Senglea Gunners Tutto Sports u Marsa St. Michael’s fil-Finali ta Ray Bartolo Memorial Cup

Monday, October 3, 2011, 14:45

Nhar is-Sibt li ghadda regu saru zewg loghbiet ohra mill-Fahrenheit
Freight Fowarders Swan Amateur Football Association. fil-ground ta`
Lija/Balzan fejn kellna z-zewg semi finali tal-kompetizzjoni  ghal ex
segretarju tal-ghaqda r-Ray Bartolo Memorial Cup fejn l-Senglea
Gunners Tutto Sports ghelbu lil Valletta St. Pauli Peugeot 2-1,
filwaqt li fit-tieni semi-finali Marsa St. Michaels qatghu passagg
ghal finali meta ghelbu lil holders ta` din it-tazza Ta` Giorni Wolves
bl-iskor konvincenti ta 6-1.

Mill-kampjonat tat-tieni divizjoni gewwa l-ground ta` Hal-Tarxien,
Zejtun AFC Waterline rebhu lil Gharghur Bushwackers 3-2,biex
mill-istess divizjoni Marsaxlokk AFT ghelbu lil Paola Peacocks AFC
Nexia bl-iskor konvincenti ta` 4-1,biex kisbu t-tieni rebha
konsekuttiva ughandhom punti massimi.

Fl-ewwel loghba u l-aktar wahda mistennija gewwa l-ground ta`
Lija/Balzan kienet is-semi-finali mit-tazza ta’ Ray Bartolo Memorial
Cup bejn ir-rivali, Valletta St. Pauli Peugeot u Senglea Gunners Tutto
Sports fejn il-Gunners pattew ghat-telfa tal-gimgha l-ohra kontra
l-istess Valletta St. Pauli fis-Super Cup u qatghu passagg ghal-finali
bl-iskor ta` 2-1,minn naha tal-beltin dawn jistghu ihossuhom
sfortunati ghax tilfu bosta okkazzjonijiet facli ta’skor fejn kienu
traskurati fil-konkluzzjonijiet,fejn anki fallew penalty.

Mat-tisfira inizjali is-Senglejani bdew jitfghu l-pressjoni fuq
id-difiza beltija u wara biss 2 minuti loghob kellhom l-ewwel xutt
lejn il-lasta permezz ta` Tarek Ibrahim imma ix-xutt  kien wisq
dghajjef biex seta johloq xi problema lil Ini Etmin Akpan. Il-Beltin
ma damux ma bdew jaqsmu il-loghob ma l-avversarji u fl-ewwel
okkazzjoni beltija xutt minn tarf il-kaxxa ghadda ftit gholi
mill-lasta difiza minn Elvin Attard. Il-loghba bdiet tkun aktar
bilancjata fejn iz-zewg difizi rispettivi bdew jiddominaw fuq
l-attakkanti.  Wara 15 -il minuta loghob Leeroy Bonnett ghal-Isla minn
qaghda ideali ixxutja gholi u l-istess plejer f`azzjoni separata ra
ix-xutt tieghu milquh tajjeb minn Akpan. Minn naha tal-beltin wiegbu
permezz ta’ Richard Attard li xutt tieghu minn qaghda angulata
ghaddiet ftit gholi mill-minduda.Fil-21minuta loghob f’kontra attakk
belti, Barbara deher iwaqqa` lil Richard Attard biex ir-referee ma
kellu ebda ezitazzjoni u ordna penalti favur il-beltin. Mill-istess
penalti inkariga ruhu l-istess Richard Attard li ra ix-xutt dghajjef
tieghu jkun centrali salvat minn Elvin Attard.

Il-loghob beda jkun aktar maqsum f’nofs il-ground, minn naha ta`
l-Isla kellhom xutt ta` Stefan Sultana li ma johloqx ebda problemi
ghall- lasti beltija, bl-istess St.Pauli iwiegbu permezz ta` korner
moghti dirett fil-lasta, li l-goalkeeper Senglejan qala` minn fuq
il-linja fatali. Il-Beltin ppruvaw izidu l-pressjoni fuq id-difiza
Senglejana meta Hubert Friggieri waqqa` l-ballun fid-direzzjoni ta`
Donald Gatt li ra xutt tieghu salvat mill-goalkeeper Elvin Attard.
Meta kollox deher li z-zewg timijiet dehlin jistriehu fi draw ta` 0-0
ir-referee f’34minuta loghob ordna free kick favur il-beltin li
nkariga minnu Vesko Petrovic li ra ix-xutt tieghu iqarraq
bil-goalkeeper Senglejan bil-ballun jidhol fix-xibka biex b’hekk
il-beltin dahlu jistriehu b’goal fil-vantagg bl-iskor ta’ 1-0

Fit-tieni taqsima il-Gunners hargu fuq l-attakk konxji mill-fatt li
qeghdin gowl minn taht u appena ghaddew ftit tal-minuti loghob Adrian
Marmara kkonkluda ftit gholi minn qaghda idejali u f’azzjoni ohra
cross fil-baxx ta` Leeroy Bonnett qata` lid-difiza beltija imma ma sab
lil hadd fil-kaxxa . Ghall-beltin Donald Gatt ukoll raha l-konkluzjoni
tieghu ghaddiet ftit barra. il-Beltin bdew jippressaw aktar u Hubert
Friggieri ra lil goalkeeper barra minn postu imma ix-xutt tieghu
ghadda metri il-boghod mill-lasti. Elvin Attard fil-lasti tal-Gunners
kellu jkun protagonista meta b’save stupend salva fuq free kick ta`
Donald Gatt,u anki konkluzzjonijiet ohra.

