Se nibqa’ mfixkel dwar in-Nazzjonal

Wednesday, March 3, 2010, 13:43

minn Josef Galdes

Ilbieraħ il-coach tat-tim nazzjonali Malti John Buttigieg flimkien mal-assistent tiegħu Carmel Busuttil ħabbru l-iskwadra ta` 18-il player li għada se jilagħbu partita ta` ħbiberija kontra l-Finandja.  

Tgħid Gilbert Aguis baqa’ barra għax m`għandux esperjenza biżżejjed mat-tim Nazzjonali? Jew inkella għax mhux jilgħab u mhux qed ikun determinanti mal-Belt??

Kevin Sammut nafu li wara li l-Belt ma kellhomx prestazzjoni tajba kontra Tarxien fejn qalgħu 6, Sammut ma lagħabx. E le bilhaqq għax kieku kien jilgħab kontra l-Finlandja kien imut minħabba kunjomu.

Andrew Hogg nafu li qala’  6 kontra Tarxien fejn tkeċċa wkoll, u nafu li dan l-istaġun kien diżastruż għalih tant li Valletta qegħdin l-aħħar fil-klassifika tort tiegħu.

Imma dan l-aqwa wieħed!! Wara li Terence Scerri kien it-top scorer l-istaġun li għadda dan l-istaġun ma skurjax u ma kienx determinanti għal Belt tant li postu ħadulu player li lanqas biss għandu club la barrani u wisq anqas Malti. Jista’ xi ħadd joħrog bl-argument li Scerri m`għandux esperjenza? Imma skużi ta` jekk ma jiġborx l-esperjenza f’partita ta` ħbiberija meta jista’  jiġborha?

Ovvjament kont sarkastiku, biss nistaqsi lil min hu responsabbli. Dawn il-players baqgħu barra għax huma players tal- Belt? ? U ma ninsewx ukoll li hemm players oħrajn li tħallew barra bħal Udo Nwoko, Luke Dimech li m`għadux b`xagħru miżbugħa ħamra. U naħseb anki Jean Pierre Mifsud Triganza kellu jiġi magħżul ukoll.





Leave a comment