Senglea Nursery torganizza tournament b’riżq il-Hospice Movement

Friday, May 11, 2012, 7:48

Senglea Nursery, il-Ħadd, 1 t’April, organizzat Football Tournament b’riżq il-Hospice Movement.  Dan it-tournament kien miftuħ għan-nurseries kollha ta’Malta.  Bgħatna invit lil kull nursery u stidinihom jiġu jieħdu sehem f’dan it-tournament biex il-flus kollha miġbura minnu jiġu devoluti lill-Hospice Movement, l-assoċjazjoni li tgħin lin-nies morda bil-marda kiefra tal-kanċer.

Senglea Nursery tixtieq tirringrazja lin-nurseries tal-Isla, Bormla, Birgu u M’Skala li pparteċipaw f’dan it-tournament.  Ma dawn ingħaqdu diversi timijiet oħrajn mill-Isla li ħadu sehem għal dan l-għan tant nobbli.  Senglea Nursery kienet daqxejn iddisappuntata, li wara promozzjoni tant kbira li għamlet man-nurseries kollha ta’Maltau fuq il-media, dawn in-nurseries biss kienu li pparteċipaw.  B’hekk, Senglea Nursery tixtieq tirringrazzja lin-nurseries tal-Isla, Bormla, il-Birgu u M’Skala,minnqalbha tal-gest ferm sabiħ li għamlu.

Il-President ta’ Senglea Nursery, Stephen Spiteri, f’konferenza li għamel l-għada tat-tournament, irringrazzja li timijiet li ħadu sehem.  Qal li allavolja Senglea Nursery hija nursery tant zgħira u li hi stess għandha bżonn ħafna għajnuna biex tkompli fit-tmexxija tagħha, għax lanqas sponsor m’għandha, din xorta waħda organizzat dan it-tournament biex tgħin lill-Hospice Movement.  Spiteri qal li din is-sena, dan kien it-tieni tournament li għamlet Senglea Nursery.  L-ewwel wieħed kien għal C.S.A.F., assoċjazzjoni li tieħu ħsieb il-qtates.  Hu spjega li tournaments bħal dawn isiru biex lit-tfal tgħallimhom jgħinu lilminnhu fil-bżonn u kemm din hija ħaġa sabiħa u ta’ bżonn.

Nhar il-Ġimgħa, 4 ta’ Mejju 2012, Senglea Nursery ġiet mistiedna ġewwa l-uffiċini tal-Hospice Movement, ġewwa Ħ’Attard, fejn dawn ġew milqugħa miċ-Chairman tal-Hospice Movement, it-Tabib Vincent Zammit u uffiċjali oħra tal-Hospice Movement.  Senglea Nursery ippreżentaw ċekk ta’ €850 lill-Hospice Movement.

Din kienet ir-raba’ sena li Senglea Nursery organizzat dan it-tournament u dan il-ġest ġie mfaħħar mill-Hospice Movement, tant li dawn ippreżentaw ċertifikat lil Senglea Nursery għal din l-attività tant nobbli.





1 Comment

  1. Inizjativa mill-isbah-prosit.

    Ahna ta’ Marsaskala Nursery hadna sehem ukoll u kburin

    [Reply]

Leave a comment