Shooting hoops for social inclusion

Wednesday, March 9, 2016, 15:19

Gavin Muscat

Illum is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius żar l-attivita’ Shooting Hoops for Social Inclusion li kienet organizzata fil-Kumpless Sportiv tal-Universita’ mill-Isport & social Inclusion Sub Committee fi ħdan il-Pulse Policy Forum.  Din l-attivita’ saret b’kollaborazzjoni mal-Wheelchair basketball Association.

Is-Segretarju Parlamentari Agius faħħar din l-inizzjattiva ta’ dawn iż-żgħażagħ biex iqajmu kuxjenza dwar l-inklużjoni soċjali permezz tal-isport.

Waqt din l-attivita’ ħadu sehem rapreżentanti minn 17-il organizzazzjoni universitarja.  Din l-attivita’ kellha għanijiet diversi fosthom li titfa liż-żgħażagħ fiż-żarbun ta’ persuna b’diżabilita’ u tlaqqa l-organizzazzjonijiet differenti fi ħdan l-Univerista ta’ Malta.

Din ma kenitx l-ewwel attivita’ li organizza dan is-sotto kumitat hekk kif is-sena li għaddiet organizza attivita’ fil-ħabs taż-Żgħażagħ fejn l-għan kien li bl-isport tkun miġġielda d-delinkwenza miż-żgħażagħ.  Minbarra hekk il-membri tal-Isport & social Inclusion Sub Committee ddiskutew u taw ir-rakomandazzjonijiet tagħhom għal aktar attività fiżika li biex tkun iffaċilitata l-inklużjoni soċjali.  Fl-attivita’ tallum il-focus kien fuq id-diżabilità.  Is-sotto kumitat diġa għandu pjanijiet għall-aktar attivitajiet simili fil-futur qarib.

Il-fondi kollha li nġabru f’din l-attivita’ marru għall-kampanja tal-Malta Community Chest Fund – Solidarjeta bl-Isports”.

———————————————————————————————————————————————————-

Gallery





Leave a comment