Senglea Nursery torganizza tournament b’riżq il-Malta Hospice Movement għar-4 sena konsekuttiva

Friday, March 9, 2012, 19:06


Senglea Nursery, għar-raba’ sena konsekuttiva u wara s-suċċess kbir li kiseb dan it-tournament, din is-sena se terġa torganizza dan it-tournament b’risq il-Hospice Movement.  Dan it-tournament iġib l-isem DYLAN BUGEJA TOURNAMENT, f’isem plejer ta’ Senglea Nursery li miet tliet snin ilu.  Il-flus kollha miġburaminndan it-tournament se jmorru għall-Malta Hospice Movement.

Għall-konferenza stampa, li saret fiċ-Ċentru ta’ Senglea nursery, nhar il-Ħamis, 8 ta’ Marzu, attenda s-Sur Giovanni Carmelo Navarro, wieħed mill-volontiera tal-Hospice Movement.  Hu spjega l-għan tal-Hospice Movement, organizazzjoni volontarja li toffri għajnuna lill-pazjenti fil-fażi terminali tal-marda tagħhom u toffri wkoll support lill-familji ta’ dawn il-pazjenti.

Il-President ta’ Senglea Nursery, Stephen Spiteri, għadda biex jispjega kif se jintlagħab dan it-tournament filwaqt li saħaq fuq l-importanza li nrawmu is-sens ta’ ġenerożità lit-tfal tagħnaminnetà żgħira u l-għan li għandu dan it-tournament, biex jgħin lil din l-organizazzjoni li tant tagħmel ġid lil ħafna nies.

Għalkemm Senglea Nursery hija nursery żgħira ħafna, din dejjem tarakif tgħin għaqdiet fil-bżonn.  Kull attivita’ li ttella’ għal dan l-għan, il-flus miġbura jmorru kollha għall-bżonnijiet ta’ dawn l-għaqdiet.  F’dan l-istaġun stess, Senglea Nursery organizzat tournament, fejn il-flus kollha miġbura marru lejn għaqda li tieħu ħsieb il-qtates u issa qegħda torganizza dan it-tournament għall-Hospice Movement.  Attivitajiet bħal dawn, jittellgħu biex teduka lit-tfal tan-nursery, jgħinu lil min hu fil-bżonn u kif kulħadd jista’ jgħin mill-ftit li jkollu.

Il-Ħadd, 1 t’April 2011, in-nurseries se jipparteċipaw f’5 a-side tournament fil-Grawnd tal-Ponta, l-Isla.  Dan it-tournament huwa miftuħ għall-plejers ta’ l-Under 8, Under 11, Under 13 u Under 15.  Kull tim li jipparteċipa jagħmel dan billi jagħmel donazzjoni ta’ €25 li tmur kollha għall-Hospice Movement.

Nurseries li huma interessati jipparteċipaw, għandhom jibagħtu l-applikazzjoni sal-Ħadd, 25 ta’ Marzu.  Għal aktar informazzjoni, ċemplu lill-President ta’ Senglea Nursery, Stephen Spiteri fuq 79373836 jew ibagħtu e-mail lil sengleanursery@hotmail.com.

Il-parteċipazzjoni tagħkom se tgħin lill-Hospice Movement, b’hekk ikun sabiħ jekk in-nurseries jagħmlu l-almu tagħhom biex jipparteċipaw.

 

 

 

 

 





Leave a comment