Update 2: Sfrakass ġewwa Ta’ Qali

Monday, August 23, 2010, 17:02

Rebħa meritata għal Valletta FC fil-BOV Super Cup

Birkirkara 2
Valletta 3

Goals – Scerri 40 (V); Galea 81 (B); Temile 113 (V); Cilia 118 (B); Okonkwo 120 (V)
(AET – 2-3; FT – 1-1)

Birkirkara FC: E. Lovizon, T. Cilia, P. Borg, P. Fenech, N. Vukanac, T. Paris (’77 K. Fenech), E. Lattes (’67 K. Pulo), S. Bajada, J. Zerafa (’96 R. Scicluna), M. Galea, A. Buhagiar.

Valletta FC: A. Hogg, S. Borg, R. Briffa, J. Caruana, Ramon, G. Agius (’93 K. Sammut), J. Pace, I. Zammit (’59 D. Falzon), Denni, O. Temile, T. Scerri (’80 J. Okonkwo).

Referee: Alan Mario Sant. Assistenti: Alan Camilleri u Joe Camilleri. Raba Uffiċjal: Kevin Azzopardi

Wara logħba milgħuba fi sħana tremenda Valletta irnexxilhom jevitaw il-penalties meta kien appuntu Okonkwo li b’daqqa ta ras għalaq il-partita favur il-kapitali.

Zerafa għażel li jibda il-partita B’Okonkwo fuq il-pankina u Denni u Ramon Dos Santos jiddettaw il-logħob ghal-Valletta fil-grawnd. Kien Terrence Scerri li fetaħ l-iscore meta fl-40 minuta irċieva pass brillanti mingħand Denni Dos Santos u qabbeż il-ballun minn fuq Lovizan biex tħalna għal mistrieħ bir-riżultat 1-0 favur il-Belt.

Fi-tieni half Birkirkara ħarġu b’saħħithom u setaw ġabu id-draw wara diversi tentattivi pero kellu jkun xutt brillanti tal-captain Karkariz li ta is-segwaċi tiegħu ferħa meta għeleb lil Hogg b’xutt minn barra il-kaxxa li kien wisq angulat tant li hakkek mal-lasta.

Fl-extra time pero inqalbet il-folja meta kienu issa l-Belt li dehru iktar friski. Waqt li Jesmond Zerafa daħħal il Dyson Falzon, Kevin Sammut, u il-Joseph Okonkwo, Paul Zammit minn naħa l-oħra daħħal il-Keith Fenech, Karl Pulo u Ryan Scicluna – 3 plejers tal-U21. Temile skurja goal tajjeb meta minn corner għeleb id-difensur billi antiċipaħ u faqa xutt b’saħtu għal ġox-xibka.

Ferħ ta qattus kisser il-monotonija tal-logħoba meta fit-tieni half tal-extra time daħal fil-grawnd inkiss inkiss u kellu jkun ilgoal kepper Karkariz li henn għalih u b’gentilezza poġġieh wara il-kartelluni publiċitarji.

Meta deher li kollox mitmum għal-Birkirkara Karl Pulo irċieva it-tieni karta tiegħu u ħalla l-sħabu jilgħabu b’għaxra għall erba’ minuti. Valletta fallew ċans wara ċans u ta’ dan pattew qares għax b’nofs ċans u minn anglu impossibli Trevor Cilia ġab ir-riżultat ta’ parita 2-2. Donnu konna sejrin għal penalties pero Joseph Okonkwo kellu ħsieb ieħor u għalaq rebħa meritata għal beltin meta antiċipa bir-ras lil Lovizan. In-Niġerjan kien għadu kif laqat il-lasta minuti qabel ukoll.

Pero l-partita avolja spiċċat kella titkompla bil-ponn meta plejers ta Birkirkara u nies mill-kumitat tal-Valletta ġew fl-idejn fil-VIP. Minn kif dehret l-affari Nicky Saliba u Nicola Vukanac spiċċaw fin-nofs ta din l-ġlieda.

Qegħdin nistennew stqarrijiet taż-żewġ klabbs u ninfurmawkom iktar tard b’iktar informazzjoni.

UPDATED: 23/08/2010
MFA STATEMENT ON SATURDAY’S INCIDENTS IN THE VIP AREA AFTER THE SUPER CUP MATCH

The Malta Football Association deplores the incidents that occurred in the VIP area of the National Stadium after the Valletta – Birkirkara Super Cup match on Saturday, 21st August.

The Association assures all concerned that after investigations are carried out all necessary measures according to disciplinary procedures will be taken to ensure that such incidents will not be repeated in the future. Such disciplinary action will be taken with the aim of eradicating violent conduct, which has no place in sport.

