Sena Suċċessi għall-lottaturi Maltin

Friday, December 21, 2012, 8:44

Is-sena 2012 kienet waħda ta’ suċċessi għall-lottaturi Maltin. F’April, Malta ħadet sehem u rebħet l-International Open Championships f’Cardif (Wales) u f’Awissu il-Maltin temmew rebbieħa ta’ internazzjonali fi Bradford, Ingilterra.

Mandankollu ċ-ċirasa fuq il-kejk, kif jgħidu, kienet fil-Malta International Open Championships li saru fit-8 ta’ Awissu fin-Naxxar Boys Secondary b’rebħa qawwija ta 7 midalji tad-Deheb, 4 Fdda u tnejn Bronż. L-avversarji kienu l-Irlanda tan-Nord uWales. L-Irlanda tan-Nord temmew it-tieni bi 3 Deheb, 3 Fidda u 1 Bronze.Walesspiċċaw it-tielet bi 3 Fidda u 1 Bronż. Il-lottaturi Maltin kienu taħt id-direzzjoni tal-kowċ nazzjonali Jesmond Giordimaina.

Ir-rebbieħa Maltin tal-midalji Deheb fit-taqsima Senior kienu Adam Vella (60kg), George Vassallo (74kg), Abraham Vassallo (84kg & 96kg flimkien), is-sorpriża sabiħa Deheb ta’ Benji Micallef fil-Junior (84kg) u Gary Giordimaina kompla jimpressjona bir-rebħa tad-Deheb fil-kategoriji kombinati Cadet (58kg & 63kg). Mark Galea kompla sejjer tajjeb bir-rebħ tad-Deheb taqsima Cadet (69kg) filwaqt li Wayne Formosa rebaħ id-Deheb kategorija Schoolboys (74kg).

Lottaturi oħra Maltin li ħadi sehem kienu David Zammit, Aidan Buhagiar, Ali Farshan, Franklyn Sciberras, Charlton Agius u Nico Zarb.

Il-programm kienu jinkludi numru ta’ kumbattimenti femminili ta’ esebizzjoni. It-tfjliet Maltin mill-Qawra Wrestling Club kienu Emma Farrugia, Rachel Micallef, Angele Galea, Janette Zarb u Janisse Micallef.

 

 





Leave a comment