Sciriha ilu ma jmur jara lil Valletta ħames logħbiet‏

Tuesday, December 25, 2012, 17:21

Luke Dimech huwa uffiċjalment player ta’ Valletta hekk kif is-Sibt daħlet ir-reġistrazzjoni tiegħu fl-uffiċini tal-MFA. Dan ġie kkonfermat fil-programmm  Kontrattakk tal-Ħadd l-għadda .

Il-logħba kontra Balzan kienet l-aħħar waħda għal Luke Dimech bil-flokk ta’ Mosta hekk kif dan il-player issa se jingħaqad ma’ Valletta FC.
Dan ġie kkonfermat  waqt il-programm Kontrattakk miz-żewġ Presidenti rispettivi f’intervent li għamlu fil-programm. Victor Sciriha President ta’ Valletta kkonferma li t-trattativa ilha li bdiet imma ma kinietx waħda diffiċli għaliex intlaħaq ftehim mal-President ta’ Mosta George Galea. Dan tal-aħħar min naħa tieghu ikkonferma wkoll li Dimech ingħata b’self lill-Valletta sal-aħħar tal-istaġun.
Dan it-transfer jidher li ġab ferneżija u nuqqas ta’ qbil fost il-partitarji Beltin dan minħabba l-fatt li settur minnhom ma jridux lil Dimech jilgħab ma’ Valletta wara incident li l-player kellu mal-istess partitarji xi snin ilu.
 Fl-intervent tiegħu ,Sciriha  ammetta li mħux kuntent  bis-sitwazzjoni ta’ Valletta u kkonferma li l-paga tal-players ta’ Novembru ma’ ingħatatx lill-players. Filwaqt li tenna li ilu ma jmur jara lill-Valletta jilgħabu ghal dawn l-aħħar ħames logħbiet, qal li qed isejjaħ Rally ghall-partitarji sabiex fost l-oħrajn jikkjarifika d-deċizjoni ta’ Luke Dimech u jixħet iktar dawl fuq il-mument negattiv li għaddejjin minnu c-Champions renjanti.
Min naħa ta’ Mosta dawn irrilaxxaw lil-Osseni Zongo u tefgħu harsithom fuq Danilo Meira Santos ta’ Tarxien. Waqt Kontrattakk ħareġ ukoll li Daniel Bogdanovic se jibqa’ ma’ Mosta tant li se jirrinunzja kważi ħamsin fil-mija tal-paga tiegħu sabiex jgħin lil dan il-Club jibqa javvanza fil-klassifika.
Fil-programm  Jason Deguara uffiċjal ta’ Birkirkara cahad kull spekulazzjoni li l-Istripes qed jigru wara l-gowlkiper Justin Haber.




Leave a comment