Seba’ plejers Maltin f’kompetizzjonijiet orġanizzati mill-EBSA

Wednesday, March 11, 2020, 15:52

Seba’ plejers Maltin tal-isnooker sa jmorru f’Albufeira, il-Portugall biex jipparteċipaw  f’kompetizzjonijiet organizzati mill-EBSA.

Duncan Bezzina, Brian Cini, Aaron Busutill, Chris Peplow, Isaac Borg, Joseph Casha u Philip Ciantar sa jikkompetu fil-kategoriji tas-6 Reds, Under 21 u Men’s singles.

Magħhom sa jkun hemm ukoll Ivan Brincat bħala referi.

MBSA tixtieq tirringrazzja lil SportMalta tal-għajnuna tagħhom sabiex tkun possibli l-parteċipazzjoni tal-plejers Maltin.

Intant sa issa Isaac Borg diġa lagħab żewġ logħbiet fil-kategorija tal-Under 21, fejn rebaħ l-ewwel logħba kontra l-Belġjan Tim Crabbe bil-puntegg ta’ 3-2, pero tilef it-tieni logħba kontra l-Irlandiż Christopher Clifford 3-0.

Għall aktar informazzjoni wieħed jista jidħol fuq www.esnooker.pl.





Leave a comment