Sehem pożittiv f’Tournament Internazzjonali

Friday, November 8, 2013, 11:20

Kyle Sciberras, rebbieh ta’ numru ta’ titli nazzjonali u registrat ma’ Msida Arrows Badminton Club, ghadu kemm rega’ lura mill-Lussemburgu fejn ha sehem fid-disa’ edizzjoni tat-tournament internazzjonali bl-isem ta’ Luxembourg Youngsters International 2013.

 

Sciberras ikkompeta fl-U/17 Boys’ Singles kif ukoll fl-U/17 Boys’ Doubles, fejn kellu mieghu lil habibu Livio Loi li huwa mill-Lussemburgu stess.

 

Din kienet it-tielet esperjenza ghal Sciberras fuq ix-xena internazzjonali, wara r-rizultati pozitivi li diga kien kiseb f’zewg avvenimenti separati li sehhu fi Sqallija u f’Cipru.

 

Is-sehem ta’ Sciberras fil-Lussemburgu ma kienx xi eccenzjoni; anzi, hu kompla jkattar ix-xejra pozittiva li wera s’issa biex b’hekk baqa’ jtejjeb il-kurrikulum sportiv tieghu.

 

It-thejjija ta’ Sciberras ghall-mawra fil-Lussemburgu kienet tinkludi tahrig intensiv kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll mal-club rispettiv tieghu; maghhom hu ghaqqad ukoll sehem attiv f’zewg korsijiet ta’ tahrig separati li saru fid-Danimarka.

 

Fil-kategorija tal-Boys’ Singles, Sciberras tela’ bil-polza biex jilghab fi Grupp H flimkien ma’ tlett plejers ohra, fejn hu irnexxielu jeghleb tnejn minnhom fl-ewwel tlett loghbiet tieghu.

 

Sciberras gheleb lil Tim Haresma (Germanja) bil-puntegg ta’ 21/19 – 21/18; hu hareg rebbieh ukoll fuq Daniel Meurer (Germanja) bil-puntegg ta’ 21/17 – 21/18.

 

L-unika telfa ta’ Sciberras kienet fil-konfront tieghu kontra il-franciz Benjamin Venisse; izda din ma waqfitux milli jikkwalifika ghat-tieni round fejn sfortunatament gie meghlub mill-plejer germaniz Fabian Stemmer li kien it-tieni “seed” f’din il-kategorija.

 

Fit-taqsima tal-Boys’ Doubles, Sciberras u Loi waslu sas-semifinali fejn gew meghluba minn dawk li eventwalment rebhu din il-kategorija: il-koppja franciza Tangi Gouez / Benjamin Venisse.

 

Mistoqsi dwar dan is-sehem tieghu fil-Lussemburgu, Sciberras stqarr:“Filwaqt li nrodd hajr lill-partner sportiv tieghi Hell Energy Drink Malta, inhossni sodisfatt hafna kemm bir-rizultati kif ukoll bl-esperjenza li ksibt, specjalment meta nqis li laghabt kontra avversarji ta’ livell oghla minn tieghi. Issa nhares ‘il quddiem ghall-impenji li ghandi din il-gimgha stess fil-Junior National Championships”.





Leave a comment