UPDATE 2: 24/08/2010

Valletta Officials and Birkirkara players were charged this morning to inciting people to commit a crime, forming a gang and behaving abusively.

Officials Sergio Zampa, 54, of Swieqi; Nicholas Saliba, 43, of Mellieha; Sandro Ciliberti, 41 of Gharghur; Kevin Gauci, 39, of Valletta; and Vincent Tabone, 61, of Valletta, and players Paul Fenech, 23, of Naxxar; and Shaun Bajada, 27 of Sannat, pleaded not guilty to swearing, breaching the peace, insulting, provoking and assaulting others, as well as disobeying police orders.

Mr Bajada was also accused of causing slight injuries on Vincent Tabone.

All were released on bail against a personal guarantee of €1,000.





19 Comments

  1. belti mandraggar says:

    jiena belti u gburi kemm bit tajjeb u ghanki bil hazzin imma dawn xhazbu ta b/karai kinu qed jilabu mal hibs u dawn xridu jolluwa huma flok il belt it tazza dan xihadd rid jitlef.

    b/kara ferhu bil festa u il belt ferhu bit tazza. pero jiena nistena aktar maturita go t/qali mux lanqas tista tmur tihu gost tara lobba,

    issa daqt jibda il kampjonat ha naraw jekk mux ha nergaw naraw trabi jikpu gol graund:))

    [Reply]

  2. strips says:

    mela insejtu il pastazata fil loghba li il mandra labu ma tarxin

    [Reply]

  3. wenzu says:

    jien kont l-enclosure u kull ma rajt player ta birkirkara jghati bil ponn pero ghal fejn ma nafx, jista xi hadt jejdilna x gara ezatt?

    [Reply]

  4. valletta says:

    B KARA BAD LOOSERS BUHAHAHHAAH TUWOM GHAX HEKK IRIDU IL FESTA TAJBA :)

    [Reply]

  5. vfc says:

    @Johnny

    Ghada se jitressqu xi nies il qorti u fost dawn se jkun hemm 2 players ta Bkara……….kuntent issa? u kif qallek diga haddiehor………..jekk tlaqt il barra u ma rajtx x gara TPARLAX

    [Reply]

    Johnny Reply:

    Irranga siehbi. La qed tghid hekk we wait and see the outcome. Ma taghmilx effett lili. J Alla ma jergawx daw l affarijiet.

    [Reply]

    Mark Agius Reply:

    @vfc

    Kellek ragun : tressqu il-qorti zewg players ta B`Kara. Hasra li jew bi zvista jew inkella ma tawkx l-informazzioni kollha, ghax ma zewg players biss ta B`Kara, tressqu ukoll HAMES ufficjali tal-Valletta.

    Jekk allura dawn iz-zewg players kellhom il-guts li jattakkaw 5 ufficjali vera kienu keshin, imma il-logika normali tkun li il-grupp il-kbir jattakka fizikament lil grupp iz-zghir.

    Ta lanqas 5 kontra 2 kienu bizzejjed biex jekk jiggieldu tnejn kontra tnejn ikun hemm 3 biex iferqu u jikkalmaw l-affarijiet.

    [Reply]

  6. shaun says:

    pawlu fenech mux ta qali nkellmu imma barra.

    [Reply]

  7. Johnny says:

    Jien malli spiccat il loghba tlaqt l hemm l ahwa u ma rajt xejn minn dil imgieba li suppost iggieghel lil kull min ihobb il futbol jisthi. Jien naqbel mal pika li hawn go Malta bejn it teams ghax il pika sa certu punt tqajjem is support. Glied ma naqbel qatt ikun x ikun il kaz. Minn kif qed naqra jidher allura li la kien hemm minn fil kumitat tal Belt li tkellem zejjed, allura daqshekk tort tieghu. Membru tal kumitat ta tim li ghadu kif rebah tazza, l anqas li jista jaghmel hu li jcapcap lill avversarju tieghu u jifrah bit tim tieghu. Ma nzommx mal Belt u lanqas ma B Kara, imma Paul Fenech ma nahsibx li hu mignun li jobzoq lil xi hadd ghal xejn b xejn. Nahseb li VFC ghandhom jiktbu apologija minn naha taghhom. Dwar il loghba nifrah hafna lil B Kara tal goaler vera tajjeb u tat teamwork tat tim, b hafna passaggi qosra u hafna work rate tajba minn hafna zghazagh li jhabbtuha ma kulhadd, u lill Belt kuntent hafna ghal Okonkwo li hu ex player taghna ta Dingli Swallows

    [Reply]

    Clinton Reply:

    Anki jiena newtrali Johnny imma tista tispjegali ghala l-plejers (li suppost huma t’ezempju) huma u tilghin ghal-midalji hlief joqbzu u johorgu s-subgha tan-nofs lejn il-partitarji u membri fil-VIP m’ghamlux! Hekk dawn kienu ipprovokati xorta m’ghandhom ragun….HADD M’GHANDU DRITT JIEHU L-LIGI B’IDEJH.

