Sehem fi “Training Camps” Internazzjonali

Tuesday, July 30, 2013, 8:55

Dan is-sajf ra s-sehem ta’ diversi membri ta’ Badminton Malta f’korsijiet ta’ tahrig – maghrufa wkoll bhala “Training Camps” – li sehhew f’pajjizi ewropej. Fiorella Marie Sadowski, ic-champion nazzjonali kurrenti tas-Singles kif ukoll tal-Mixed Doubles, dan l-ahhar hadet sehem f’kors ta’ tahrig intensiv li sehh fi Pressbaum, fl-Awstrija; kien hemm 48 player, gejjin minn tmiem pajjizi differenti, f’dan il-kors.

L-avveniment dam gimgha li matulha Sadowski kisbet taghrif siewji dwar lahhar zviluppi teknici u tattici minghand il-hames coaches, immexxija minn Richard Purser (New Zealand), li mexxew dan il-kors ta’ tahrig. Dan it-taghrif ghandu jaghti lil Sadowski vantagg importanti fuq l-avversarji taghha meta ghal darb’ohra tiehu sehem fil-futur qarib f’kompetizzjonijiet Internazzjonali.

Sadanittant, Kyle Sciberras u Nigel Degaetano kif ukoll Jacqueline Grech Licari dan l-ahhar kienu fil-belt daniza ta’ Vejen fejn hadu sehem fit-32 edizzjoni tas-“Summer School” organizzata minn Badminton Europe. Hawnhekk wiehed irid isemmi l-fatt li dawn it-tlett players zghazagh huma wkoll champions nazzjonali; u dan wara li qasmu bejniethom il-hames titli nazzjonali tas-Singles kif ukoll tad-Doubles waqt l-ahhar edizzjoni tanNational Junior Championships.

Ghalkemm l-isem ta’ “Summer School” jista’ jqarraq ghall-ewwel, dan lavveniment mhux xi skola tradizzjonali izda kors ta’ tahrig intensiv ghall-players zghazagh kif ukoll ghall-coaches taghhom. Immexxi minn ghaxar coaches ta’ l-aqwa livell maghzulin apposta minn Badminton Europe, dan il-kors ra s-sehem ta’ 51 player u 19 il-coach gejjin minn 24 nazzjon differenti.

It-tlett players lokali certament gawdew mit-tahrig tekniku u tattiku li kisbu tul dan il-kors; u dan ghadu jghinhom biex ikomplu jtejjbu l-livell ta’ loghob taghhom hekk kif anki huma jharsu fil-futur qarib lejn sehem filkompetizzjonijiet internazzjonali. Badminton Malta raddet hajr lil Badminton Europe ghall-ghajnuna biex issehem ta’ dawn it-tlett players zghazagh maltin seta’ jsehh b’success.

Hi tenniet ukoll l-intenzjoni taghha biex tkompli tipprovdi opportunitajiet ohra ta’ din ix-xorta lill-membri kollha taghha. Sadanittant, l-attivita fil-Badminton tibqa’ ghaddejja bla waqfien tul ix-xhur shan tas-sajf malti. Il-clubs affiljati ma’ Badminton Malta jibqghu ghaddejjin bit-tahrig fejn il-membri ma jnaqqsu xejn mill-attendenza taghhom.





Leave a comment