Imma dak li ma ghmlux il-beltin ghamluh is-Senglejani ghax  gabu
l-iskor indaqs fil-50minuta loghob wara li xutt ta` Justin Camilleri
habat ma difensur belti,il-ballun spicca ghand id-debuttant Tarek
Ibrahim li tefa` il-ballun fix-xibka ghal-skor ta’ 1-1.Is-Senglejani
ma harsux lura u f’azzjoni ohra minn freekick pass lejn Glenn Bonello
li qabbez  il-ballun li habat mal-minduda u spicca fuq ras Adrian
Marmara li ra l-ballun salvat minn Akpan b’mod stupend. wara din
l-azzjoni il-beltin regu skurjaw imma sporpriza ghal kulhadd
l-Assistent Referee gholla il-bandiera ta` l-off-side bil-goal jigi
imhassar.
Fit-62 minuta loghob is-Senglejani marru fil-vantagg meta Glenn
Bonello gie mwaqqa mid-difensur belti l-istess plejer inkariga ruhu
mill-penalti li ma zbaljax u ghamilhom 2-1. Il-Beltin ghamlu reazzjoni
biex isalvaw ir-rizultat fejn ghamlu assedju,imma sabu lil goalkeeper
Elvin Attard f’burdata mill-aqwa,fejn f’certu okkazzjonijiet
l-attakkanti kienu traskurati pero sa tmien il-partita l-iskor baqa ma
nbidilx biex it-tisfira finali tar-referee sabet lil-Senglea Gunners
Tutto Sports rebbieha ta’dan il-konfront mill-aktar interessanti biex
qatghu passagg ghall-finali ghall-ewwel darba ta’din il-kompetizzjoni
kontra Marsa St.Micheal’s,biex pattew ghat-telfa li soffrew il-gimgha
l-ohra kontra l-istess beltin fil-finali ta’Super Cup.
Referee: Glenn Tonna

Fis-semi finali l-ohra ta` l-istess kompetizzjoni il-Marsa St.
Michaels kienu wisq superjuri u ghelbu lill-holders ta` din it-tazza,
Ta` Giorni Wolves bl-iskor ta 6-1.
Mat-tisfira inizjali s-Saints mill-ewwel urew l-intenzjonijiet taghhom
u bdew jitfghu lid-difiza tal-Wolves taht pressjoni kontinwa. Fl-ewwel
okkazzjoni Malcolm Tirchett nizzel ballun tajjeb li qata` lid-difiza
kollha pero ma sab lil hadd biex jikkonkludi. Is-Saint regghu kienu
perikoluzi meta Malcolm Tirchett ircieva il-ballun minn korner, dar
mad-difiza pero ra ix-xutt tieghu jigi salvat minn fuq il-linja
permezz tad-difensur Sandro Bonnici. Fuq il-naha l-ohra il-Wolves
kellhom tentattiv ta` Ryan Fenech bil-ballun jghaddi ftit gholi.
Wara 12 –il minuta loghob il-Marsa marru fil-vantagg meta minn korner
inholqot konfuzjoni fid-difiza tal-Wolves li approfitta Christian
Debono li tefa is-Saint fil-vantagg. 4 minuti wara, fis-16 il-minuta
loghob Ta’Giorni gabu l-iskor indaqs meta azzjoni sabiha bejn Neville
Zahra u Ryan Fenech b’dan ta l-ahhar tefa` fir-rokna u ma tax cans lil
goalkeeper Keith Brincat isalva biex ghamel l-iskor indaqs 1-1.
Is-Saints komplew fuq l-offensiva u Malcolm Tirchett harab in-nasba
tal-offside pero ra ix-xutt finali tieghu jigi salvat bi bravura minn
Weal Mousa. Il-Marsa regghu kienu ta` periklu meta Glen Barry
fit-23minuta loghob irnexxilu jeghleb in-nasba ta` l-off-side u wahdu
quddiem Mousa ma zbaljax biex kabbar il-vantagg ghall
Marsin.Fit-33minuti loghob l-ewwel taqsima Malcolm Tirchett ghamilhom
3-1 meta rcieva cross minghand  Alexander Ribic, b’dan ta` l-ewwel
wahdu quddiem il-lasti ma zbaljax biex is-Saints dahhlu jistriehu
b’vantagg komdu ta` 3-1.

