Shpat Qerimi bi prova ma’ Valletta

Friday, January 21, 2011, 18:24

minn Cristian Muscat

Attakkant Finlandiz Shpat Qerimi li għandu wkoll passaport Albaniż qed jagħmel prova ma’ Valletta. Il-plejer ta’ 21 sena Qerimi bħalissa jinsab fuq il-kotba tat-tim mill-ogħla Divizjoni Kroata RNK Split. 

Apparti mill-istriker regolari Scerri li jinsab jokkupa l-ewwel post fil-lista ta’ l-aqwa skorers tal-Kampjonat BOV Premier bi 12 -il gowl, fl-iskwadra ta’ Valletta insibu wkoll lill-istrikers Ian Zammit u Joseph Okonkwo iżda t-tnejn li huma naqqsu milli jimpressjonaw fl-ewwel skwadra ta’ Valletta f’ dan l-istaġun. Valletta urew ukoll interess fl-istriker ta’ Padova Alberto Filippini li jidher li qed ifittex klabb ġdid wara li mhux qed inkluz b’ mod regolari fl-ewwel tim tat-tim mis-Serie B fl-Italja u li kien f’Malta f’dawn l-aħħar jiem mat-team ta’ Padova.





Leave a comment