- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Sfida diffiċli izda mhux impossibli għat-tim Belti

Posted By Sportinmalta On June 27, 2014 @ 10:00 am In Featured,Football | No Comments

 

Gurban Gurbanov - Kowc Qarabgh FC

 

 

 

 

 

 

 

minn Andre’ Xuereb

F’ Nofs Lulju li ġej fit-Tieni Round ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League , it-tim Belti se jaffronta lill-iskwadra mill-Azerbaijan Qarabag FC , f’kampjonat b’ għaxar timijiet , l-iskwadra ta’ Gurban Gurbanov irnexxilha terbaħ il-kampjonat għat-Tieni  darba l-istorja tagħhom wara nuqqas ta’ 21 sena b’ ħames punti vantaġġ fuq Inter Baku.

Gurbanov ilu imexxi l-iskwadra seba’ snin , id-dirigenza tat-tim temmen ħafna fih u fit-tim li kapaċi jimxu l-quddiem din is-sena fil-kompetizzjoni speċjalment wara li s-sena l-oħra kienu kwazi għamluha sal-fazi tal-gruppi tal-UEFA Europa League fejn kienu inqalgħu biss fil-Playoffs wara rebħiet kontra Metalurg FC,Past Gliwice FC u Gelfe FC u għalhekk jaf jezistu ċerta mentalita’ prepotenti li wasslet lil supporters ta’ Qarabg biex jidħlu fil-Paġna ta’ Valletta FC fuq facebook biex iħallu kummenti dispreġġattivi.

Qarabag jibbazaw it-tim fuq erba’ Braziljani , zewġ Albanizi u Maċedone li tul dawn l-aħħar snin kienu fundamentali biex tjieb il-livell ta’ logħob tat-tim flimkien ma’barranin oħrajn li b’mod kontinwu inbidlu dawn l-aħħar snin fit-tim ta’ Qarabag.Il-Playmaker tat-tim u Top Scorer Tal-lig tal-Azerbaijan huwa  l-Attacking Midfielder bl-isem ta’ Reynaldo li wara esperjenza ma’ Anderlecht FC fil-Belgium irnexxilu isib saqajħ fl-Azerbaijan, l-Braziljani l-oħrajn Richard Almeida u Chumbinho (eks Olympiakos) huwa midfielders ta’ livell għoli ukoll.L-albanizi Admir Teli u Ansi Agolli istabilixxew ruħhom fil-qalba difensiva ta’ tim , il-midfielders Muarem imexxi nofs il-ground u jassisti lil Braziljani fil-binja ta’ kull goal.

Mhuwiex eskluz li l-attakant il-ġdid Danilo Dias li ġie iffirmat mingħand Maritimo FC jibda l-partita mill-bidu ġimgħatejn oħra ,speċjalment meta wieħed jikkonsidra l-fatt li l-Attakanti  Leroy George , Nikoloz Gelashvili u Ulrich Kapolongo mhux dejjem jikkonvinċu fuq quddiem u l-Ġeorġjan Jaba Dvali rari jiġi utilizzat.

Huwa fatt li forsi ħafna se jgħidu li Qarabag ħa jibdew favoriti f’dawn il-konfront , izda nemmen li Home it-tim Belti għandu bizzejjed materjal biex jgħati sfida denja u b’impenn kollettiv  jakkwista rizultat posittiv.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/sfida-difficli-izda-mhux-impossibli-ghat-tim-belti/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.