- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

SESSJONI TA’ TAĦRIĠ MA’ JAVIER ZANETTI

Posted By Sportinmalta On February 3, 2018 @ 3:06 pm In Featured,Youth Football | No Comments

Zebbug Rangers FC Youth Nursery, flimkien mal-Awtorità tat-Turizmu, l-Fondazzjoni PUPI Malta u l-Inter Club PUPI Zanetti Malta, ser jorganizzaw sessjoni ta’ taħriġ ma’ Javier Zanetti nhar il-Ħamis 22 ta’ Frar 2018 ġewwa l-grawnd ta’ Haż-Żebbuġ.

Dan sar magħruf waqt konferenza stampa li saret nhar is-Sibt 3 ta’ Frar 2018 fis-sala tal-konferenzi ta’ JMV Building Solutions, Zebbug.

Fost il-kelliema preżenti kien hemm is-Sur Paul Fenech (Inter Club PUPI Zanetti Malta), l-Avukat Gavin Gulia (Ċermen tal-Awtorità tat-Turiżmu) u s-Sur Franco Agius (Direttur Tekniku ta’ Zebbug Rangers FC Youth Nursery).

Il-leġġenda Argentina u eks Inter ser ikun preżenti fil-grawnds ta’ Ħaż-Żebbuġ fejn ser imexxi sessjoni ta’ taħriġ għal dawk it-tfal kollha (bniet u subien mill-eta’ ta’ 7 sa 14) li jixtiequ jattendu għal din l-attività sportiva.

Kull partiċipant hu mitlub li jħallas €30 li ser tiħi mgħotija direttament lill-Fondazzjoni PUPI.  Minbarra siegħa u nofs ta’ taħriġ, it-tfal ser jieħdu lura magħhom flokk kommemorattiv, ċertifikat ta’ partecipazzjoni iffirmat minn Zanetti nnifsu, ritratt tal-okazzjoni u rigali oħra promozzjonali.

Ukoll, kull parteċipant ser ikollu l-opportunità li jirbaħ żewġ biljetti biex jara logħba tal-Inter f’San Siro kif ukoll l-opportunità li jiltaqa ma’ Zanetti fis-Sede f’Milan.

Dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem f’din l-attività għandhom jikkuntattjaw lis-Sur Franco Agius (79438515) jew is-Sur Mark Camilleri (99841496) ġewwa Zebbug Rangers FC Youth Nursery jew jibagħtu emajl fuq francoagius@yahoo.com jew mcamill@gmail.com.  L-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu wkoll mill-paġna tal-Facebook tal-istess Nursery.

Ringrazzjament speċjali jmur għall-isponsors li kienu ta’ għajnuna kbira sabiex dan l-avveniment iseħħ fosthom l-Awtorità’ tat-Turiżmu, Isomat, Teamsport, The Convenience Shop, GO & Fun, Coca-Cola Malta u Chrissie’s Photography.

Attività oħra ma’ Zanetti ser issir nhar l-Erbgħa 21 ta’ Frar 2018 fil-grawnd ta’ Santa Lucia fejn ser imexxi sessjoni ta’ taħriġ għall-adulti.  Għall-booking u aktar informazzjoni, wieħed jista’ jikkuntattja lis-Sur Paul Fenech fuq 99494762.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/sessjoni-ta-tahrig-ma-javier-zanetti/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.