Serata ta` premjazzjoni mill-KOM

Wednesday, July 10, 2013, 10:13

• Atleti fi hdan il-Kumitat Olimpiku Malti li fil-gimghat li ghaddew iddistingwew ruhhom fil-Loghob tal-Istati Zghar tal-Ewropa fil-Lussemburgu u fil-Loghob talMediterran f’Mersin kienu c-centru tal-attenzjoni waqt Serata ta’ Premjazzjoni organizzata mill-KOM fil-Lukanda Dolmen, San Pawl il-Bahar.

L-istess atleti li rebhu medalji fiz-zewg avvenimenti inghataw rikonoxximent finanzjarju mill-Kumitat Olimpiku Malti. Prezenti ghal din l-attivita’ is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport Dr.Stefan Buontempo li filwaqt li ferah lil istess atleti u ufficjali ikkonferma li l-Gvern u s-Segretarjat tieghu flimkien mal-Kunsill Malti ghall-Isport se jkomplu jghatu l-appogg shih lil KOM l-aktar ghall-partecipazzjoni internazzjonali li jmiss fix-xhur li gejjin fosthom il-Loghob tal-Commonwealth fi Glasgow fl-2014 u sena wara fl-ewwel edizzjoni tal-Loghob talEwropa f’Baku, Azerbaijan u fl-istess sena l-Loghob tal-Istati Zghar tal-Ewropa flIzlanda.

Is-Sur Mark Cutajar vici President tal-KOM u eks Direttur tal-Isport , ghamel analizi dwar ir-rizultati miksuba u kif dawn l-istess rizultati ghandhom jitkejjlu u jirreflettu f’partecipazzjoni internazzjonali ohra tal-istess livell. Huwa awgura li b’rieda tajba minn kull settur dawn l-istess rizultati jistghu sahansitra jitjiebu.

Is-Sur Julian Pace Bonello, President tal-KOM filwaqt li rringrazzja lil atleti ghassagrificcju li huma u l-ghaqdiet nazzjonali taghhom jghamlu sabiex jinkisbu certi rizultati sahaq dwar l-importanza li l-isport f’pajjizna u l-aktar fost l-atleti tal-KOM il-livell ikompli jghola. B’sodisfazzjon innota li fl-ewwel xhur tieghu bhala President kellu s-sodisfazzjoni li jisma l-innu Malti ghall-ewwel darba fil-Loghob tal-mediterran bl-ewwel medalja storika mirbuha minn William Chetcuti fid-double trap f’Mersin.

Is-serata kienet wkoll indirizzata mis-Sur Joe Cassar, Segretarju Generali tal-KOM kif wkoll kien prezenti ghall-premjazzjoni tal-ghotjiet is-Sur Jonathan Barbara – Chairman tal-Kunsill Malti ghall-Isport.





Leave a comment