero’ Loyola wieġbu b’run ta’ 11-0 fosthom żewġ trippli ta’ Sean Pace biex fl-aħħar minuta marru 66-62 minn fuq. L-istess player tilef il-ballun u meta kien għad fadal 40 sekonda, Vasovic naqqas id-distakk bi trippla oħra. Kien għad fadal 10 sekondi u reġa’ kien Vasovic li bi freethrow minn tnejn tefa’ l-partita fil-ħin barrani 66-66.

Hawn Loyola reġgħu ħadu vantaġġta’ 3 punti 71-68 li reġa’ ġie newtralizzat dejjem minn Vasovic fil-waqt li Apcev poġġijhom fuq quddiem. Fl-aħħar attakk eżatt mal-horn, Loyola ġabu l-iskor indaqs 73-73 b’basket ta’ Alex Tabone u nqala’ minn kollox. Uħud mill-players ta’ fuq il-bank ħarġu fil-court w’inagħta technical foul lil bank ta’ Loyola. Wara diversi protesti, Vasovic għamel freethrow minn tnejn biex ta’ r-rebħa lil Luxol 74-73 bil-Loyola jirreġistraw protest fi tmiem il-partita.

Tata Motors Loyola: S. Pace 16, B. Zammit 13, D. Camilleri 8, F. Dicastro, L. Azzopardi,  M. Cilia, S. Vella 7, A. Axiaq 4, J. Mihailovic 20, J. Anastasi 2, J. Ransley, A. Tabone 3.

Bupa Luxol: C.J. Cordina, M. Mercieca 5, A. M. Trigona, P. Apcev 26, A. Costa, N. Vasovic 19, T. Paris 8, J.P. Bonnici 16.

Referees: Clive Terribile, Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

Klassifika Kampjonat Irġiel
Team Logħob Rebħ Telf Punti
A to Z Electronics Athleta 9 8 1 17
Siggiewi Derby 9 6 3 15
Bupa Luxol 8 4 4 12
Depiro Mtarfa 8 2 6 10
Tata Motors Loyola 8 1 7 9

 

BANK OF VALLETTA KNOCK-OUT SEMIFINAL

Tata Motors Loyola 77

Siġġiewi Derby       89

(20-23)(12-21)(18-25)(27-20)

Fl-ewwel semifinali tal-Bank of Valletta knockout Siġġiewi Derby għelbu lil Tata Motors Loyola 89-77. Iż-żewġ timijiet kellhom il-formazzjoni tipika tagħhom għalkemm Sean Pace ma ġiex utillizat mill-coach ta’ Loyola Alfred Mifsud. Loyola kellhom bidu tajjeb u wara li trippla ta’ Billy Zammit ġiet mwieġba minn Marco Matijevic, huma għamlu run ta’ 10-0 inkluża trippla ta’ David Camilleri. L-istess player kabbar il-vantaġġ ta’ Loyola 18-7 pero’ Siġġiewi għamlu reazzjoni b’run ta’ 16-0 bi trippli ta’ Lee Ross u Alan Borg u marru 3 minn fuq 23-20. Siġġiewi kabbru l-vantaġġ fl-ewwel żewġ minuti tat-tieni perjodu u trippli ta’ Borg u Eman Xuereb komplew iżidu d-distakk 39-32. Punti konsekuttivi ta’ Peter Shoults qabel il-halftime raw lil Siġġiewi jiftħu vantaġġ ta’ 12-il punt 44-32.

Fit-tielet sessjoni, ic-champions komplew iżidu l-vantaġġ b’diversi punti minn Matijevic 58-42. Loyola wieġbu bil-punti ta’ Anton Axiaq u Joshua Anastasi. Lejn tmiem il-perjodu kompla jkun Matijevic bil-punti għal Siġġiewi li temmewh 69-50 minn fuq. Fir-raba’ sessjoni wara li l-vantaġġ ta’ Siġġiewi kiber għal 22 punt, huma llaxkaw il-logħba tagħhom. Loyola approfittaw u għamlu break ta’ 11-4 pero d-distakk baqa’ wieħed kbir biex Siġġiewi setgħu joħorġu rebbieħa 89-77.

Tata Motors Loyola: S. Pace, B. Zammit 7, D. Camilleri 16, S.Borg, G.Cuschieri,  M. Cilia, S. Vella 3, A. Axiaq 11, J. Mihailovic 25, J. Anastasi 10, J. Ransley, A. Tabone 5.

Siġġiewi Derby: P. Shoults 18, K. Borg, J. Doughty, E. Xuereb 4, A. Borg 16, L. Ross 13, J. Jetson, M. Matijevic 38

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Alfred Carbonaro.





3 Comments

  1. JOE MIZZI says:

    Thanks you for quick reply Mr. Schembri. So these 3 r d same who made the FAMUZ technical error in the game luxol vs loyola. they should get some more referee training. Maybe Sly ( UK ), the white haired guy, can teach them. I think he has loads of experience . Saw him once refereeing and he controls the game with authority. Very good on and off the court. What happened to bernard INT fiba, steve, gordon INT fiba,
    etc…. Hope that u all learn from current mistakes so not 2 repeat.

    [Reply]

  2. JOE MIZZI says:

    are we running out of referees now…………above three games with same referees……….hope it is a mistake.

    [Reply]

    Colin Schembri Reply:

    No Mr. Mizzi, it is not a mistake….unfortunately this is the real situation. Regards

    [Reply]

Leave a comment