    [Reply]

    imsieken Reply:

    @jhonny
    int bis serjeta qed titkellem, xjitulbo apologija jekk tlaqt lhemm habib tiftahx halqek. bkara macetawix it telfa dak kollox jaghjruna tant lilna alura xnaghmlu nikinsu kullmhemm. badlosers ara klemm jajdu ghalina. ahna meta nitilfu nbaxu rasna u nitilqu. tinharaq bil fors ax lahhar tlett partiti mana qalaw 3-4-3 u 3

    [Reply]

    Johnny Reply:

    “Clinton” u “Imsieken”, jekk qed tghidu li l players hargu s swaba tan nofs hazin hafna wkoll. Jien la rrid inkun fuq side ta’ xi hadd u anqas ta haddiehor. Li jkun hemm tghajjir bejn supporters Alla hares le ghax kieku l futbol imut. Li ridt nghid jien li jekk kienu tal kumitat li bdew jghidu skuza that’s all. U kif ghidt int Clinton, ikun min ikun, HADD m’ghandu dritt jiehu l-ligi b’idejh.

    Ifhem issa ahna hawn tajna l opinjoni. Fil-verita dan kollu sar fil VIP li suppost kien hemm min hu anke xoghlu li jara li kollox sew. Nimmagina li issa diga sar rapport u jittiehu l passi kif suppost basta ma jirrepetux ruhhom dawn l affarijiet. Ghandu jkun league sabih jidher b’hafna timijiet li jaghtu sfida lil kulhadd. Nisperaw li jiggwadanja l futbol Malti ghax la nhobbuh, ahna hekk irriduh – ta’ livell.

    [Reply]

    Riefnu Reply:

    Bikkerin min fuq birkirkara ukoll qed jitlifkom tac city, forsi minhabba il league li tliftu?????

    [Reply]

  8. Carmel Celtic says:

    Issa nbidel il president u nispera li min hu responsabli ta dawn l affarijiet jiehu dak li haqqu mhux ghax nibzghu min certu nies kollox jibqa ghaddej. Nistennew u naraw fejna serjeta.

    [Reply]

  9. city boys says:

    jiena ma nafx kif jisejhu gurnalisti kultant kif jiktbu !! kieku ma kienx il goaler tahom 4 kona intuom fil wiesa ma dawk li dahlu… bhara kelom 2 goals u wiehed milquh ma nafx x,tentativi huma sur gurnalista? tista isemilli wiehed wiehed liema huma tentativi? OPEN CHALLENGE

    [Reply]

  10. vfc says:

    Ghall informazzjoni ta kulhadd il glieda bdiet minhabba li dak il friza Paul Fenech bezaq lil Nicky Saliba fil VIP Area…..imma malajr sabu l kappell jigih!!

    [Reply]

  11. Christian says:

    Il-kronaka tal-loghba hi vera ekwilibrata’ .. “Fit-tieni half Bikrikara hargu b’sahhithom u setaw gabu id-draw wara diversi tentattivi” mela mhux kulhadd ra l-istess loghba jaqaw? B’kara fit-tieni half kellhom 2 xuttijiet kollox u l-Belt kellhom fejn jiskurjaw 4 easily li kieku ma kienx ghal-keeper ta’ b’kara (btw, proset lill- b’kara ta’ l-akkwist, jidher tajjeb dal-keeper)

    [Reply]

  12. louis attard says:

    Pastazata enormi fil futball malti de de uza ponn tal hadid

    [Reply]

    BELTI KBURI Reply:

    ISSA QED TIBKI LIL DEDE BIEX IHENN GHALIKOM HU, GHAX MA TAJDUX LIL MARIO MUSCAT FORSI ITIKOM IS SUPER CUP HU BIKKEJ AHJAR TAJD LIL DEDE JOQOD ATTENT GHAL KOIRRUZZJONI U IL PASTAZATA LI GHAMLU B’KARA VS HIBS L-ISTAGUN L-IEHOR BIKKEJ LOUIS ATTARD U DIS SENA MA GHANDKOMX CANS BIKI BISS HA TIEHDU BIKKEJ

    [Reply]

Leave a comment