Siġġiewi champions mingħajr telfa

Tuesday, March 13, 2012, 22:35

minn Colin Schembri

KAMPJONAT TIENI DIVIZJONI IRGIEL

Floriana YTC Travel 59

Athleta 53

(8-5)(20-13)(14-17)(17-18)

 

Siggiewi Champions

Siggiewi Champions

Floriana YTC Travel temmew l-istaġun fuq nota posittiva meta wara seba’ telfiet għelbu lil Athleta 59-53. Floriana rkupraw lil Omar Shamala pero’ kienu mingħajr Ryan Bezzina u Sean Galea fil-waqt li Chris Galea kien nieqes għal Athleta. Il-partita damet ma ngranat tant li l-ewwel basket wasal minn Shamala wara tlett minuti. Athleta wieġbu b’ħames punti qabel ma Floriana għamlu break ta’ 6-0 b’iktar punti ta’ Shamala u temmew is-sessjoni minn fuq 8-5. Fit-tieni sessjoni spikka Rihards Polis u hawn il-player Latvjan ta’ Floriana għamel diversi trippli flimkien m’oħra ta’ Andrew Barthet biex Floriana fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 22-12. Athleta wieġbu permezz ta’ John Chircop u Malcolm Tong pero’ fl-intervall kienu għadhom 10 minn taħt 18-28.

Athleta fetħu t-tielet perjodu b’punti minn Martin Krastev b’Polis jagħmel trippla oħra għal Floriana. Athleta ma ċedewx u naqqsu d-distakk għal 4 punti 29-33 pero’ Shamala u David Garcia reġgħu taw vantaġġ ikbar lil Floriana 42-35 fi tmiem is-sessjoni. Floriana saħħew il-vantaġġ fil-ftuħ ta’ l-aħħar sessjoni wara trippla ta’ Garcia pero’ Andre Azzopardi għamel oħra għal Athleta biex żammhom viċin. Athleta għamlu sforz ieħor u waslu sa’ tlett punti ‘l bogħod 53-56 fl-aħħar minuta. Pero’ l-ħin kien kontra tagħhom biex Floriana setgħu jikkontrollaw u rebħu l-partita 59-53.

 

Floriana YTC Travel: D. Garcia 11, N. Mercieca 10, M. Sapiano, R. Polis 19, R. Manicaro, O. Shamala 12, A. Barthet 5, M. Gauchi, L. Pavia 2.

Athleta: H. Soufain, M. Gauci Montalto 13, M. Krastev 22, M. Galea, M. Tong 2, Z. Borg 3, J. Chircop 7, A. Azzopardi 6.

Referees: Emanuel Mangani, Luke Camilleri.

 

Siġġiewi 59

Qormi 42

(9-7)(8-11)(26-13)(16-11)

 

Siġġiewi ċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat meta fl-aħħar partita tagħhom għelbu lil Qormi 59-42. Iż-żewġ timijiet li se jerġgħu jiltaqgħu fis-semifinali tal-BOV KO kellhom l-istess formazzjoni tal-aħħar ħarġiet. Siġġiewi rebħu l-kampjonat bla telfa għat-tieni suċċess ta’ Karl Borg f’din il-kategorija. Il-partita ma bdietx b’ritmu għoli forsi wkoll minħabba l-kesħa u fis-seba’ minuta Qormi kienu punt minn fuq 4-3. Siġġiewi għamlu break qasir ta’ 6-2 u temmew is-sessjoni 9-7 minn fuq. L-ewwel punti fit-tieni sessjoni ġew fil-ħames minuta b’żewġ baskets ta’ Qormi. Petar Vulovic wieġeb għal Siġġiewi pero’ Qormi għamlu żewġ baskets oħra. Minkejja li Clayton Agius u Matthew Shoults trippla kull wieħed, Qormi daħlu jistrieħu punt minn fuq 18-17.

Fit-tielet sessjoni c-champions l-ġodda tejjbu l-logħob tagħhom u wara li bdew bi trippla oħra ta’ Agius, huma għamlu run ta’ 10-0 biex marru minn fuq 32-23 minn fuq. Justin Gambin beda jwieġeb għal Qormi speċjalment mill-freethrows pero’ Agius għamel l-istess għal Siġġiewi għal skor ta’ 43-31. Siġġiewi bdew l-aħħar sessjoni b’run oħra ta’ 9-2 b’Gambin jerġa’ jwieġeb għal Qormi. Fl-aħħar minuti kien hemm spazju għall-players kollha ta’ Siġġiewi li wasslu għal dan is-suċċess u għalqu l-partita bi trippla ta’ Eman Vella għal skor ta’ 59-42. Fi tmiem il-partita s-Sur Joseph Muscat Segretarju Ġenerali tal-MBA ppreżenta t-trofew tar-rebħ tal-kampjonat lil Lee Grech.

 

Siġġiewi: P. Vulovic 16, JP Antoncic, C. Agius 17, M. Shoults 10, L. Grech 3, A. Borg 2, N. Falzon 4, E. Vella 3, A. Debattista, A. Shoults, G. Agius, K. Farrugia.

