- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Semifinali eċċitanti fil-kampjonat tal-Gozo Motocross Association

Posted By Sportinmalta On April 9, 2018 @ 3:31 pm In Featured,Motorsport | No Comments

Il-Ħadd li għadda,  il-Gozo Motocross Association organizzat is-semifinali tal-Yamaha Gozo Motocross Championship 2018 . Il-president Frank Xuereb qassam trofej u medalji lis-sewwieqa li spiċċaw fl-ewwel, it-tieni u t-tielet post fil-klassijiet kollha.

Ħadu sehem ukoll tliet sewwieqa Maltin flimkien ma’ sewwieqa Għawdxin. Fi Klassi A, ġirja sfrenata għall-ewwel post bejn Steve Xuereb u David Dimech. Infatti Xuereb deher aktar b’saħħtu hekk kif għeleb lil Dimech fil-‘heats’ kollha tal-ġurnata u għaldaqstant akkwista punti massimi. Joseph Bigeni ukoll kellu ċ-ċans li jakkwista t-tielet post f’din il-kategorija u fil fatt hekk ġara. Warajh spicca Robert Spiteri.

Fi klassi B rajna lil Jorn Stellini,  jissielet għall-ewwel post flimkien ma’ Nataniel Camilleri. Huma t-tnejn urew ħila kbira fuq il muturi tagħhom. Stellini spiċċa fl-ewwel post segwit mill-qrib minn Nataniel Camilleri. Glenn Vella, li s-soltu narawh fi klassi Ċ, mar tajjeb hafna f’din il-kategorija tant li daħal fit-tielet post. Is-sewwieq Malti Louis Debono daħal fir-raba’ post.

Fi klassi Ċ ukoll rajna taqtiegħa interessanti ħafna bejn Matthew Spiteri u Anthony Fenech. Spiteri li  żamm pożizzjoni tajba ħafna f’kull rawnd, spiċċa fl-ewwel post. Fenech zamm it-tieni post u bhalissa qiegħed fl-ewwel post tal-kampjonat f’din il-klassi. Jonathan Grange daħal fit-tielet post.

Reġgħu ħadu sehem żgħazagħ isuqu ir-roti motorizzati. L-organizzaturi irrikonoxxew il-ħila ta’ dawn iż-żgħazagħ u taw medalja lill dawk li ġew fl-ewwel tliet postijiet.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/semifinali-eccitanti-fil-kampjonat-tal-gozo-motocross-association/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.