Sharon Costantino ta’ Kirkop United tirbaħ il-BOV Plejer tax-Xahar tan-Nisa għal Ottubru

Thursday, November 9, 2017, 14:49

Il-gowler ta’ Kirkop United Sharon Costantino hija l-BOV Plejer tax-Xahar tan-Nisa għal Ottubru 2017.

Il-gowler veterana qed turi li l-età hija biss numru. Fl-età ta’ 42 sena, Costantino għamlet sensiela ta’ saves tajba biex baqgħet ma qalgħet l-ebda gowl fir-rebħa ta’ Kirkop ta’ 3-0 fuq Swieqi United u fir-rebħa ta’ 4-0 kontra Mosta.

Costantino, li għamlet id-debutt tagħha fl-istaġun 1998/99, lagħbet kważi 300 partita f’kompetizzjonijiet lokali u rebħet ħafna titli mat-tim nazzjonali ta’ Malta. Sharon iddebuttat mal-Planets fl-1998 u lagħbet ma’ 8 klabbs differenti tul il-karriera tagħha, l-ikbar numru ta’ klabbs irrappreżentati mill-istess plejer li qatt ġie rreġistrat f’Malta.

Charles Azzopardi, Eżekuttiv tal-PR & Marketing fi ħdan il-Bank of Valletta ppreżenta t-Trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar tan-Nisa għal Ottubru 2017 lil Sharon Costantino.





Leave a comment