Fit-tieni taqsima is-Saint komplew fuq l-offensiva fejn cross ta`
Malcom Tirchett, jasal ghand Glen Barry, b’dan tal-ahhar jaghmel
l-impossibbli u jixxutja gholi. Il-Marsa komplew jaghmlu pressjoni fuq
id-difiza tal-Wolves u  xutt ta` Elton Azzopardi gie ddevjat
mid-difensur, bil-ballun deher destinat fil-kantuniera tal-lastiimma
Weal Mousa jtir minn tulu u jwettaq save stupend.  Weal Mousa rega`
kien protagonist meta salva xutt ta Alexander Ribic.
Pero is-Saints kellhom jistennew sa 59 minuta meta d-difensur
tal-Woves deher iwaqqa lil Alexnader Ribic bir-referee jordna penalti
li nkariga ruhu Malcom Tirchett li tefa` lis-Saints 4-1 minn fuq. Minn
hawn il- quddiem il-partita ma kienx fadalla aktar storja fejn l-Marsa
komplew ikunu superjuri ghall-avversrji fejn komplew ikabbru l-iskor,
fejn Malcolm Tirchett ghaqqad hat-trick personali meta fit-63minuta
loghob wahdu quddiem il-lasta tefa` fix-xibka u fis-68 minuti
mit-tmiem Alexander Ribic ircieva cross fil-baxx u wahdu quddiem Mousa
ma hafierx ghal skor finali ta’ 6-1biex b’din ir-rehba l-Marsa
St.Micheal’s ser jikkontestaw l-finali kontra is-Senglea Gunners,fejn
il-Marsin ghad iridu ipattuwa lil Gunners meta fil-finali ta’
Knock-Out tal-istagun l-iehor kienu hargu telliefa ghas-spejjes
tal-Gunners,nistennew u naraw.                 Referee: Mario Apap

Mill-tieni divizjoni z-Zejtun AFC Waterline fl-ewwel harga taghhom
hargu rebbieha fuq it-tim Gharghur Bushwackers bl-iskor ta 3-2,biex
dan ghandu jkun t’awgurju ghaz-Zwieten.
Fl-ewwel taqsima, kellha bidu kwiet fejn iz-zewg timijiet bdew
jistudjaw lil xulxin. Aktar ma beda jghaddi il-hin iz-zewg timijiet
bdew ikunu aktar avventuruzi. Zwieten kellhom konkluzjoni tghaddi
thakkek mal-wieqfa. Fuq in naha l-ohra il-Gharghur raw ix-xutt taghhom
jispicca gholi. Iz-Zwieten marru fil-vantagg permezz ta Charlie
Camilleri fl-22 minuta loghob qabel tmiem l-ewwel taqsima fl-34minuta
loghob Liam Vidal ghamilhom 2-0.
Fit-tieni taqsima fl-45minutaloghob Fabio Grech rega dahhal lil
Gharghur fil-loghba, imma fis-60minuta loghob Christian Degabriele
ghamilhom 3-1 favur iz-Zwieten,biex reazzjoni minn naha ta’ Gharghur u
fl-64minuta Kenneth Bonanno naqas id-distakk billi ghamilhom 3-2 imma
sat-tisfira finali l-iskor baqa` ma nbidilx,biex iz-Zwieten kisbu
l-ewwel tliet punti stagjonali taghhom u ghandhom ikunu avversarji
denji ghal kull team.                     Referee : Lorry Sammut.

Fl-ahhar loghba tal-gurnata Marsaxlokk AFT komplew fejn hallew
il-gimgha l-ohra meta  rebhu bl-iskor konvincenti ta 4-1 kontra Paola
Peacocks Nexia, biex urew li ser ikunu protagonisti ghar-rebh
tal-promozzjoni ghal dan l-istagun. Il-tim ta` Paola Peacocks din
kienet it-tieni telfa konsekuttiva u jridu jinsew din it-telfa
immedjatament biex ma jkollhomx stagun dizappuntanti,fejn hafna drabi
qed ikunu individwalisti milli kollettiv.
Ix-Xlukkajri mill-ewwel marru fuq l-attakk u fl-ewwel okkazzjoni wara
2 minuti loghob Clifford Mifsud ghamel l-iskor 1-0. Il-loghob kien
aktar maqsum sakemm  fl-34 minuta loghob ix-Xlukkajii ziedu il-vantagg
meta Clayde Carabott ghamilhom 2-0 biex sa tmiem l-ewwel taqsima
ix-Xlukkajri dahhlu jistriehu b’ vantagg doppju bl-iskor ta’ 2-0.

Fit-tieni taqsima Paola Peacocks Nexia hasdu lil Marsaxlokk meta
fis-37minuta loghob naqsu l-iskor permezz ta Elton Zammit. Ir-Rahal
Gdid komplew jaghmlu pressjoni pero ix-Xlukkajri ukoll bdew ikunu ta
theddida kontinwa ghall-lasti avversarja,biex fis-57 minuta David
Carabott ghamel l-iskor 3-1 favur l-Marsaxlokk u fid-69minuta loghob
ClydeCarabott  issigilla il-rebha ghal skor finali ta’ 4-1 u ghaqad
doppjetta personali,biex ix-Xlukkajri kisbu zewg rebhiet konsekuttivi
u ghandhom punti massimi.     Referee: Andrew Sammut.





Leave a comment