Siġġiewi Derby isaħħu t-tieni post

Monday, March 21, 2011, 11:35

 minn Colin Schembri

KAMPJONAT L-EWWEL DIVIZJONI

Depiro Mtarfa 54
A to Z Electronics Athleta 58
(14-16)(7-12)(13-15)(20-15)

A to Z Electronics Athleta batew iktar milli mistenni biex kisbu it-tmien rebħa tal-kampjonat kontra Depiro Mtarfa 58-54. Depiro li kienu qiegħdin jilgħabu t-tielet partita fi spazju ta’ ġimgħa urew progress mill-aħħar logħbiet. Athleta fetħu b’run ta’ 12-3 fejn il-players kollha kisbu l-punti. Depiro wieġbu bil-punti ta’ Isaac Tanti u Emanuel Lupo. Wara free-throws ta’ Dirk Schembri, Depiro għamlu run ta’ 7-0 li bdewha bi trippla ta’ Andrew Aquilina u marru punt minn fuq 14-13. Sat-tmiem is-sessjoni l-Athleta reġgħu ħadu vantaġġ ta’ basket 16-14. Fit-tieni sessjoni lpunti naqqsu xi ftit u wara li kien hemm parita ta’ 18-18, Athleta wieġbu b’run ta’ 10-0 inkluża trippla ta’ Omar Said biex marru 10 minn fuq 28-18. Depiro għalqu l-perjodu bi trippla ta’ David Bugeja u naqqsu d-distakk għal 7 punti 21-28.

Depiro fetħu t-tielet sessjoni b’żewġ trippli oħra minn Roderick Vella u Bugeja u waslu sa’ punt il-bogħod 27-28. Michael Naudi wieġeb għal Athleta pero’ Depiro baqgħu viċin wara iktar punti ta’ Bugeja u Vella. Run ta’ 8-2 minn Athleta rathom jagħlqu l-perjodu 43-34 minn fuq. Il-vantaġġ tal-leaders kiber għal 13-il punt fit-tielet minuta tal-aħħar perjodu 51-38 wara iktar punti minn Naudi u Omar Said. Depiro ma ċedewx u trippla oħra ta’ Aquilina fetħitilhom break ta’ 11-0 biex waslu sa basket minn taħt 49-51. Depiro tilfu attakk u basket u free-throw ta’ Adison Bonnicitaw ftit tan-nifs lil Athleta. Fl-aħħar minuta Depiro reġgħu waslu sa basket il-bogħod wara t-tielet trippla ta’ Bugeja pero l-ħin kien kontra tagħhom u basket ta’ Naudi għalaq il-partita fuq skor finali ta’ Depiro 54 A to Z Electronics Athleta 58.

Depiro:  R. Vella 10, J.P. Schembri 4, D. Bugeja 17, A. Aquilina 6,J. Gatt, E. Lupo 6, M. Mallia 2, I. Tanti 9, G. Mercieca.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 23, J. Zammit, E. Bezzina, D. Schembri 10, O. Said 15, A. Bonnici 7, K. Baldacchino 1, A.Ryan, S. Schembri 2

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Alfred Carbonaro.

 

Siġġiewi Derby 81

Tata Motors 45

(20-14)(22-9)(27-6)(12-16)

Iċ-champions Siġġiewi Derby saħħew it-tieni post tal-klassifika b’rebħa sabiħa fuq Tata Motors Loyola 81-45. Siġġiewi rkupraw lil Jide Jetson mill-aħħar partita pero kienu għadhom mingħajr Adrian Micallef fil-waqt lil Loyola kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Loyola kellhom l-aħjar bidu meta bdew bi trippla ta’ David Camilleri u ħadu vantaġġ ta’ erba’ punti 7-3. Siġġiewi ppareġjaw f’nofs is-sessjoni bi freethrows ta’ Lee Rossu minkejja li ħadu vantaġġ, trippla ta’ Billy Zammit reġgħat poġġiet lil Loyola fuq quddiem 12-11. Siġġiewi għamlu run ta’ 9-0 b’iktar punti ta’ Ross u Marco Matijevic biex temmew l-ewwel perjodu 20-14 minn fuq. Fil-bidu tat-tieni sessjoni Siġġiewi bdew b’run ta’ 11-3 fosthom trippla ta’ Karl Borg u fetħu vantaġġ ta’ 14-il punt 31-17. Loyola wieġbu b’iktar punti minn Zammit pero c-champions għalqu l-perjodu b’run oħra ta’ 11-2 biex daħlu jistrieħu 42-23 fuq quddiem.

It-tielet sessjoni kienet nettament f’idejn Siġġiewi li bdewha b’run sabiħa ta’ 14-0 fosthom żewġ tripplo ta’ Ross u f’nofsha kienu 56-23 minn fuq. Camilleri għamel trippla għal Loyola pero’ Siġġiewi reġgħu wieġbu b’run oħra ta’ 13-2 biex fi tmiem il-perjodu fetħu vantaġġ t’40 punt 69-29. L-aħħar sessjoni kienet iktar bilanċjata b’Zammit u Anton Axiaq jidħlu iktar fix-xena għal Loyola. Huma għalqu l-partita bi break qasir ta’ 6-0, b’Peter Shoults jagħmel l-aħħar basket ta’ Siġġiewi li ħarġu rebbieħa 81-45.

Siġġiewi Derby: P. Shoults 18, J. Doughty, E. Xuereb 13, K. Borg 4, A. Borg 4, L. Ross 18, J. Jetson 1, M. Matijevic 22

Tata Motors: S. Pace 3, B. Zammit 16, D. Camilleri 8, J.P. Borg, M. Cilia 1, S. Vella, A. Axiaq 13, J. Mihailovic 2, J. Anastasi 2, J. Ransley, A. Tabone 2

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

Klassifika Kampjonat Irġiel
Team Logħob Rebħ Telf Punti
A to Z Electronics Athleta 8 8 0 16
Siggiewi Derby 8 5 3 13
Bupa Luxol 7 3 4 10
Depiro Mtarfa 8 2 6 10
Tata Motors Loyola 7 1 6 8




Leave a comment