SHAUN GALEA & CELINE PACE IDDIKJARATA BĦALA TRIATHLETES TAS-SENA 2017 GĦALL-EWWEL DARBA

Thursday, December 7, 2017, 10:29

Il-Malta Triathlon Federation ġabet fi’ tmiemu staġun ieħor ta’ multisport ftit tal-ġimgħat ilu. Bħal dejjem, l-aħħar titlu biex jintrebaħ huwa dak tal-iskema ta’ punti tat-Triathlete Of The Year (TOTY). Din il-klassifika tagħti punti lill-atleti kollha li jkunu ħadu sehem it-tlielaq li jkunu ġew organizzati jew sanzzjonati mill-Federazzjoni matul l-istaġun billi jitqassmu punti skont il-klassifiċi ta’ kull tellieqa. Galdaqastant dan ikun qed jagħmel enfażi fuq il-konsistenza matul is-sena kollha.

Il-kalendarju tal-multisport tal-2017 kien jikkonsisti fi’ 13 -il tellieqa li kinu jvarjaw minn triathlon sprint, aquathlon, duathlon u l-qofol milqugħ waqt il-kampjonat nazzjonali tat-triathlon f’ ottubru li għadda. Il-klassifika finali tat-TOTY inħadmet fuq l-aqwa 9 punti ta’ kull atleta, li jagħmel din l-inizzjattiva waħda tassew missielta bejn l-atleti kollha ta’ kull livell u ta’ kull eta’.

Fil-kategorija overall tal-irġel, kien l-istilla żgħażugħa Shaun Galea li spiċċa l-ewwel biex rebaħ l-ewwel titlu tat-TOTY tiegħu, filwaqt li rebaħ ukoll l-ewwel post tal-kategorija ta’ Taħt l-20 sena. Is-saħħa tal-ġenerazzjoni żgħażugħa kienet evidenti hekk kif żgħażugż ieħor, Neil Markham spiċċa fit-tieni post biex tejjeb il-posizzjoni tiegħu mis-sena l-oħra fejn kien ġie fit-tielet post. Markham rebaħ ukoll il-kategorija ta’ Taħt it-23 Sena. Fit-tielet post ġie Nicholas Bilocca li rebaħ post fuq il-podium għall-ewwel darba wara staġun tassew konsistenti, fejn rebaħ ukoll il-kategorija ta’ ‘l fuq minn 40 sena.

Fis-sezzjoni Feminili, kienet it-triathlete ġdida Celina Pace li rebħet l-unur u kienet iddikjarata Triathlete of the Year għall-ewwel darba, hekk kif rebħet ukoll it-titlu ta’ ‘l Fuq minn 30 Sena. Margaret Seguna spiċċat fit-tieni post kif ukoll l-ewwel ‘l Fuq minn 35 Sena, wara staġun b’ saħtu. Iż-Żagħżugħa Anjelika Ruggier spiċċat fit-tielet post u l-ewwel fil-kategorija tan-nisa ta’ taħt it-23 Sena.

Il-lista sħiħa tar-rebbieħa hija din:

Klassifika Sħiħa

L-Ewwel post : Shaun Galea & Celine Pace

It-Tieni post : Neil Markham & Margaret Seguna

It-Tielet Post : Nicholas Bilocca & Anjelika Ruggier

Ir-Raba’ Post: Graham Borg & Lara Buttigieg

Il-Ħames Post : Bernard Sant & Michelle Vella Wood

Is-Sitt Post : Alan Borg & Hannah Pace

Is-Seba’ Post : Stanislav Vaipans & Suzanne Farrugia

It-Tmien Post: Nathan Farrugia & Karen Amato

Id-Disa’ Post : Michael Galea & Felicienne Mercieca

L-Għaxar Post : David Agius Lia & Isabelle Caruana

Klassifika tal-Kategoriji tal-Eta’

Taħt l-20 Sena : Shaun Galea

Taħt l-23 Sena : Neil Markham & Anjelika Ruggier

‘Il Fuq minn 30 Sena : James Cuschieri & Celine Pace

‘Il Fuq minn 35 Sena: Graham Borg & Margaret Seguna

‘Il Fuq minn 40 Sena: Nicholas Bilocca & Karen Amato

‘Il Fuq minn 45 Sena: Kevin Muscat & Maria Vella-Galea

‘Il Fuq minn 50 Sena: Raymond Borg & Suzanne Farrugia

‘Il Fuq minn 55 Sena: Twanny Fenech & Debbie Caruana Dingli

‘Il Fuq minn 60 Sena: Marian Belsten

Fi stqarrija, Cyprian Dalli, President tal-Malta Triathlon Federation feraħ lir-rebbieħa kollha u rringrazzja lill-atleti kollha li ħadu sehem fit-tlielaq multisport kollha tal-istaġun. Dalli irringrazzja wkoll lill-organizzaturi tat-tlielaq, il-Klabbs affiliatjati, dawk li jgħinu waqt l-avveniment minn wara l-kwinti imma li jżommu il-kommunità lokali tat-triathlon ħajja matul is-sena.





Leave a comment