Shaun Galea u Hannah Pace huma ċ-ċampjins nazzjonali tat-Triathlon

Monday, October 15, 2018, 14:17

Shaun Galea u Hannah Pace huma ċ-ċampjins nazzjonali tat-Triathlon lokali, dan hekk kif ilbieraħ filgħodu sar il-Kampjonat Nazzjonali fi Triq il-Kosta s-Salini, li ġab fi tmiemhu l-istaġun tat-Triathlon.

F’temp ikrah, f’xita qawwija li għamlet is-sitwazzjoni diffiċli għall-parteċipanti, fuq id-distanza standard olimpika, kellhom għawma ta’ kilometru u nofs, rota ta’ 40 kilometru u ġirja ta’ 10 kilometri.

Fil-kategorija tal-irġiel, Shaun Galea daħal l-ewwel biex b’hekk sar ċampjin nazzjonali għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu. Wayne Spiteri spiċċa t-tieni filwaqt li Bernard Sant it-tielet.

Fil-kategorija tan-nisa, Hannah Pace żammet it-titlu ta’ ċampjin nazzjonali meta spiċċat l-ewwel quddiem Margaret Seguna u l-veterana Danica Bonello Spiteri rispettivament.





Leave a comment