Qormi: C. Camenzuli 8, G. Micallef, K. Genovese 6, D. Debattista 2, S. Kivshanov 5, L. Bugelli, J. Gambin 21, D. Bugeja, S. Gauchi, E. Farrugia

Referees: Clive Terribile, Emanuel Mangani

 

Mellieħa 46

Bell Net SN Suns 62

(13-20)(11-11)(15-15)(7-16)

 

Bell Net SN Suns temmew l-impenji tagħhom fit-tieni post tal-kampjonat wara li għelbu lil Mellieħa 62-46. Michael Borg Anastasi u Rueben Abela kienu nieqsa għal Mellieħa fil-waqt li Suns kienu mingħajr Adrian Pace u Trevor Grech. Il-partita rat liż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin fl-ewwel ħinijiet tant li kien hemm parita ta’ 9-9. Suns għamlu break ta’ 9-0 bi trippla ta’ Robert Camilleri u għalkemm Mellieħa wieġbu b’żewġ baskets, Suns għalqu s-sessjoni 20-13 minn fuq. Mellieħa bdew it-tieni perjodu b’basket ta’ John Muscat li pero’ kien imwieġeb bi break ta’ 9-0 minn Suns għal vantaġġ massimu ta’ 14 –il punt 29-15. Mellieħa rkupraw u għamlu run huma ta’ 9-0 mibdija bi trippla ta’ Michael Camilleri biex fl-intervall Suns kienu 31-24 minn fuq.

Mellieħa komplew jilgħabu tajjeb fil-ftuħ tat-tielet perjodu u għamlu run oħra ta’ 7-0 bi trippla minn Oliver Sammut. Igor Marjanovic wieġeb għal Suns flimkien ma’ Keith Sultana għal skor ta’ 40-36 fit-tmien minuta. Sat-tmiem il-perjodu ż-żewġ timijiet komplew iżidu l-punteġġ tagħhom u Suns baqgħu iżommu l-vantaġġ ta’ 7 punti 46-39. Kien fir-raba’ sessjoni li Suns irnexxielhom jinqatgħu mill-avversarji. Huma għamlu run ta’ 10-0 li rathom jiftħu vantaġġ 60-43 u baqgħu jikkontrollaw il-partita. Robert Camilleri captain ta’ Suns irċieva t-trofew tat-tieni post minn għand Joseph Muscat Segretarju Ġenerali tal-MBA.

 

Mellieħa Tritones: J. Sant 2, M. Cauchi 11, J. Muscat 4, A. Mehmedov 4, O. Sammut 11, J. Aquilina 2, M. Camilleri 3, G. Coleiro 9, P. Cauchi.

Bell Net SN Suns: K. Scicluna 16, R. Camilleri 7, D. Agius, H. Agius 9, M. Barberi 12, R. Mercieca 2, R. Camilleri, I. Marjanovic 16.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile

Miscela D’Oro Mtarfa 39

Starlites 40

(7-12)(7-4)(11-13)(14-11)

 

Starlites ħadu rebħa drammatika fuq Miscela D’Oro Mtarfa meta kellhu jkun basket ta’ Saviour Bonnici fl-aħħar 0,5 sekonda li tahom ir-rebħa 40-39. Mtarfa kellhom lil Sean Baldacchino u David Cini neqsin pero’ rkupraw lil Alex Psaila u nkludew lil Julian Gatt. Starlites kienu mingħajr Chris Doublet u Ivan Riolo ħa post Sandro Farrugia fuq il-bank. Starlites fetħu l-partita bl-ewwel sitt punti b’Josef Attard iwieġeb għal Mtarfa. Starlites marru 10-3 minn fuq bi Mtarfa jagħmlu żewġ baskets oħra u s-sessjoni ntemmet 12-7 favur Starlites. It-tieni perjodu kien nieqes ferm mil-punti u fetaħ b’żewġ baskets ta’ Starlites minn Robert Loporto u Robert Bonnici. Kien lejn it-tmiem li Mtarfa għamlu 7 punti biex fl-intervall naqqsu d-distakk għal basket 14-16.

Il-logħob tjieb xi ftit fit-tielet sessjoni fejn Saviour Bonnici beda jagħmel punti kontinwi għal Starlites. Mtarfa wieġbu bil-punti ta’ Attard u Jeffrey Gatt pero’ Robert Bonnici għamel trippla għal Starlites. Wara li fi tmiem il-perjodu d-distakk kien ta’ 4 punti 29-25 favur Starlites, Mtarfa bdew l-aħħar sessjoni aktar agressivi tanta li wara minuta u nofs dawwru l-iskor 30-29 wara żewġ baskets minn Joe Vella. Wara time-out minn Ivan Riolo, Starlites ipressaw u serqu xi blalen biex reġgħu ħadu l-vantaġġ u 4 minuti mit-tmiem kienu 35-32 minn fuq. Basket ta’ Gatt reġa’ ta l-vantaġġ lil Mtarfa 36-35 b’minuta u 36 sekonda għat-tmiem. Mtarfa żiedu l-vantaġġ 39-35 pero’ Starlites għamlu trippla minn S. Bonnici bi 13 –il sekonda fuq l-arloġġ. Mtarfa kellhom il-pusess pero’ Jarnis Viibe falla żewġ freethrows u l-basket ta’ Bonnici ta r-rebħa lil Starlites 40-39.

 

Miscela D’Oro Mtarfa: J. Attard 9, J. Gatt, D. Schembri 6, J. Vella 6, A. Psaila, J. Viibe 4, J. Gatt 14.

Starlites: R. Loporto 4, R. Bonnici 14, S. Bonnici 15, A. Cutajar, D. Sultana, C. Borg 2, A. Schembri, D. Deguara, A. Cutajar, F. Bartolo 5.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile

 

Klassifika Kampjonat Tieni Diviżjoni   FINALI

Team Logħob Rebħ Telf Punti
Siggiewi

14

14

0

28

Bell  Net SN Suns

14

11

3

25

Starlites

14

10

4

24

Mellieha Tritones

14

5

9

19

Qormi

14

5

9

19

Floriana YTC Travel

14

4

10

18

Athleta

14

4

10

18

Mtarfa Miscela D’oro

14

3

11

17

 





Leave a comment