Sessjoni ta’ taħriġ mhux tas-soltu għall-Assistenti Referees

Thursday, September 17, 2015, 17:44

Gavin Muscat

Is-sessjoni ta’ taħriġ għall-assistenti referees li saret it-Tnejn 14 ta’ Settembru 2015 kienet waħda mhux tas-soltu.

Dan għax minbarra ġirja qalb l-għelieqi bejn iċ-Ċirkewwa u Paradise Bay, l-assistenti referees għamlu siegħa canoeing biex isaħħu l-muskoli tal-upper body tagħhom.

Philip Agius kien il-persuna responsabbli mit-taħriġ speċjalizzat tal-assistenti referees, filwaqt li Ronald Zammit hu l-uffiċjal responsabbli mill-kundizzjoni fiżika tagħhom.

M’hemmx dubju li l-ingaġġ ta’ Philip Agius bħala speċjalista tal-assistenti referees qiegħed iħalli l-frott mixtieq għax f’dawn l-aħħar erba’ snin mill-ħatra tiegħu, il-livell tagħhom ogħla u l-kontribuzzjoni tagħhom saret ferm aktar preċiża, speċjalment fejn tidħol l-interpretazzjoni tar-regolament numru 11 – Offside.





Leave a comment