Schembri jinghaqad ma’ Panionios GSS fis-Super League Grieg

Saturday, October 1, 2011, 11:49

minn Cristian Muscat

L-istriker internazzjonali Malti Andre’ Schembri ffirma kuntratt ta’ sena mal-klabb ibbazat f’Ateni Panionios GSS fis-Super League Grieg wara r-relegazzjoni tal-eks klabb tieghu Olympiakos Volou ghar-raba’ divizjoni. L-Assoccjazzjoni tal-futbol Griega tat permess lill-plejer internazzjoanliu malti biex jiffirma kuntratt gdid ghalkemm it-transfer window kient diga’ inghalqet.

It-tir ewlieni ta’ Schembri kien li jilgahb fis-Super League Grieg, madankollu wara r-relegazzjoni ta’ Olympiakos Volou fir-Raba’ Divizjoni, il-plejer ta’ 25 sena ma kellux ghazla ohra hlief li jassigura kuntratt gdid ma’ klabb gdid.

Sa minn meta is-Super League Grieg beda nhar is-27 t’Awwissu, Panionios GSS laghbu erba’ loghbiet u akkwistaw seba’ punti minn dawn il-loghbiet u bhalissa jinsabu t-tielet fil-klassifika tas-Super League. Schembri ttrenja mal-klabb il-gdid tieghu ghal dawn l-ahhar gimaghtejn u seta’ jiffirma l-kuntratt ufficcjali tieghu lbierah wara li gie pprezentat b’mod ufficcjali lill-media Griega.

Il-plejer se jirrittorna Malta matul il-gimgha d-diehla minhabba l-impenji internazzjonali li Malta ghandha kontra l-Latvja u l-Izrael rispettivament.

Andre’ Schembri qal li dawn l-ahhar xhur ma kinux facli ghalih minhabba s-saga shiha li kkaratterizzat lill-eks klabb tieghu Olympiakos Volou F.C.. L-ghan ewlieni tieghu bhalissa huwa li jibqa’ ffukat, jittrenja tajjeb u li jaghmel dak kollu possibbli biex jiddebutta ma’ Panionios kemm jista’ jkun malajr.

Schembri rringrazzja wkoll lill-eks kowc tieghu Javi Garcia, lill-plejers shabu kif ukoll lill-partitarji kollha ta’ Olympaikos Volou tal-merhba kbira li tawh matul dawn l-ahhar xhur.

Andre’ Schembri skorja 16 -il gowl fl-ahhar stagun ma’ Ferencvaros fl-Ungerija kif ukoll skorja gowl fil-loghob ta’ kwalifikazzjoni ghall-UEFA Europa League ma’ Olympaikos Volou F.C. Schembri beda l-karriera tieghu barra minn Malta ma’ Eintracht Braunschweig fil-Germanja u iktar tard inghaqad ma’ Carl Zeis Jena ukoll fil-Germanja, wara ma’ Austria Karnten fl-Awstrija u mbaghad ma’ Ferencvaros fl-Ungerija fejn kellu l-iktar esperjenza ta’ success fil-karriera kalcistika tieghu s’issa.





Leave a comment