Schembri jispikka ghal Omonia.

Thursday, August 22, 2013, 10:37

Minn Robert Busuttil

Andre Schembri spikka ghat-tim tieghu Omonia Nicosia meta f’loghba ta’ hbiberija li kellhom kontra Nea Salamis Famagusta skorja doppjetta f’rebha ghat-tim tieghu ta’ 5-2 barra minn darhom. Nea Salamis spiccaw fil-11 -il post fl-ahhar kampjonat domestiku Ciprijott.
Omonia, li spiccaw fit-tielet post fit-tielet post tal-Kampjonat l-istagun li ghadda, fethu l-iskor permezz ta’  Marco Soares fit-18 -il minuta, izda Helio Roque gab id-dro ghal Salamis.
U hawn bdiet il-wirja eccezzjonali ta’ Andre Schembri li f’temp ta’ seba’ minuti skorja doppjetta fl-34 u 41 minuta. Wiehed mill-gowls kien kapolavur fejn wara li qabez id-difensur avversarju, qabad lil gowler barra minn postu u llobbja b’mod fin sabiex xehet fix-xibka.
Kien imbaghad Taylor li ghamilhom 4-1 sabiex Pantos naqqas l-iskor ghal Nea Salamis.
Fit-93 minuta Gikiewisz issiggilla r-rebha ta’ 5-2 ghal Omonia Nicosia.
Ta’ min jghid lil l-Kampjonat Ciprijott jibda nhar is-Sibt li gej fejn Omonia Nicosia jibdew barra minn darhom kontra Anorthosis.





1 Comment

  1. malti says:

    tista tghidilna kif baqa michael mifsud ? ser jibda l-kampjonati ewropej, u ghadu bla klubb ?

    [Reply]

Leave a comment