Seminar organizzat fuq light contact fil-klabb WuShuKy kickboxing

Tuesday, April 4, 2017, 15:54

Gavin Muscat

Ftit ġimgħat ilu l-instructor 2nd Dan Petr Tahal, rappreżentant tal-WUMA mir-Repubblika Ċeka, kien il-kelliem ewlieni waqt seminar fil-klabb WuShuKy kickboxing li jinsab il-Mosta.  Is-seminar li kien fuq jumejn kellu t-tema tal-light contact.

Din kienet opportunità anke għat-tfal.  Fost l-oħrajn wara s-session dedikata apposta għalihom, l-iżgħar black belt li għandu il-WSK club, Emerson għamel sparring session miegħu.  L-instructor Petr apprezza l-livell tajjeb ta’ dan l-istudent li hu preparat biżżejjed biex jidħol f’iktar kompetizzjonijiet.  Fis-sessjonijiet tal-intermediate u beginners iffoka ħafna fuq techniques u endurance.
Kemm Master Dale Hamilton u l-assistant coach Leslie Camilleri ukoll kellhom l-opportunità li jitħarrġu personalment u anke jagħmlu sparring session mal-kowċ Ċek.

Fuq nota differenti, l-instructor Tahal, stieden lil Sensei Alan Borg, li huwa responsabbli mill- klabb WuShuKy kickboxing biex fis-6 ta’ April jattendi għal seminar fil-coaching fi Praga.  Il-klabb jixtieq jirringrazzja wkoll lil SportMalta tal-għajnuna li tagħti lill-atleti Maltin.





Leave a comment